GĦELUQ TAL-KONĊILJU VATIKAN II

OMELIJA TAL-QDUSIJA TIEGĦU PAWLU VI

Solennità tal-Kunċizzjoni Immakulata tal-Beata Verġni Marija

Pjazza San Pietru

L-Erbgħa 8 ta' Diċembru, 1965

 

Sinjuri Kardinali!  Venerabbli ħuti!

Rappreżentanti tal-Popli! Sinjuri tal-Belt ta' Ruma!

Awtoritajiet u Ċittadini minn kull rokna tad-dinja!

Intom, Osservaturi minn tant u minn diversi denominazzjonijiet insara!

Intom, Fidili u Wlied hawn preżenti,

Intom ukoll, imferrxin madwar id-dinja

u Aħna, magħqudin fil-fidi u fil-karità!

 

Minn hawn u ftit ieħor, fi tmiem dil-Quddiesa, se tisimgħu xi messaġġi li l-Konċilju Ekumeniku, fi tmiem il-ħidma tiegħu, se jagħti lill-kategoriji diffenti ta' persuni, bl-għan li bihom nieħdu in kunsiderazzjoni l-għamliet bla għadd li bihom tesprimi ruħha l-ħajja umana; u tisimgħu ukoll il-qari tad-Digriet uffiċjali Tagħna, li bih niddikjaraw l-għeluq tal-Konċilju Vatikan II.  Għalhekk dan hu l-waqt - waqt qasir - tat-tislim. Wara, leħinna jiskot.  il-Konċilju ntemm għal kollox; din il-laqgħa kbira u straordinarja xxolji.

Għalhekk it-tislima li Aħna qed nagħtu, tikseb tifsira partikolari, li Aħna se nistqarru, mhux biex taljenana minn din it-talba, imma biex l-attenzjoni tagħkom għal din iċ-ċelebrazzjoni tkun isħaħ.

Din it-tislima hi, qabel kollox, universali.  Indirizzata lilkom ilkoll, li qed tassistu u tieħdu sehem f'dan ir-rit sagru; lilkom, Ħuti Stimati fl-Episkopat, lilkom Persuni rappreżentanti, lilkom, poplu t'Alla; u tinfirex ukoll, tinfetaħ għal kulħadd, għad-dinja kollha.  Kif jista' jkun xort'oħra, jekk dal-Konċilju kien deskritt u fil-fatt kien ekumeniku, jiġifieri universali?  Bħal daqq ta' qniepen li jidwu fis-sema,  jasal għand kulħadd u għand kull individwu li jkun jinsab fil-firxa tal-mewġiet tal-ħoss, l-istess it-tislima Tagħna, f'dan il-waqt hi indirizzata lil kulħadd u lil kull individwu.  Lil dawk li jilqugħha u lil dawk li ma jilqgħuhiex: tidwi u hija essenzjali għal kull bniedem.  Minn dan iċ-ċentru kattoliku ruman, fil-prinċipju, kulħadd hu milħuq; fil-prinċipju kulħadd jista' u għandu jintlaħaq.  Għall-Knisja kattolika ħadd mhu barrani, ħadd mhu mwarrab, ħadd mhu bogħod.  Għal kull min qed nindirizzaw it-tislima Tagħna din hi sejħa, stedina; u, f'ċertu sens, hija 'issa'.  Qed tgħid dan il-qalb ta' min iħobb, kull min hu maħbub huwa preżenti!  U Aħna, speċjalment f'dan il-waqt, bis-saħħa tal-mandat pastorali u appostoliku Tagħna, ilkoll, ilkoll, Aħna nħobbu!Għalhekk dan ngħidulkom lilkom, erwieħ twajba u fidili, li m'intkomx hawn personalent, minn din il-miġemgħa ta' nies li jemmnu u tal-ġnus, intom tinsabu hawn preżenti bl-ispirtu tagħkom, bit-talb tagħkom: il-Papa jaħseb fikom ukoll, u magħkom jiċċelebra dan il-mument sublimi ta' komunjoni universali.

Dan ngħiduh lilkom li qed tbatu, kważi priġunieri tal-mard tagħkom, u li kieku għandkom nieqes il-faraġ ta' din it-tislima intenzjonali Tagħna, minħabba s-solitudni spiritwali, kontu tħossu l-uġigħ tagħkom jirdoppja.

U dan ngħiduh speċjalment lilkom, Ħuti fl-Episkopat, li mhux għax ridtu, ma kontux preżenti fil-Konċilju u issa qed tħallu fil-grupp tal-Isqfijiet ħutkom u aktar u aktar fi qlubhom u fil-qalb Tagħna, niket li jewġġgħana ħafna u huwa stqarrija tal-inġustizzja li xxekkel il-libertà tagħkom; u jalla kienet dik ir-raġuni waħdanija li minħabba fiha intom ma ġejtux għall-Konċilju tagħna!

Insellem lilkom, Ħuti, li għadkom sallum miżmumin fis-silenzju inġustament, fl-oppressjoni u mċaħħdin mid-drittijiet sagri u leġittimi li huma dritt ta' kull bniedem onest, u aktar u aktar lilkom, operaturi ta' xejn aktar ħlief ġid, ħniena u paċi!  Il-Knisja, Ħuti mxekkla u umiljati, qiegħda magħkom! qiegħda mal-fidili tagħkom u ma' kull min hu magħqud magħkom fil-kundizzjoni ta' niket kbir li tinsabu fiha! u hekk għandha tkun il-kuxjenza ċivili tad-dinja!  U fl-aħħar din it-tislima universali Tagħna ntuha wkoll lilkom, bnedmin li ma tafuniex; bnedmin li ma tifhmuniex; bnedmin li ma temmnux li aħna utli għalikom, meħtieġa u ħbieb; u lilkom ukoll, bnedmin li forsi bil-ħsieb li qed tagħmlu tajjeb, teħduha kontrina!  Tislima sinċiera, tislima diskreta iżda mimlija tama; u llum, emmnuha, mimlija stima u mħabba.

Din hi t-tislima Tagħna.  Imma oqgħodu attenti intom ilkoll li qed tisimgħuna.  Nitolbukom tqisu kif din it-tislima Tagħna, b'differenza minn dak li soltu jiġri fit-tislim tal-konverżazzjoni profana, li jservi biex tintemm relazzjoni ta' viċinianza, jew ta' diskors, it-tislima Tagħna timmira li ssaħħaħ, jew jekk meħtieġ, tipproduċi, ir-relazzjoni spiritwali li minnha tieħu s-sens u leħinha.  It-tislima Tagħna mhix ta' firda li tbegħidna minn xulxin, imma waħda ta' ħbiberija dejjiema, u li, jekk hu l-każ, issa trid tinbeda.  Anzi hu propju f'din l-istqarrija estrema, illi hi, it-tislima Tagħna, trid li min-naħa tasal fil-qalb ta' kulħadd, tidħol tgħammar bħala mistiedna tal-qalb u fis-skiet interjuri tal-ispirtu ta' kull wieħed u waħda tgħid il-kelma, tas-soltu u ineffabbli tal-Mulej: "Intikom is-sliem, intikom il-paċi tiegħi, imma mhux kif ittiha d-dinja" (Ġw 14, 27); (Kristu għandu l-mod uniku tiegħu u oriġinali kif ikellem fis-satra tal-qlub); mill-oħra, it-tislima Tagħna għandha l-ħsieb li tkun relazzjoni oħra u aktar għolja, għax mhix biss bdil ta' ilħna bejn tnejn, bejnietna, bnedmin ta' din id-dinja, imma tinvoka Preżent ieħor, il-Mulej innifsu, li veru li ma jidhirx, imma jaħdem fin-nisġa tar-relazzjonijiet umani; u tistiednu, titolbu biex f'min isellem u min jirċievi t-tislima tqanqal fihom ġid ġdid, li l-ewwel u l-aktar karatteristika importanti tiegħu hija l-karità.

Hekkhu, din hi t-tislima Tagħna: jalla tixgħel din ix-xrara ġdida tal-karità divina fi qlubna; xrara li tista' tkebbes bin-nar lill-prinċipji, lid-duttrini u l-għanijiet li fassal il-Konċilju, u li b'hekk jindew jaħarqu bil-karità, jkunu jistgħu joperaw sfiq fil-Kinsja u fid-dinja bħala tiġdid tal-ħsieb, tal-attivitajiet, tad-drawwiet u tal-forza morali u ta' hena u tama, kif kien l-għan stess ta' dal-Konċilju.

Għalhekk it-tislima Tagħna ssir ideal.  Issir ħolma?, issir poeżija? issir esaġerazzjoni konvenzjonali u vojta, kif spiss jiġri meta aħna nsellmu lil xulxin?  Le.  Issir ideal iżda mhux irreali.  Mument ieħor ta' attenzjoni.  Meta aħna l-bnedmin nfasslu ħsibijietna, xewqatna fuq kunċett ideali tal-ħajja, insibu ruħna minnufih f'utopija, jew f'karikatura retorika, jew fl-illużjoni, inkella fid-delużjoni.  Il-bniedem jgħozz xenqa li ma tninx għall-perfezzjoni ideali u totali, imma waħdu ma jasalx għaliha, u forsi lanqas bil-kunċetti, u anqas u anqas bl-esperjenza u r-realtà.  Nafuha, dan hu d-dramm tal-bniedem, tar-re mġarraf.  Imma, osservaw x'qed jiġri dalgħodu: filwaqt li qed nagħlqu l-Konċilju Ekumeniku aħna qed nagħmlu festa lil Marija Santissma, Omm Kristu, u, kif għidna darb'oħra, Omm Alla u Ommna spiritwali.  Marija Santissma, li nsejulha Immakulata! jiġifieri innoċenti, jiġifieri stupenda, jiġifieri perfetta; jiġifieri l-Mara, il-Mara verament ideali u reali fl-istess ħin; il-ħlejqa li fiha x-xbieha t'Alla tidher b'ċarezza assoluta, bla ebda tebgħa, mhux kif jiġri f'kull ħlejqa umana.

Forsi mhux ħarsa fissa fuq din il-Mara umli, Oħtna u fl-istess waqt Omma u Sultana tagħna, mera ċara u sagra tas-Sbuħija infinita, li tista' ttemm ir-refa' spiritwali u konċiljari tagħna u din it-tislima tal-aħħar? u li tagħti bidu għall-ħidma post-konċiljari tagħna?  Dan il-ġmiel ta' Marija Immakulata ma jsirx mudell li jispirana? tama li tfarraġna?

Aħna, Ħuti u Wlied u Sinjuri li qed tisimgħuna, dan hu l-ħsieb Tagħna; għalina u għalikom; u din hi l-għola tislima Tagħna u, jekk Alla jrid, l-aktar valida!

 

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Joe Huber