Laikos

 

DIKORS TAL-QDUSIJA TIEGĦU PAPA PAWLU VI
FL-OKKAŻJONI TAL- 25 ANNIVERSARJU TAL-FAO*

 

It-Tnejn, is-16 ta’ Novembru 1970

Sur President, Sinjur Direttur Ġenerali, Sinjuri,

1. Huwa ta’ ferħ kbir għalina – kif ukoll ta’ unur – li f’dan il-25 anniversarju tal-FAO nagħtu leħen, min-naħa tagħha, minn din il-pjattaforma lir-rikonoxxenza, kif ukoll lill-għajta ta’ tbatija u ta’ tama ta’ miljuni ta’ bnedmin. Kemm sar ġid mis-16 ta’ Ottubru 1945, jum li fih ir-rappreżentanti ta’ erbgħa u erbgħin pajjiż ġew mistiedna jiffirmaw l-att ta’ fundazzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Ġnus Magħquda għall-Ikel u l-Biedja! Dawk li jiktbu l-istorja se jenfasizzaw il-kisbiet importanti li għamlet il-FAO, il-firxa progressiva tagħha, id-dinamiżmu kostanti tagħha, il-kuraġġ tal-fehmiet tagħha, il-varjetà u l-wisa’ ta' l-azzjoni tagħha - għaliex hija fuq kollox istituzzjoni maħluqa biex taħdem [ 1] -, il-kuraġġ tal-membri tagħkom, l-imħabba għall-bniedem, u s-sens ta’ fraternità universali, huma r-raġunijiet tal-ħidma tagħkom. Se jiktbu wkoll dwar l-isfida straordinarja li qed inħabbtu wiċċna magħha llum: filwaqt li l-isforzi tagħkom dejjem qed jikbru u dejjem huma aktar effettivi, il-popolazzjonijiet qed jiżdiedu, kif ukoll il-miżerja qed tiżdied ħafna u, filwaqt li hemm numru żgħir li kapaċi jiddiversifikaw u jżidu r-riżorsi tagħhom, il-maġġoranza tan-nies tinsab  bil-ġuħ għall-ħobż u l-edukazzjoni, għall-għatx għad-dinjità. L-ewwel deċennju ta’ żvilupp – jkun għalxejn li niċħdu dan – kien ikkaratterizzat minn ċertu delużjoni ta' l-opinjoni pubblika quddiem tamiet li ġew fix-xejn. Għaldaqstant għandna nagħmlu bħal Sisifu, u naqtgħu qalbna li ngerbu l-ġebla, biex imbagħad nispiċċaw f’disprament kbir?

2. Din mhix kelma li tista’ tingħad f’dan il-post, f’din il-ġemgħa ta’ bnedmin li għandhom ħsiebhom imdawwar lejn il-ġejjieni bl-iskop li jkunu ta’ servizz għall-umanità, ikunu x’inhuma l-ostakli li jiltaqgħu magħhom. Barra minn hekk, il-predeċessur tagħna, il-Papa Piju XII, sa mill-ewwel laqgħa tiegħu mal-FAO, faħħar ħafna l-firxa tal-opinjonijiet ta’ din l-istituzzjoni speċjalizzata tagħkom fil-qasam tal-ikel u l-biedja, il-ftuħ spiritwali li jikkaratterizza l-ekonomija u l-applikazzjoni tagħha, u saħansitra l-għerf u l-għaqal li timxu bihom biex taslu għall-għanijiet tagħkom. [2]. Imbagħad, is-suċċessur tiegħu, il-Papa t-twajjeb, Ġwanni XXIII, ħa wkoll kull opportunità biex jesprimi l-istima sinċiera tiegħu [3]. Min-naħa tagħna, l-ewwel darba li ltqajna mal-Istitut Internazzjonali tal-Biedja kien fil-kwartieri ġenerali modesti tiegħu f’Villa Borghese, qabel ma rajna lill-FAO timxi t-triq kollha li wassluha għall-iżviluppi mill-isbaħ kif nafuha llum [4]. Minn dak iż-żmien ‘l hawn, ma waqafniex  nuru interess fl-inizjattivi ġenerużi u disinteressati tagħkom, b’mod partikolari fil-kampanja kontra l-ġuħ, biex nagħtu ġieħ lill-attivitajiet kollha tagħkom u biex nistiednu lill-Kattoliċi madwar id-dinja biex jikkollaboraw magħkom b’mod ġeneruż, flimkien man-nies kollha ta’ rieda tajba [5]. Illum ninsabu kuntenti li ġejna hawn fil-kwartieri ġenerali tal-Organizzazzjoni tagħkom, li tinsab fit-istess territorju tad-djoċesi tagħna ta’ Ruma, u b’hekk nirreċiprokaw lill-FAO iż-żjarat numerużi li saru fil-Vatikan mill-parteċipanti fis-sessjonijiet ta’ ħidma tagħkom.

Fir-realtà, kif tista’ l-Knisja, impenjata favur il-ġid veru tal-bnedmin, ma jkunx jinteressaha f’azzjoni daqstant ċara u diretta, bħal ma hi tagħkom, biex ittaffu l-akbar miżerji u tkunu impenjati fi ġlieda bla waqfien biex kull bniedem ikollu x’jiekol, jiġifieri li jgħix ħajja verament ta’ bniedem, u li bix-xogħol tiegħu ikun kapaċi jassigura l-għajxien tiegħu, u li bl-intelliġenza tiegħu ikun kapaċi jipparteċipa fil-ġid komuni tas-soċjetà, b’impenn liberu u b’ħidma volontarja? [6]. Huwa minn dan il-livell għoli li l-Knisja tixtieq toffrielkom is-sħubija diżinteressata tagħha għall-ħidma kbira u kumplessa li intom qed tagħmlu: jiġifieri li tippromovu azzjoni internazzjonali biex tipprovdu lil kulħadd bl-ikel li jeħtieġ, kemm fil-kwantità kif ukoll fil-kwalità, u b’hekk jitnaqqas il-ġuħ mid-dinja, kif ukoll in-nuqqas ta’ nutriment [7]. U dan ifisser li jiġu eliminati l-kawżi ta’ tant epidemiji, li jiġu ppreparati nies imħarrġin fis-sengħa tagħhom, u jipprovdulhom ix-xogħol meħtieġ, sabiex l-avvanz ekonomiku jkun akkumpanjat minn żvilupp soċjali, li mingħajru ma jkunx hemm progress veru.

3.  U kif se tilħqu dawn il-miri, li aħna napprovaw bil-qalb kollha? L-istudju affaxxinanti – għax hekk nistgħu nsejħulu! – tad-dokumentazzjoni voluminuża li bgħattulna dwar l-attivitjiet mifruxin tagħkom, urietna l-firxa dejjem tikber tal-ħidma tagħkom, ħidma fuq livell dinji. Użu aktar razzjonali tar-riżorsi materjali bażiċi, l-użu aħjar tal-art u tal-ilma, tal-foresti u tal-oċejani, produttività akbar tal-uċuħ tar-raba’, tal-bhejjem, tas-sajd, ċertament dawn kollha jipprovdu ikel ta’ kwalità aħjar. Iżda l-bżonn tal-ikel malajr jiżdied, taħt il-pressjoni doppja ta’ żieda demografika kultant mgħaġġla ħafna u l-konsum li dejjem jiżdied. It-titjib tal-fertilità tal-ħamrija, tal-mod kif issir it-tisqija, it-tqassim aħjar tal-art, l-isforz ta' l-għażla tal-ħxejjex, l-introduzzjoni ta’ varjetajiet ta' ċereali għammiela jidhru kważi li jwettqu l-viżjoni ta’ profeta tal-qedem tal-epoka tal-biedja:  Id-deżert jerġa’ jwarrad [8]. Iżda t-twettiq ta’ dawn il-possibilitajiet tekniċi b’pass mgħaġġel ma jseħħx mingħajr riperkussjonijiet ta’ ħsara fuq il-bilanċ tal-ambjent naturali tagħna, u l-aggravar progressiv ta’ dak li ġeneralment insejħulu “ambjent” qed jirriskja li jidħol f’katastrofi ekoloġika ta’ vera. Diġà qed naraw l-arja li nieħdu fil-pulmuni tagħna titniġġes, kif ukoll l-ilma li nixorbu, l-ibħra, l-għadajjar, anke l-oċeani mniġġsin, sal-punt li ġġegħelna nibżgħu minn “mewt bijoloġika” fil-futur mhux imbiegħed, jekk ma jitteħdux miżuri kbar u kuraġġużi u jiġu applikati bla dewmien. Huwa proġett tant nobbli li intom qed tikkunsidraw bil-għaqal x’passi se jittieħdu biex jiġi salvat il-frott ta’ miljuni ta’ snin. [9]. Fil-qosor, kollox huwa marbut flimkien. Wieħed irid joqgħod attent għall-konsegwenzi kbar li hemm marbuta ma’ kull intervent mill-bniedem fil-bilanċ tan-natura, li l-għana armonjuża tagħha tpoġġiet għad-dispożizzjoni tiegħu skond id-disinn tal-Ħallieq. [10].

4. Dawn il-problemi żgur li huma familjari għalina. Xtaqna npoġġuhom quddiemkom fil-qosor biss sabiex nenfasizzaw iktar dwar il-ħtieġa urġenti ta’ bidla radikali fl-imġieba tal-umanità jekk trid tiżgura s-sopravivenza tagħha. Il-bniedem ħa millenji ta’ snin biex tgħallem jaħkem, «jaħkem l-art» skont il-kelma ispirata tal-ewwel ktieb tal-Bibbja (11). Issa waslet is-siegħa biex il-bniedem jaħkem il-ħakma li għandu hu nnifsu; din il-biċċa xogħol importanti teħtieġ mhux inqas kuraġġ u determinazzjoni mill-ħakma tan-natura nnifisha. Il-ħakma progressiva fuq il-ħxejjex tal-art, l-annimali u fuq il-bniedem innifsu u s-sejba tas-sigrieti tal-materja se jwasslu għall-anti-materja u għall-isplużjoni tal-mewt? F’dan il-mument deċiżiv tal-istorja tagħha, l-umanità titriegħed inċerta quddiem il-biża’ u t-tama. Min għadu mhux qed jara dan? L-aktar progress xjentifiku straordinarju, l-aktar sejbiet tekiċi kbar u l-aktar tkabbir ekonomiku tal-għaġeb, sakemm ma jkunux akkumpanjati minn progress morali u soċjali awtentiku, biż-żmien dawn se jkunu kontra l-bniedem.

5. Il-benesseri huwa f’idejna imma rridu nibnuh flimkien: wieħed għall-ieħor, u wieħed ma’ l-ieħor u, qatt aktar wieħed kontra l-ieħor. Minbarra l-kisbiet kbar tul dawn il-ħamsa u għoxrin sena ta' attività, x’kien l-akbar akkwist ta’ l-Organizzazzjoni tagħkom jekk mhux li ħloqtu kuxjenza ta' solidarjetà internazzjonali fost il-popli u l-gvernijiet tagħhom? Ma kontux intom stess, forsi mingħajr ma kontu tafu, il-werrieta ta’ Ġesù meta jitħassar lill-umanità tbati: «Nitħassarhom dawn in-nies»? (12). L-eżistenza tagħkom fiha nnifisha mhijiex ċaħda ta’ dak l-għajdut tant ikrah li kienu jgħidu fl-antik «Homo homini lupus»? (13). Le, il-bniedem mhuwiex lupu għal sieħbu; imma huwa ħuh ħanin u li jħobb. Matul il-kors tas-snin qatt ma ġara li tant irġiel u nisa, iddelegaw numru kbir ta’ rappreżentanti li għandhom il-missjoni ewlenija li jgħinu lill-bnedmin – lill-bnedmin kollha – biex jgħixu u jissopravvivu. Għalina dan huwa wieħed mill-akbar motivi ta’ tama fost il-ħafna theddid li jtaqqlu d-dinja. Dawk li fis-snin 2000 se jerfgħu r-responsabbiltà tad-destin tal-familja kbira umana qed jitwieldu f’dinja li skopriet, aktar għall-vantaġġ tagħha milli għall-iżvantaġġ tagħha, is-solidarjetà tagħha fit-tajjeb kif ukoll fil-ħażin, ix-xewqa tagħha li ningħaqdu biex ma nintilfux u, f’kelma waħda, «naħdmu flimkien biex nibnu futur komuni għall-umanità.» (14). Nittamaw li ċ-ċirku tagħkom ma jdumx ma jitwessa’ ċ-ċirku u li l-popli li bħalissa mhumiex preżenti f’din il-laqgħa jistgħu wkoll ipoġġu mal-mejda tagħkom biex fl-aħħar ilkoll jikkontribwixxu flimkien għall-istess għan altruwist.

6. Żgur li quddiem id-diffikultajiet li jridu jingħelbu hemm it-tentazzjoni kbira li wieħed juża l-awtorità tiegħu biex inaqqas in-numru ta’ parteċipanti aktar milli jkattar il-ħobż li jrid jitqassam. Aħna nafu x’inhi l-fehma ta’ diversi organizzazzjonijiet internazzjonali li jippromwovu l-kontroll tat-twelid ippjanat li, kif jgħidu huma, huwa s-soluzzjoni maġika tal-problemi tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Dan huwa li jeħtieġ nirrepetu llum: il-Knisja, min-naħa tagħha, f’kull qasam tal-azzjoni umana tħeġġeġ il-progress xjentifiku u tekniku, iżda dejjem titlob ir-rispett lejn id-drittijiet invjolabbli tal-persuna umana li l-garanti ewlenin tagħha huma l-awtoritajiet pubbliċi. Li nopponu bis-sħiħ il-kontroll tat-twelid li skont il-fehma ġusta tal-venerabbli predeċessur tagħna l-Papa Ġwanni XXIII jitwettaq b’«metodi u mezzi li mhumiex denji għall-bniedem» (15), il-Knisja ssejjaħ lil dawk kollha responsabbli biex jaħdmu bla biża’ u b’ġenerożità għall-iżvilupp tal-bniedem sħiħ u ta’ kull bniedem; u dan, fost effetti oħra, bla dubju se jiffavorixxi kontroll razzjonali tat-twelid minn koppji li kapaċi jieħdu liberament ir-responsabbiltà tagħhom. Min-naħa tagħkom, intom tgħinu u tappoġġjaw lill-bniedem. U kif qatt intom tistgħu taġixxu kontra l-bniedem, intom li teżistu permezz tiegħu u għalih, u ma tistgħux tirnexxu mingħajr il-bniedem?

7. Wieħed mill-prinċipji li ma jinbidlux ta’ l-azzjoni tagħkom huwa dan: li l-aqwa kisbiet tekniċi u l-akbar progress ekonomiku ma jistgħux jipproduċu waħedhom l-iżvilupp ta' poplu. Tajbin kemm huma tajbin, l-ippjanar u l-flus mhumiex biżżejjed. Il-kontribut indispensabbli tagħhom, bħal dak tat-teknoloġija, jibqa’ ma jħalli l-ebda riżultat kieku ma tkunx il-fiduċja ta’ tant nies, li għax konvinti, jibdew jitbiegħdu bil-mod il-mod mill-kundizzjoni miżera tagħhom permezz ta’ xogħol li jkun disponibbli għalihom. Ix-xhieda mill-ewwel turi riżultati kif ukoll sodisfazzjon leġittimu, tal-impenn deċiżiv għall-ħidma kbira ta’ żvilupp. Naraw li jekk xejn ma jista’ jsir mingħajr il-bniedem, permezz tiegħu kollox jista’ jsir u jitwettaq; u dan huwa tassew l-ispirtu biex ikollna rebħiet veri. Hekk kif dawk ikkonċernati jkollhom ir-rieda li jtejbu l-parti tagħhom, mingħajr ma jiddubitaw il-ħila tagħhom li jagħmlu dan, jingħataw bis-sħiħ għal din il-kawża kbira, bid-doni kollha tal-intellett u l-kuraġġ tagħhom, bil-virtujiet kollha u bis-sagrifiċċju tagħhom infushom, flimkien mal-isforzi ta’ perseveranza u għajnuna reċiproka li huma kapaċi għalihom.

8. Iż-żgħażagħ b'mod partikolari huma l-ewwel li joffru lilhom infushom bl-entużjażmu u bis-serjetà tipika tagħhom għal biċċa xogħol li tixraq il-kapaċitajiet u l-ġenerożità tagħhom. Iż-żgħażagħ tal-pajjiżi sinjuri, imdejqin għax ma jsibux ideali denji li jappoġġjaw u fejn jiddedikaw l-enerġiji tagħhom; min-naħa l-oħra ż-żgħażagħ tal-pajjiżi foqra, imdejqin  għax ma jsibux fejn jaħdmu b’mod utli, għax huma nieqsa mill-għarfien xieraq u it-taħriġ professjonali meħtieġ. Bla dubju li l-għaqda ta’ dawn ir-riżorsi taż-żgħażagħ tista’ tbiddel il-futur tad-dinja, jekk aħna l-adulti nistgħu nħejjuhom għal din il-missjoni kbira, u nuruhom kif jersqu lejha u nagħtuhom il-mezzi biex jingħataw għal din il-ħidma b'suċċess. Ma taħsbux li dan huwa pjan li se jitlob l-appoġġ taż-żgħażagħ kollha, sinjuri u fqar, u jibdel il-viżjoni tagħhom, jegħleb in-nuqqas ta’ qbil bejn il-popli,  ifejjaq firdiet sterili u fl-aħħar iġib dinja ġdida: dinja li tkun taf bl-imħabba tal-aħwa u bis-solidarjetà f’mumenti diffiċli, għax tkun magħquda fit-tfittxija tal-istess ideali - dinja li tagħti l-frott lill-bnedmin kollha?

9. Biex dan jista’ jsir ikunu meħtieġa ħafna flus, ċertament. Imma d-dinja fl-aħħar mhux se tifhem li hija kwistjoni tal-futur tagħha? «Meta tant popli huma bil-ġuħ, meta tant familji huma fqar, meta tant pesuni jibqgħu mgħaddsa fl-injoranza, meta tant skejjel, sptarijiet, u djar denji ta’ l-isem għad iridu jinbnew, in-nefqa pubblika u privata kollha mqanqla minn motivi biex nidhru li qed nagħmlu xi ħaġa, kull tellieqa ta' armamenti ssir skandlu intollerabbli. Huwa dmir tagħna li niddenunzjawha. Kieku dawk fl-awtorità jisimgħuna, qabel ma jkun tard wisq!» (17). Kif huwa possibbli li ma jesperjenzawx sensazzjoni profonda ta’ dwejjaq quddiem l-assurdità traġika li ġġiegħel lill-bnedmin  – kif ukoll lil popli sħaħ – jiddedikaw somom kbar ta’ flus għall-armamenti, biex irawmu ċentri ta’ ġlied u rivalità, biex iwettqu proġetti purament ta’ ħela, meta s-somom enormi hekk moħlija kienu jkunu biżżejjed, jekk ikunu użati aħjar biex isalvaw numru ta’ pajjiżi mill-faqar? Huwa destin kiefer li tant itaqqal ir-razza umana: il-foqra u s-sinjuri għal darba qed jimxu fuq l-istess triq. In-nazzjonaliżmu esaġerat, razziżmu li jġib il-mibegħda, ix-xewqa għal poter bla limitu, l-għatx bla rażan għall-ħakma: min se jikkonvinċi lill-bniedem biex joħroġ minn kruha bħal din? Min se jkun l-ewwel li jkisser iċ-ċirku tat-tellieqa tal-armamenti, li dejjem aktar qed iġġib rovina? Min se jkollu s-sens tajjeb li jtemm prattiċi bla sens bħal dawn, bħal meta jitwaqqfu ċerti prodotti agrikoli għax ikun hemm problema ta’ trasport jew ta suq ħażin? Il-bniedem, li tgħallem kif jisfrutta l-atomu u jirbaħ l-ispazju, fl-aħħar se jirnexxilu jirbaħ l-egoiżmu tiegħu? Nittamaw li l-UNCTAD jirnexxilha ttemm l-iskandlu tal-pajjiżi sinjuri li jixtru bl-orħos prezzijiet possibbli l-prodotti tal-pajjiżi foqra, u jbigħu l-prodotti tagħhom stess lil dawn il-pajjiżi foqra bi prezz għoli ħafna. Hemm ekonomija sħiħa, ħafna drabi mċappsa mill-poter, mill-ħela u l-biża’, li trid tinbidel f’ekonomija ta’ servizz u ta’ fraternità.

10. Quddiem din il-problema ta’ skala dinjija, ma jistax ikun hemm soluzzjoni xierqa ħlief fuq livell internazzjonali. Meta ngħidu dan bl-ebda mod ma rridu nnaqqsu l-ħafna inizjattivi ġenerużi kemm privati ​​kif ukoll pubbliċi – biżżejjed insemmu l-ħidma kbira ta’ Caritas Internationalis – li fi żmien qasir tat tant frott, u li tistimula tant rieda tajba u diżinteressata. Anzi l-kuntrarju. Iżda, kif għidna fi New York, bl-istess konvinzjoni tal-predeċessur tagħna Ġwanni XXIII fl-enċiklika tiegħu Pacem in Terris: «Min ma jarax il-ħtieġa li bil-mod il-mod naslu għat-twaqqif ta’ awtorità dinjija li kapaċi tieħu azzjoni effettiva fuq il-pjan ġuridiku u politiku?» (18). Intom dan fhimtuh, billi impenjajtu ruħkom għal il-Pjan Mudell Dinji għall-iżvilupp agrikolu (PIM), li kellu l-ħsieb li jintegra flimkien il-fatturi kollha f’din l-isfera. (19) M'hemm l-ebda dubju li ftehim li jsir bejn stati differenti b’mod liberu se jgħin ukoll biex tissaħħaħ din il-prattika. Lanqas m'hemm l-ebda dubju li t-tranżizzjoni minn ekonomiji egoisti u esklussivi bbażati fuq il-profitt għal ekonomija li b’mod ħieles taħseb fil-bżonnijiet ta’ kulħadd, titlob l-adozzjoni ta' liġi internazzjonali bbażata fuq il-ġustizzja u l-ekwità, għas-servizz ta' ordni uman li jkun tassew universali. (20)

Għalhekk jeħtieġ li nkunu kuraġġużi, perseveranti u mimlija ħeġġa. Tant artijiet għadhom lura, tant possibbiltajiet għadhom mhux esplorati, tant riżorsi umani għadhom mhux sfruttati, tant żgħażagħ jibqgħu mingħajr inizjattiva, tant enerġija moħlija. Il-missjoni tagħkom, ir-responsabbiltà tagħkom u l-unur tagħkom se jkunu huma li se jġiegħlu lil dawn ir-riżorsi moħbija sabiex jagħtu l-frott, li tiskopru l-qawwa tagħhom u li tindirizzawhom għas-servizz tal-ġid komuni. Hawnhekk jinsabu l-wisa ', il-kobor, l-urġenza u l-ħtieġa tal-missjoni tagħkom. Fost kapijiet ta’ stat li huma  responsabbli, fost l-edukaturi, ix-xjenzati, l-impjegati taċ-ċivil – tabilħaqq fost il-bnedmin kollha – tridu bla heda tippromwovu l-istudju u l-azzjoni tagħkom fuq skala dinjija, filwaqt li dawk in-nies li jemmnu jgħinukom bit-talb tagħhom lil «Alla li jkabbar kollox.» (21) Diġà qed jidhru riżultati importanti, li s’issa ma kellna l-ebda tama li naraw, imma li llum huma l-garanzija ta’ tama soda. F’dawn l-aħħar jiem min ma apprezzax l-għoti simboliku tal-Premju Nobel għall-Paċi lil Norman Borlaug, “il-missier tar-rivoluzzjoni l-ħadra”, kif qed tissejjaħ? Kemm hu minnu li kieku l-bnedmin kollha taʼ rieda tajba madwar id- dinja jistgħu jiġu mobilizzati favur il-paċi fi sforz komuni, u hekk it-tentazzjoni traġika li wieħed jirrikorri għall- vjolenza tistaʼ mbagħad tingħeleb!

11. Più d’uno forse, scuoterà la testa dinanzi a simili prospettive. Vogliate permetterci tuttavia di dirlo senza ambiguità da quel piano umano, morale e spirituale che è di nostra competenza: nessuna strategia di carattere commerciale o ideologico potrà spegnere il lamento crescente di tutti quelli che soffrono per una immeritata miseria [22], come quello dei giovani, la cui contestazione risuona come un segnale di sofferenza e come un appello di giustizia [23]. Se la necessità, se l’interesse sono per gli uomini i moventi potenti dell’azione, spesso determinanti, la crisi attuale non potrà essere superata se non mediante l’amore. Questo perché se la giustizia sociale ci fa rispettare il bene comune, solo la carità sociale ce lo la amare [24]. La carità, che vuol dire amore fraterno, é il motore di tutto il progresso sociale [25]. In nessun caso le preoccupazioni di ordine militare, né le motivazioni di ordine economico, permetteranno di soddisfare alle gravi esigenze degli uomini del nostro tempo. E’ necessario l’amore per l’uomo: l’uomo si consacra e dedica all’uomo, perché lo riconosce come suo fratello, come il figlio del medesimo Padre e – aggiunge il cristiano – come l’immagine del Cristo sofferente, la cui parola deve scuotere l’uomo fin nelle sue più intime fibre: Avevo fame e voi mi avete dato da mangiare... [26]. Questa parola di amore è la nostra. Noi ve l’affidiamo umilmente come il nostro tesoro più caro, come la lampada della carità, il cui fuoco bruciante divora cuori e la cui fiamma ardente rischiara il cammino della fraternità e guida i nostri passi lungo i sentieri della giustizia e della pace [27].

 

11. Xi wħud, forsi, se jħawdu rashom għal prospetti bħal dawn.  Madankollu, ħa ngħiduha ċara, fuq il-livell uman, morali u spiritwali li hu tagħna: l-ebda strateġija ta’ natura kummerċjali jew ideoloġika m’hi ser tifga l-għajta ta’ dawk li qed isofru minn “miżerja mhux mistħoqqa”,  (22) bħalma huma ż-żgħażagħ, li “l-protesta tagħhom hija sinjal ta’ tbatija u appell għall-ġustizzja”.  (23).  Jekk il-ħtieġa u l-interess personali huma motivi qawwija u ħafna drabi deċiżivi għall-azzjonijiet tal-bniedem, il-kriżi preżenti tista’ tingħeleb biss bl-imħabba.  Għax, jekk “il-ġustizzja soċjali tagħmilna nirrispettaw il-ġid komuni, il-karità soċjali tgħallimna nħobbuh.”  (24) «Il-karità,  jiġifieri l-imħabba ta’ l-aħwa, hija l-mutur wara kull progress soċjali.»  (25).  Il-ħsieb ta’ ġlied u gwerer, jew ħsibijiet oħra ta’ natura ekonomika qatt ma huma se jissodisfaw ix-xewqat profondi tal-bniedem tal-lum. Għandu jkun hemm mħabba lejn il-bniedem: li jiddedika ruħu għas-servizz ta’ ħuh, għax jagħrfu bħala ħuh, bħala iben l-istess Missier;  u n-Nisrani jżid din ukoll: bħala x-xbieha ta’ Kristu li qed ibati, li l-kelma tiegħu tqanqal lill-bniedem fil-fond l-aktar moħbi tiegħu: «Kont bil-ġuħ u tmajtni....» (26).  Din il-kelma ta’ mħabba hi għalina.  Nippreżentalkom bħala l-aktar teżor prezzjuż tagħna, din il-lampa tal-karità li n-nar tagħha jsaħħan il-qlub, li l-fjamma tagħha ddawwal it-triq tal-fraternità u tmexxi l-passi tagħna fit-toroq tal-ġustizzja u tal-paċi (27).

_________

[1FAO, son rôle, sa structure, ses activités, Rome, Pub. FAO, 1970.

[2] Diskors ta’ 21 Frar 1948Discorsi e Radiomessaggi di S.S. Pio XII, t. IX, Tipografía Poliglotta Vaticana, li p. 461.

[3] Cfr., Enċiklika Mater et Magistra, 15 Mejju 1961, A.A.S. 53 (1961), p. 439.

[4] Diskors 23 Novembru 1963 fil- XII Conferenza Internazionale della FAO; Insegna­menti di Paolo VI. t. I, Tip. Vaticana, 1963, p. 343.

[5] Cf., Enċiklika Populorum Progressio, 26 Marzu 1967, n. 46 A.A.S. 59 (1967), p. 280.

[6] Cf., R.P.L. - J. Lebret, O.P., Développement-Révolution solidaire, Paris, Editions Ouvrières, 1967.

[7] Cf., Josué de Castro, Le livre noir de la faim., Paris, Ed. Ouvrières, 1961.

[8] Cf. Is 35, 1.

[9] Cf. Cérés, Rivista tal- FAO, vol. 3, n. 3, Roma, maggio-giugno 1970: Environnement: les raisons de l’alarme.

[10] Cf., Salm 64, 10-14.

[11Ġen 1, 28.

[12Mt 15, 32.

[13] Plauto, Asinaria, II, 4, 88.

[14] Cf. Appell ġewwa Bombay, 3 Diċembru 1964, A.A.S. 57 (1965), p. 132; riprodott f' Populorum Progressio, n. 43, A.A.S. 59 (1967) pp. 278-279.

[15Mater et Magistra, A.A.S. 53 (1961), p. 447.

[16] Cf., J.-M. Albertini, Famine, contrôle des naissances et responsabilités internationales, in Economie et Humanisme, n. 171, Lyon, 1966, p. 1-10; P. Praverdand, Les pays nantis et la limitation des naissances dans le Tiers- Monde, en Développement et Civilisation, n. 39-40, Paris, 1970, p. 1-40.

[17Populorum Progressio, n. 53, A.AS. 59 (1967), p. 283.

[18] Diskors fl-Assembea Ġenerali ONU, 4 ottobre 1965, A.A.S. 57 (1965), p. 880.

[19] Cf. Une stratégie de l’abondance, Collesione della FAO, L’alimentation mondiale, Quaderno n. 11, Roma 1970.

[20] Cf. M.F. Perroux, De l’avarice des nations à une économie du genre humain, in Atti della XXXIX Settimana Sociale di Francia, Richesse et Misère, Paris, Gabalda, 1952, p. 195-212.

[211 Kor 3, 6-7.

[22Populorum Progressio, n. 9, A.A.S. 59 (1967), p. 2giugno 1969, A.A.S. 61 (1969), n. 502. L’Osservatore Romano, Edición Semanal en Lengua Española, n. 24 (15 de junio 1969), p. 4.

[23] Diskors f’Ġinevra, għall-50 anniversarju tal-ILO, 10 ta’ Ġunju 1969, A.A.S. 61 (1969), Nru. 502. L'Osservatore Romano, Edición Semanal en Lengua Española, n. 24 (15 ta’ Ġunju 1969), p. 4.

[24] R.P. J.-T. Delos, O.P., Le bien commun international, en Atti della XXIV Settimana Sociale di Francia, Le désordre de l’économie internationale et la pensée chrétienne, Paris, Gabalda, 1932, p. 210.

[25] Kardinal P.E. Leger, en Le pauvre Lazare est à notre porte, Paris-Montréal, SOS-Fides, 1967, p. 13.

[26Mt 25, 35.

[27Salm 85, 11-14.