STRUZZJONI

Dokument tal-Kongregazzjoni għall-Kleru

dwar

il-konverżjoni pastorali tal-komunità parrokkjali

bħala servizz għall-missjoni evanġeliżżatriċi tal-Knisja

29 ta' Ġunju, 2020

 

Introduzzjoni

1. Ir-riflessjoni ekklesjoloġika tal-Konċilju Vatikan II u l-bidliet soċjali u kulturali kbar tal-aħħar għexieren ta' snin ġagħalu diversi Knejjes partikolari jorganiżżaw mill-ġdid il-mod kif titħaddem il-kura pastorali tal-komunitajiet parrokkjali.  Bis-saħħa t'hekk tniedew esperjenzi ġodda, ingħata valur lid-dimensjoni tal-komunjoni u bit-tmexxija tar-rgħajja, seħħet sintesi armonika ta' kariżmi u vokazzjonijiet għas-servizz tal-Evanġelju li twieġeb aħjar għall-ħtiġijiet tal-evanġeliżżazzjoni tal-lum.

 

Fil-bidu tal-ministeru tiegħu, il-Papa Franġisku kien fakkar kemm hi ta' importanza 'l-kreattività', li jfisser "infittxu toroq ġodda" jew aħjar "infittxu t-triq li biha jitħabbar l-Evanġelju"; rigward dan, kien temm jgħid il-Qdusija Tiegħu, "il-Knisja kif ukoll il-Kodiċi tad-Dritt Kanoniku jtuna bosta possibbiltajiet, ħafna libertà biex infittxu dawn it-toroq" (1).

 

2. Is-sitwazzjonijiet imfissrin f'din l-istruzzjoni huma okkażjoni prezzjuża biex fis-sens missjunarju, isseħħ konverżjoni pastorali.  Fil-fatt dawn huma stediniet lill-komunitajiet parrokkjali biex joħorġu minnhom infushom, joffru strumenti ta' riforma, anki strutturali, li timmira lejn stil ta' komunjoni u kollaborazzjoni, laqgħa u qrubija, ħniena u ħerqa għat-tħabbir tal-Evanġelju.

 

I. Il-konverżjoni pastorali

3. Il-konverżjoni pastorali hi tema fundamentali "fil-fażi l-ġdida tal-evanġeliżżazzjoni" (2), li l-Knisja tal-lum għandha s-sejħa li tmexxi 'l quddiem, sabiex il-komunitajiet insara jkunu dejjem aktar ċentri influwenti tal-laqgħa ma' Kristu.

 

Għaldaqstant, il-Qdusija Tiegħu issuġġerixxa:  "Jekk hemm xi element ta' qdusija li għandujtinkwetana u jħasseb il-kuxjenza tagħna, dan hu li tant minn ħutna jgħixu mingħajr il-qawwa, id-dawl u l-faraġ tal-ħbiberija ma'Ġesù Kristu, mifrudin minn komunità ta' fidi li tilqagħhom, mingħajr xefaq u sens fil-ħajja.  Aktar mill-biża' li niżbaljaw, nittama li tqanqalna aktar il-biża li ningħalqu fl-istrutturi li jtuna kenn falz, fin-normi li jibdluna fi mħallfin ħorox, fid-drawwiet li bihom inħossuna kalmi filwaqt li barra hemm kotra kbira mġewwħa u Ġesù jtennielna bla heda: "Kunu intom li ttuhom x'jieklu" (Mt 6, 37); (3).

 

4. Imbuttata minn din l-ansjetà qaddisa, il-Knisja, "fidila lejn it-tradizzjoni tagħha u fl-istess ħin konxja mill-universalità tal-missjoni tagħha, tista' tidħol f'komunjoni mad-diversi għamliet ta' kultura; b'komunjoni bħal din mhux biss il-Knisja nfisha tistgħana imma wkoll id-diversi kulturi" (4).  Infatti il-laqgħa għammiela u kreattiva bejn l-Evanġelju u l-kultura tressaqna lejn progress veru: min-naħa l-Kelma t'Alla tinkarna fl-istorja tal-bnedmin u ġġeddidha; mill-oħra, "il-Knisja (....) tista ssir aktar għanja, u hekk hu fil-fatt, bis-saħħa tal-iżvilupp tal-ħajja soċjali umana" (5), biex b'hekk tinżel aktar fil-fond tal-missjoni li afdalha Kristu, u tesprimiha aħjar fiż-żmien li tkun tinsab fih.

 

5. Il-Knisja tħabbar li l-Verb "sar bniedem u għammar fostna" (Ġw 1,14).  Dil-Kelma t'Alla, li jħobb jgħammar fost il-bnedmin, fl-għana bla qies tagħha (6), intlaqgħet mid-dinja kollha mid-diversi popli, u saħħet ix-xenqat l-aktar nobbli, fosthom ix-xewqa ta' Alla, id-dinjtà tal-ħajja ta' kull persuna, l-ugwaljanza bejn il-bnedmin u r-rispett lejn id-differenzi fil-ħdan il-familja umana waħdanija, id-djalogu bħala strument ta' parteċipazjzoni, ix-xenqa għall-paċi, l-akkoljenza bħala espressjoni ta' fraternità u solidarjetà, il-ħarsien responsabbli tal-ħolqien (7).

Allura lanqas biss għandu jgħaddielna minn moħħna li novità bħal din, li t-tixrid tagħha sat-truf l-art għadu mhux sħiħ, jiddgħajjef jew, agħar minn hekk, jisfaxxa, idub (8).  Sabiex il-mixja tal-Kelma tibqa' għaddejja, jeħtieġ li fil-komunitajiet insara ssir għażla missjunarja deċiża, "bil-ħila li tibdel kull ħaġa, ħalli d-drawwiet, l-istili, il-ħinijiet, il-lingwaġġ u kull struttura ekkleżjali jsiru kanal xieraq għall-evanġeliżżazzjoni fid-dinja tal-lum, aktar milli jkunu moħħhom biex jindukraw l-awtopreservazzjoni" (9).

 

II. Il-parroċċa fil-kuntest kontemporanju

6. Konverżjoni missjunarja bħal din, li naturalment tfisser ukoll riforma fl-istrutturi, tolqot b'mod partikolari lill-parroċċa, il-komunità mlaqqa' madwar il-Mejda tal-Kelma u tal-Ewkaristija.

 

L-istorja tal-parroċċa hi waħda twila u sa mill-bidu kellha rwol fundamentali fil-ħajja tal-insara u fl-iżvilupp u l-ħidma pastorali tal-Knisja; l-ewwel ħjiel ta' dan insibuh diġà fil-kitbiet ta' San Pawl.  Xi testi pawlini, infatti, juru t-twaqqif ta' komunitajiet żgħar bħala knejjes domestiċi, li l-Apposltu jsejħilhom b'mod sempliċi "dar" (cfr., per eżempju, Rm 16, 3-5; 1 Kor 16, 19-20; Fil 4, 22).  F'dawn "id-djar" wieħed jilmaħ it-twelid tal-ewwel "parroċċi".

 

7.  Sa minn meta feġġet, għalhekk, il-parroċċa hija t-tweġiba għal esiġenza pastorali preċiża, li twassal l-Evanġelju qrib il-poplu bit-tħabbir tal-fidi u ċ-ċelebrazzjoni tas-sagramenti.  In-nisel innfisu tal-kelma jfisser aħjar is-sens ta' din l-istituzzjoni: il-parroċċa hi dar qalb id-djar (10) u twieġeb għall-loġika tal-Inkarnazzjoni ta' Ġesù Kristu, ħaj u jaħdem fi ħdan il-komunità umana.  għalhekk hi, rappreżentata bid-dieher fil-binja tal-kult, hi sinjal tal-preżenza dejjiema tal-Mulej Irxoxt fost il-Poplu tiegħu.

 

8. It-tifsila territorjali tal-parroċċa, madankollu, illum għandha l-isfida li tikkonfronta karaterristika partikolari tad-dinja kontempranja, li fiha ż-żjieda fiċ-ċaqliq u l-kultura diġitali wessgħu il-konfini tal-eżistenza.  Infatti, min-naħa, il-ħajja tal-persuni tidentifika ruħha dejjem anqas ma' kuntest definit u li ma jinbidilx u sseħħ pjuttost fi ħdan "villaġġ globali u pluralistiku"; mill-oħra, il-kultura diġitali bidlet b'mod li ma jitreġġax lura l-mod kif nifhmu l-ispazju, kif ukoll il-lingwaġġ u l-imġiebiet tal-persuni, speċjalment tal-ġenerazzjonijiet żgħażagħ.

Minbarra dan, faċli wieħed jassumi li l-iżvilupp bla waqfien tat-tekonoloġija għad ikompli jibdel il-mod kif naħsbu u kif il-bniedem għad jibda jifhem lilu nnifsu u l-ħajja soċjali.  Ir-ritmu bla nifs tat-tibdil, l-alternanza tal-mudelli kulturali, il-mod faċli biex wieħed imur minn post għal ieħor u l-ħeffa fil-komunikazzjonijiet qed jibdlu l-perċezzjoni tal-ispazju u taż-żmien.

 

9. Bħala komunità ħajja ta' bnedmin li jemmnu, il-parroċċa hi nfilzata f'dal-kuntest, li fih ir-rabta mat-territorju donnha dejjem tonqos, il-postijiet li l-bniedem  iħoss tiegħu jitkattru u r-relazzjonijiet  inter-personali qiegħdin f'riskju li jinħallu fid-dinja virtwali bla impenn u responsabbiltà lejn il-kuntest relazzjonali personali.

 

10. illum qed jinħass li dan it-tibdil kulturali u r-relazzjoni mat-territorju li nbidlet, grazzi għall-preżenza tal-Ispirtu s-Santu qed iġibu fil-Knisja dixxerniment komunitarju ġdid li "jikkonsisti filli naraw ir-realtà bl-għajnejn ta' Alla, fid-dawl tal-unità u l-komunjoni" (11).  Għalhekk hu urġenti li l-Poplu t'Alla kollu jagħti sehmu fl-impenn li jilqa' l-istedina tal-Ispirtu, biex iqiegħed fis-seħħ proċessi li jagħtu lill-Knisja "wiċċ aktar żgħażugħ"

 

III. Il-valur tal-parroċċa llum

11. Minħabba dan id-dixxerniment, il-parroċċa għandha sejħa li tħataf l-okkażjoni taż-żmien biex taddatta s-servizz tagħha skont l-esiġenzi tal-fidili u tat-tibdil storiku.  Hemm ħtieġa ta' dinamiżmu mġedded li jippermetti li tiskopri mill-ġdid il-vokazzjoni ta' kull imgħammed li jkun dixxiplu ta' Ġesù u missjunarju tal-Evanġelju, fid-dawl tad-dokumenti tal-Konċilju Ekumeniku Vatikan II u tal-maġisteru li ġie warajh.

 

12. Il-Padri konċiljari, infatti, raw fil-bogħod meta kitbu: "Il-kura tal-erwieħ għandha tkun imqanqla minn spirtu missjunarju" (12).  Bi tkomplija ta' dan it-tagħlim, San Ġwanni Pawlu II kien aktar preċiz: "Il-parroċċa jeħtieġ li tkun perfezzjonata u integrata f'ħafna għamliet oħra, imma hi dejjem baqgħet organiżmu indispensabbli tal-importanza primarja fl-istrutturi li jidhru, tal-Knisja", "biex l-evanġeliżżazzjoni tagħmilha fus tal-azzjoni pastorali kollha kemm hi, bħala eżistenza prijoritarja, dominanti u privileġġjata" (13).  Benedittu XVI imbagħad għallem li "l-parroċċa hi fanal li jifrex id-dawl tal-fidi u tmur tiltaqa' max-xewqat l-aktar profondi u minnhom tal-qalb tal-bniedem, biex b'hekk tagħti tifsir u tama lill-ħajja tal-persuni u tal-familji" (14).  Fl-aħħar, il-Papa Franġisku jfakkar li "bl-attivitajiet kollha tagħha, il-parroċċa tagħti kuraġġ u tifforma lill-membri tagħha ħalli jkunu aġenti tal-evanġeliżżazzjoni" (15).

 

13. Biex timxi 'l quddiem iċ-ċentralità tal-preżenza missjunarja tal-komunità nisranija fid-dinja (16), importanti li nerġgħu nfasslu mhux biss l-esperjenza ġdida tal-parroċċa, imma magħha wkoll, il-ministeru u l-missjoni tas-saċerdoti, li flimkien mal-fidili lajċi għandhom id-dmir li jkunu "melħ u dawl tad-dinja (cfr Mk 4, 21), billi juru l-wiċċ tal-komunita li tevanġeliżża, bil-ħila li tagħraf taqra s-sinjali taż-żminijiet kif imiss, u tiġġenera xhieda koerenti ta' ħajja evanġelika.

 

14. Ibda propju minn dil-kunsiderazzjoni, bis-smigħ tal-Ispirtu, hu meħtieġ ukoll li jkunu ġenerati sinjali ġodda: billi, kontra kif kien fl-imgħoddi, ma baqgħetx il-post ewlieni fejn jinġabru n-nies u jissoċjaliżżaw, il-parroċċa hi msejħa biex tifttex modi oħra biex toqrob lejn in-nies lil hinn mill-attivitajiet tad-drawwa.  Biċċa xogħol bħal din mhix piż li wieħed irid iġorr imma sfida li għandha  tintlaqa' bl-entużjażmu.

 

15. Id-dixxipli tal-Mulej, fuq il-passi tal-Imgħallem tagħhom, fl-iskola tal-qaddisin u tar-rgħajja, tgħallmu, kultant b'esperjenzi ta' tbatija, jirrispettaw iż-żmien u l-mod ta' kif jaħdem Alla, isaħħu ċ-ċertezza li Hu dejjem preżenti sal-aħħar tal-istorja, u li l-Ispirtu s-Santu - il-qalb li tħabbat fil-ħajja tal-Knisja - jiġbor il-fidili mxerrdin mad-dinja.  Għaldaqstant, il-komunità nisranija m'għandhiex tibża' tniedi u takkumpajna proċessi fi ħdan it-territorju li fih jgħixu diversi kulturi, biċ-ċertezza mimlija fiduċja li għad-dixxipli ta' Kristu "m'hemm xejn li hu ġenwinament uman li ma jsibx eku fil-qalb tagħhom" (17).

 

IV. Il-missjoni, kriterji li jmexxu t-tiġdid

16. Fit-trasformazzjoni li qed isseħħ, minkejja l-impenn ġeneruż, kultant il-parroċċa ma jirnexxiliex tagħti tweġiba xierqa għall-ħafna aspettattivi tal-fidili, speċjalment meta tqis il-ħafna tipi ta' komunitajiet (18).  Hu minnu li waħda mill-karatteristiċi tal-parroċċa hi li titfa' għeruq  fil-post fejn il-bniedem jgħix il-ħajja ta' kuljum.  Però, speċjalment illum, it-territorju ma baqax biss l-ispazju ġeografiku tal-konfini, imma sar kuntest li fih bniedem jesprimi ħajtu magħmula minn relazzjonijiet, servizz reċiproku u tradizzjonijiet antiki.  Huwa f'dan "it-territorju eżistenzjali" li hemm l-isfida kollha tal-Knisja li tgħix qalb il-komunità.  Donnu jidher li għadda ż-żmien li l-pastorali tibqa' ssir biss fil-limiti territorjali tal-parroċċa, meta spiss, huma l-istess parruċċani li m'għandhomx jifhmu dan li jidher immarkat min-nostalġija tal-imgħoddi, aktar milli bil-kuraġġ biex jaffronta l-ġejjieni (19).  Min-naħa l-oħra, tajjeb ikun ċar li mill-aspett kanoniku, il-prinċinpju territorjali dejjem jibqa' għal kollox fis-seħħ, meta hu mitlub mid-dritt (20).

 

17. Minbarra dan, is-sempliċi tennija ta' attivitajiet li ma jħallu ebda sinjal  fuq il-ħajja konkreta tal-persuni, jibqa' biss tentattiv ħawli biex wieħed jibqa' jkampa, ħaġa li spiss tintlaqa' b'indifferenza ġenerali.  Jekk ma tgħixx bid-dinamiżmu propju tal-evanġeliżżazzjoni, il-parroċċa tirriskja  li ssir awtoreferenzjali u tispiċċa fossilizzata hi u tipproponi esperjenzi mneżża' mit-togħma evanġelika u l-ħeġġa missjunarja, li jilħqu biss lil xi gruppi żgħar.

 

18. It-tiġdid tal-evanġeliżżazzjoni jitlob attenzjoni ġdida u proposti pastorali diversifikati, sabiex il-Kelma t'Alla u l-ħajja sagramentali jkunu jistgħu jilħqu lil kulħadd b'mod koerenti mal-istat tal-ħajja ta' kull bniedem.  Infatti l-appartenenza ekkleżjali llum hi mifruda mill-postijiet fejn twieled jew kiber kull membru u pjuttost hija aktar orjentata lejn komunità ta' adozzjoni (21), fejn fil-fatt, il-fidili jkollhom esperjenza aktar wiesa' tal-Poplu t'Alla, ta' ġisem li jesprimi ruħu f'ħafna membri, fejn kulħadd jaħdem għall-ġid tal-ġisem kollu kemm hu (cfr 1 Kor 12, 12-27).

 

19. Lil hinn mir-raġunijiet ta' appartenenza, il-komunità parrokkjali hija l-kuntest uman fejn isseħħ l-opra evanġeliżżatriċi tal-Knisja, ikunu ċelebrati s-sagramenti u tingħex il-karità, f'dinamiżmu missjunarju illi - minbarra li hu element intrinsiku tal-azzjoni pastorali - isir kriterju li bih titkejjel l-awtentiċita tiegħu.  Fis-siegħa ta' bħalissa, kultant immarkata minn sitwazzjonijiet ta' turufnament u solitudni, il-komunità parrokkjali hi msejħa biex tkun sinjal ħaj tal-qrubija ta' Kristu permezz ta' xibka ta' relazzjonijiet fraterni, immirati lejn l-għamliet ġodda tal-faqar.

 

20. Fid-dawl ta' dak li ntqal s'issa, jeħtieġ ikunu identifikati prospettivi li jippermettu t-tiġdid tal-istrutturi parrokkjali "tradizzjonali" f'perspettiva missjunarja.  Din hi r-ruħ tal-konverżjoni pastorali mixtieqa, li għandha tolqot it-tħabbir tal-Kelma t'Alla, il-ħajja sagramentali u x-xhieda tal-karità, jew fi kliem ieħor, l-ambjenti li fihom il-parroċċa tikber u taddatta ruħha skont il-Misteru li temmen fih.

 

21. Jekk nagħtu ħarsa lejn l-Atti tal-Appostli, nindunaw kemm il-Kelma t'Alla kienet protagonista, qawwa interjuri li taħdem biex tikkonverti l-qlub.  Hija l-ikel li jżoqq lid-dixxipli tal-Mulej u tagħmilhom xhieda tal-Evanġelju fid-diversi kundizzjonijiet tal-ħajja.  L-Iskrittura tħaddan fiha qawwa profetika li tagħtiha ħajja dejjiema.  Għalhekk hemm bżonn li l-parroċċa tkun edukatriċi tal-qari u l-meditazzjoni tal-Kelma t'Alla permezz ta' proposti ta' tħabbir diversifikati (22), billi tfassal forom ta' komunikazzjoni ċari, li jinftiehmu, li jirrakkuntaw lill-Mulej Ġesù skont ix-xhieda dejjem ġdida tal-kerygma (23).

 

22. Iċ-ċelebrazzjoni tal-misteru ewkaristiku mbagħad, huwa "l-għajn u l-quċċata tal-ħajja nisranija kollha kemm hi" (24) u għalhekk waqt essenzjali fit-twaqqif  u t-tisħiħ tal-komunità parrokkjali.  Fih il-Knisja tagħraf it-tifsir tal-istess isimha: assemblea tal-Poplu t'Alla li jfaħħar, jitlob bil-ħerqa, jinterċedi u jiżżi ħajr.  Hi u tiċċelebra l-Ewkaristija, il-komunità nisranija tilqa'  l-preżenza ħajja tal-Mulej Imsallab u Rxuxtat, filwaqt li tirċievi l-bxara tal-misteru kollu tiegħu ta' salvazzjoni.

 

23. Minn hawn, il-Knisja tħoss il-bżonn li tiskopri mill-ġdid l-inizjazzjoni nisranija, li tiġġenera ħajja ġdida, għax infilzata fil-misteru tal-ħajja t'Alla nnifsu.  Infatti hija mixja li ma tafx b'waqfiet u lanqas hi marbuta biss maċ-ċelebrazzjonijiet u l-avventimenti, għax l-ewwel u qabel kollox mhix definita mid-dmir li wieħed jagħmel 'rit ta' tranżizzjoni', imma mill-prospettiva ewlenija u permanenti tas-sekwela ta' Kristu.  F'dan il-kuntest jista' jkun utli li jitfasslu toroq mistagoġiċi li jolqtu direttament l-eżistenza (25).  Il-katekeżi wkoll għandha tkun iprreżentata bħala tħabbira bla heda tal-Misteru ta' Kristu bl-għan li fil-qalb tal-imgħammed tibker l-istatura ta' Kristu (cfr Ef 4,13), permezz ta' laqgħa personali mal-Mulej tal-ħajja.

Kif fakkar il-Papa Franġisku, hemm bżonn "tinġibed l-attenzjoni dwar żewġ falsifikazzjonijiet tal-qdusija li jistgħu iġagħluna niżbaljaw it-triq.  Huma żewġ ereżiji li qamu fl-ewwel sekli tal-Knisja u għadhom attwali b'mod allarmanti" (26).  Fil-każ tal-injostiċiżmu ifisser fidi astratta, magħmula mill-għarfien li jibqa' bogħod (maqtugħ) mill-ħajja, filwaqt li l-pelaġjaniżmu iġiegħel lill-bniedem jistrieħ biss fuq il-ħiliet tiegħu innifsu u jitwarrab mill-azzjoni tal-Ispirtu.

 

24. Fin-nisġa misterjuża bejn l-imġieba ta' Alla u dik tal-bniedem, it-tħabbir tal-Evanġelju jsir minn irġiel u nisa li permezz ta' ħajjithom, dak li jħabbru jagħmluh kredibbli, fix-xibka ta' relazzjonijiet inter-personali li jnisslu fiduċja u tama.  Fiż-żmien ta' issa, spiss immarkat mill-indifferenza, mill-għeluq tal-individwu fih innifsu u r-rifjut tal-ieħor, is-sejba mill-ġdid tal-fraternità hija fundamentali għaliex l-evanġeliżżazzjoni hi marbuta sfiq mal-kwalità tar-relazzjonijiet umani (27).  Hekk, il-komunità nisranija tagħmel tagħha l-kelma ta' Ġesù li jixprunana biex "naqdfu 'l barra' (Lq 5,4) bil-fiduċja li l-istedina tal-Imgħallem biex nitfgħu x-xbiek hi minnha nfisha ċertezza li "l-qabda tkun abbundanti" (28).

 

25. "Il-kultura tal-laqgħa" huwa l-kuntest li jseddaq id-djalogu, is-solidarjetà u l-ftuħ lejn kulħadd, billi jġib għad-dawl iċ-ċentralità tal-persuna.  Għaldaqstant hemm bżonn li l-parroċċa tkun "imkien" li jiffavorixxi l-ħbiberija u t-tisdiq tar-relazzjonijiet inter-personali dejjiema, li jippermettu li kulħadd iħoss sens ta' appartenenza u li hu milqugħ tajjeb.

 

26. Il-komunità parrokkjali għandha sejħa biex tiżviluppa "arti ta' qrubija" reali, awtentika.  Jekk din tagħmel għeruq fondi, il-parroċċa ssir realment post fejn tingħeleb is-solitudni li therri l-ħajja ta' tant persuni, kif ukoll "santwarju fejn min hu bil-għatx imur jixrob biex ikompli l-mixja, u ċentru li minnu jintbgħatu bla waqfien il-missjunarji (29).

 

V. “Komunità ta' komunitajiet": il-parroċċ inklussiva, evanġeliżżatriċi u attenta għall-foqra

27. L-oġġett tal-azzjoni missjunarja u evanġeliżżatriċi tal-Knisja huwa dejjem il-Poplu t'Alla fis-sħuħija tiegħu.  Infatti, il-Kodiċi tad-Dritt Kanoniku juri ċar li l-parroċċa mhix binja jew ġabra ta' stutturi, iżda komunità preċiża ta' fidili, li tagħha l-kappillan hu r-ragħaj (30).  Rigward dan, il-Papa Franġisku fakkar li "l-parroċċa hi preżenza ekkleżjali fit-territorju, imkien is-smigħ tal-Kelma t'Alla, tat-tkabbir tal-ħajja nisranija, tad-djalogu, tat-tħabbir, tal-karità ġeneruża, tal-adorazzjoni u taċ-ċelebrazzjoni" u afferma li hija "komunità ta' komunitajiet" (31).

 

28. Id-diversi elementi li tħaddan fiha l-parroċċa għandhom sejħa biex ikunu komunjoni u għaqda.  Allura, fil-qies li kull element jagħraf il-komplimentarjetà tiegħu, billi jqiegħda għas-servizz tal-komunità, min-naħa jista' jara jseħħ bis-sħiħ il-ministeru tal-kappillan u tal-presbiteri li jikkollaboraw bħala rgħajja, mill-oħra toħroġ għad-dawl il-karatteristika tad-diversi kariżmi tad-djakni, tal-persuni konsagrati u tal-lajċi, għax kulħadd ikun impenjat biex jibni ġisem wieħed (cfr 1 Kor 12,12). 

 

29. Għalhekk il-parroċċa hija komunità miġbura mill-Ispirtu s-Santu biex tħabbar il-Kelma t'Alla u twelled mill-ġdid fil-fonti tal-magħmudija, ulied ġodda; miġbura madwar ir-ragħaj tagħha tiċċelelbra l-memorjal tal-passjoni, il-mewt u l-qawmien tal-Mulej, u tkun xhieda tal-fidi fil-karità, tgħix bla heda l-istat tal-missjoni sabiex ħadd ma jibqa' nieqes mill-messaġġ salvifiku li jagġti l-ħajja.

Dwar dan, il-Papa Franġisku tkellem hekk: "Il-parroċċa mhix xi struttura b’jiemha magħduda; propju minħabba fil-flessibbiltà tagħha, tista’ tieħu suriet differenti ħafna minn xulxin li jitolbu l-ħlewwa u l-kreattività missjunarja tar-ragħaj u tal-komunità.  Anki jekk ċertament mhix l-unika istituzzjoni evanġelizzatriċi, jekk ikollha l-ħila tirriforma ruħha u tadatta ruħha l-ħin kollu, tissokta tkun “il-Knisja li  tgħammar f’nofs id-djar ta’ wliedha”.[26]  Dan jitlob minnha li realment tkun f’kuntatt mal-familji u mal-ħajja tal-poplu u ma ssirx struttura li tintilef f’ħafna diskors imma mbagħad hi maqtugħa min-nies, jew grupp ta’ magħżulin li moħħhom biss fihom infushom. (.....)   Imma rridu nirrikonoxxu li s-sejħa għar-reviżjoni u għat-tiġdid tal-parroċċi għadha ma tatx biżżejjed frott biex dawn ikunu eqreb lejn in-nies, u jkunu mkejjen ta’ komunjoni ħajja u ta’ parteċipazzjoni, u jorjentaw ruħhom għalkollox lejn il-missjoni" (32).

 

30. "L-istil spiritwali u ekkleżjali tas-santwarji" - "ċentri missjunarji" reali - bil-karatteristika tal-akkoljenza, tal-ħajja tat-talb u tas-silenzju li jaħji l-ispirtu, kif ukoll taċ-ċelebrazzjoni tas-sagrament tar-rikonċiljazzjoni u l-attenzjoni lejn il-foqra, m'għandux ikun irrilevanti għall-parroċċa.  Il-pellegrinaġi li l-parroċċi jagħmlu lejn is-santwarji huma strumenti prezzjużi biex titkattar il-komunità fraterna u, lura d-dar, tagħmel il-postijiet fejn ngħixu l-ħajja ta' kuljum aktar miftuħin u ospitali (33).

31. F'dil-perspettiva hemm l-idea li s-santwarju jista' jiġbor fih dik il-ġabra ta' karatteristiċi u servizzi li anki l-parroċċa jista' jkollha bħalhom għax għal ħafna fidili tkun il-post mixtieq fejn jistgħu jiflu lilhom infushom u l-post fejn jiltaqgħu mal-wiċċ ta' Kristu ħanin u ma' Knisja akkoljenti.

Fis-santwarjii huma jistgħu jsibu mill-ġdid "id-dilka mill-Qaddis" (1 Ġw 2,20), jiġifieri l-konsagrazzjoni tal-magħmudija personali.  F'dawn il-postijiet jitgħallmu jiċċelebraw b'ħerqa kbira il-liturġija tal-misteru tal-preżenza t'Alla fost il-poplu tiegħu, is-sbuħija tal-missjoni evanġeliżżatriċi ta' kull imgħammed, is-sejħa biex jagħmlu l-karità fil-postijiet fejn jgħixu (34).

 

32. "Santwarju" miftuh għal kulħadd, il-parroċċa bis-sejħa li tilħaq lil kulħadd, mingħajr eċċezzjonni, tfakkar li l-foqra u l-imtarrfin dejjem għandu jkollhom post privileġġjat fil-qalb tal-Knisja.  Kif afferma Benedittu XVI: "Il-foqra huma d-destinatarji privileġġjati tal-Evanġelju" (35).  Min-naħa tiegħu, il-Papa Franġisku kiteb: "L-evanġelizzazzjoni ġdida hi stedina biex nagħrfu l-qawwa feddejja tal-ħajjiet tagħhom u nqiegħduhom fil-qalba tal-mixja tal-Knisja.  Aħna fihom imsejħin niskopru lil Kristu, noffrulhom il-vuċi tagħna favur il-kawżi tagħhom, imma anki li nkunu ħbieb tagħhom, nisimgħuhom, nifhmuhom u nilqgħu l-għerf misterjuż li Alla jrid iwasslilna permezz tagħhom" (36).

 

33. Spiss ħafna, il-komunità parrokkjali hi l-ewwel imkien ta' laqgħa umana u personali tal-foqra mal-wiċċ tal-Knisja.  Ikunu s-saċerdoti, id-djakni u l-persuni konsagrati, b'mod partikolari, li jħossu mogħdrija lejn "il-laħam miġruh" (37) tal-aħwa, li jżuruhom fil-mard, li jsostnu persuni u familji bla xogħol, li jitfħu l-bieb għal min ikun jinsab fil-bżonn.  B'ħarsitha lejn min hu tal-aħħar, il-komunità parrokkjali tevanġeliżża u tħalli lil-foqra jevanġeliżżawha, biex hekk tikseb mill-ġdid l-impenn soċjali tat-tħabbir fl-ambjenti differenti kollha tagħha (38), bla ma tinsa "r-regola suprema" tal-karità li fuqha għad irridu nkunu ġudikati (39).

 

VI. Mill-konverżjoni tal-persuni lejn dik tal-istrutturi

34. F'dal-proċess ta' tiġdid u ristrutturazzjoni, il-parroċċa għandha tevita r-riskju li ssir organiżżazzjoni ta' avvenimenti u offerta ta' servizzi eċċessivi u burokratiċi, għax dawn ma jesprimux id-dinamika tal-evanġeliżżazzjoni, anzi (jsaħħu) l-kriterju tal-awtopreservazzjoni (40).

Hu u jikkwota lil San Pawlu VI, il-Papa Franġisku, bil-parresia li mdorri biha, fakkar illi "l-Knisja trid tidħol fil-fond tal-kuxjenza tagħha, timmedita fuq il-misteru reali tagħha.  (...)  Hemm strutturi ekkleżjali li jistgħu jaslu jikkundizzjonaw id-dinamiżmu li jevanġeliżża; bl-istess mod l-istrutturi tajbin iservu meta jkun hemm ħajja li tħeġġiġhom, issostnihom u tiġġudikahom.  Mingħajr ħajja ġdida u spirtu evanġeliku awtentiku, mingħajr 'il-fedeltà tal-Knisja lejn il-vokazzjoni propja tagħha', kull struttura ġdida titmermer fi żmien qasir" (41).

 

35. Il-konverżjoni tal-istrutturi li għandha tipproponi l-parroċċa titlob qabel xejn, bidla fil-mentalità u tiġdid interjuri, fuq kollox f'dawk li għandhom is-sejħa responsabbli biex imexxu l-pastorali.  Biex ikunu fidili lejn il-mandat ta' Kristu, ir-rgħajja, u b'mod partikolari l-kappillani, "il-kollaboraturi prinċipali tal-Isqof" (42), għandhom iħossu l-ħtieġa urġenti tar-riforma missjunarja tal-pastorali.

 

36. Jekk inżommu f'moħħna kemm il-komunità nisranija hi marbuta mal-istorja tagħha u mad-drawwiet li tħobb, ir-ragħaj m'għandux jinsa li l-fidi tal-Poplu t'Alla tirrelata mal-memorja tal-familja u ma' dik komunitarja.  Spiss ħafna, l-imkien sagru hu fakra ta' waqtiet tal-ħajja ta' tifsir kbir tal-ġenerazzjonijiet tal-imgħoddi, uċuħ u ġrajjiet li mmarkaw itinerarji personali u familjari.  Sabiex ikunu evitati trawmi u feriti, importanti li l-proċessi ta' ristrutturazzjoni tal-komunitajiet parrokkjali, u kultant, djoċesani, jitwasslu għas-seħħ bil-flessibiltà u naqra naqra.

B'riferiment għar-riforma tal-Kurja Rumana, il-Papa Franġisku saħaq li l-gradwalità "hija l-frott inidispensabbli tad-dixxerniment li jimplika proċess storiku, żminijiet u pawsi artikolati, verifika, korrezzjoni, sperimentazzjoni, approvazzjoni "ad experimentum".  Għalhekk, f'każijiet bħal dawn ma nistgħux nitkellmu dwar indeċiżjoni imma dwar flessibiltà meħtieġa biex inkunu nistgħu naslu għal riforma vera" (43).  Ifisser li rridu noqgħodu attenti biex ma ngħaġġlux iżżejjed għax inkunu rridu naslu għar-riformi b'wisq għaġla u bi kriterji ġeneriċi li jobdu l-loġika elaborata ta' "fuq il-karta", filwaqt li jinsew lill-persuni konkreti li jgħixu fit-territorju.  Infatti, kull proġett għandu jkun imsejjes fuq il-ħajja reali tal-komunità u infilzat fiha bla skossi, permezz ta' fażijiet ta' konsultazzjoni meħtieġa minn qabel, u tqegħid fis-seħħ progressiv u kollox ikun iċċekkjat.

 

37. Naturalment, tiġdid bħal dan mhux kompitu tal-kappillan biss, anqas u anqas għandu jkun imponut minn fuq u jħalli barra l-Poplu t'Alla.  Il-konverżjoni pastorali tal-istrutturi timplika li wieħed ikun konxju li "l-Poplu Qaddis u fidil ta' Alla għandu d-dilka tal-grazzja tal-Ispirtu s-Santu; għaldaqstant, fil-waqt tar-riflessjoni, tal-ħsieb, tal-evalwazzjoni, tad-dixxerniment irridu nkunu attenti għal din id-dilka.  Kull darba li bħala Knisja, bħala rgħajja, bħala persuni konsagrati, ninsew din iċ-ċertezza, inkunu qed niżbaljaw it-triq.  Kull darba li nittantaw naqbżu, insikktu, inxejnu, ninjoraw jew nirriduċu l-Poplu t'Alla fit-totalità tiegħu, bid-differenzi tiegħu, u nirriduċuh fi gruppi żgħar ta' elitisti, inkunu qed nibnu komunitàjiet, pjanijiet pastorali, enfasi teoloġika, spiritwalità u strutturi bla għeruq, bla storja, bla wiċċ, bla memorja, bla ġisem, fil-fatt bla ħajja.  Fil-mument li aħna ninqatgħu mill-ħajja tal-Poplu t'Alla, naqgħu fid-deżolazzjoni u nkunu qed nikkorrompu n-natura tal-Knisja (44).

F'das-sens, il-kleru ma jkunx waħdu hu u jwettaq it-trasformazzjoni mitluba mill-Ispirtu s-Santu, imma jkun qed jagħti kas tal-konverżjoni li tolqot kull taqsima tal-Poplu t'Alla (45).  Għalhekk hemm bżonn "infittxu koxjentement u b'moħħ ċar l-ispazji ta' komunjoni u parteċipazzjoni, ħalli d-Dilka tal-Poplu t'Alla kollu kemm hu ssib il-medjazzjonijiet konkreti tagħha biex issir tidher" (46).

 

38. Bħala konsegwenza jidher ċar kemm hu floku li nissuperaw kemm il-kunċett awtoreferenzjali tal-parroċċa kif ukoll "il-klerikaliżżazzjoni tal-pastorali".  Jekk nieħdu bis-serjetà l-fatt li l-Poplu t'Alla "ikkundizzjonat mid-dinjità u l-libertà ta' ulied Alla, li fil-qalb tiegħu jgħammar l-Ispirtu s-Santu bħal f'tempju" (47), dan jimbuttana biex noħolqu prattiċi u mudelli li permezz tagħhom kull imgħammed, bis-saħħa tad-don tal-Ispirtu s-Santu u tal-kariżmi li rċieva, isir protagonista attiv tal-evanġeliżżazzjoni, bl-istil u l-imġieba ta' komunjoni organika, kemm mal-komunitajiet parrokkjali l-oħra kif ukoll mal-pastorali mfassla mid-djoċesi.  Infatti, l-enti responsabbli tal-missjoni hija l-komunità kollha kemm hi minħabba li  l-Knisja ma tidentifikax ruħha mal-ġerarkija biss, imma hi mwaqqfa bħala Poplu t'Alla

 

39. Ikun dmir tar-rgħajja li din id-dinamika jżommuha ħajja, sabiex kull imgħammed jiiskopri lilu nnifsu bħala protagonista attiv tal-evanġeliżżazzjoni.  Il-komunità presbiterali, dejjem miexja fil-formazzjoni permanenti (48), għandha tħarreġ bil-għaqal l-arti tad-dixxerniment li jippermetti li l-ħajja parrokkjali tisseddaq u timmatura bl-għarfien tad-diversi vokazzjonijiet u ministeri.  Għalhekk, il-presbiteru, bħala membru u qaddej tal-Popu t'Alla li hu fdat f'idejh, m'għandux jeħodlu postu.  Il-komunità parrokkjali għandha s-setgħa li tipproponi forom ta' ministerjalità, ta' tħabbir tal-fidi u tax-xhieda tal-karità.

 

40. Iċ-ċentralità tal-Ispirtu s-Santu - don gratwit tal-Missier u tal-Iben lill-Knisja - iwassal biex id-dimensjoni tal-gratwità tingħex fil-fond skont it-tagħlim ta' Ġesù: "B'xejn ħadtu u b'xejn għandkom tagħtu" (Mt 10,8).  Hu għallem lid-dixxipli atteġġjament ta' servizz ġeneruż, biex kull wieħed minnhom ikun don għall-oħrajn (cfr Ġw 13, 14-15), b'attenzjoni preferenzjali lejn il-foqra.  Fost kollox, minn hawn tiġi l-esiġenza li l-ħajja sagramentali ma tkunx "negozju" u ma tingħatax  l-impressjoni li ċ-ċelebrazzjoni tas-sagramenti - fuq kollox l-Ewkaristija Mqaddsa - u l-azzjonijiet ministerjali l-oħra jkunu suġġetti għat-tariffi.

Min-naħa l-oħra r-ragħaj li jaqdi lill-merħla b'ġenerożità gratwita għandu jifforma lill-fidili ħalli kull membru tal-komunità jħossu responsabbli u involut direttament biex jagħti sehemu għall-bżonnijiet tal-Knisja, permezz tad-diversi għamliet ta' għajnuna u solidarjetà, li huma bżonnjużi biex ii-parroċċa taqdi s-servizz pastorali tagħha bil-libertà u b'mod effettiv.

 

41. Minħabba l-fatt li hi ċ-ċentru (il-mutur) li jsuq l-evanġeliżżazzjoni, il-missjoni li għaliha hi msejħa l-parroċċa tolqot għalhekk lill-Poplu t'Alla kollu fit-taqsimiet kollha tiegħu: presbiteri, djakni, persuni konsagrati u l-fidili lajċi, kull wieħed u waħda skont il-kariżma personali u skont ir-responsabbiltajiet tiegħu/tagħha.

 

VII. Il-parroċċa u t-taqsim intern l-ieħor tad-djoċesi

42. il-konverżjoni pastorali tal-komunità parrokkjali fis-sens missjunarju, għalhekk, tieħu għamla u tesprimi ruħha bi proċess gradwali ta' tiġdid tal-istrutturi u, bħala konsegwenza, bid-diversi manjieri ta' dmirijiet tal-kura pastorali u ta' parteċipazzjoni, li fihom ikunu involuti l-partijiet kollha tal-Poplu 'Alla.

 

43. Fill-lingwaġġ kurrenti, misluf mid-dokumenti tal-Maġisteru, fejn jidħol it-taqsim intern tat-territorju djoċesan (49), minn xi għexieren ta' snin 'l hawn ingħaqdu mal-parroċċa u l-vigarjati barranin, li diġà huma kontemplati fil-Kodiċi tad-Dritt Kanoniku li hawn fis-seħħ (50), espressjoniijiet oħra bħalma huma "unità pastorali" u "żona pastorali".  Dawn it-titli jiddeskrivu fil-fatt għamliet ta' organiżżazzjoni pastorali tad-djoċesi u jesprimu relazzjoni ġdida bejn il-fidili u t-territorju.

 

44. F'dak li għandu x'jaqsam "mal-unità" jew "maż-żona pastorali", huwa ċar li ħadd m'għandu jimmaġina li s-soluzzjoni tal-problemi numerużi ta' bħalissa hija sempliċi titlu ġdid tar-realtajiet li diġà jeżistu.  Fil-qalba ta' dan il-proċess ta' tiġdid, dment li nevitaw li "nissaportu" t-tibdil u minflok, nimpenjaw ruħna biex immexxuh 'il quddiem u ntuh direzzjoni, niltaqgħu mal-esiġenza li nidentifikaw strutturi li permezz tagħhom titqanqal fit-taqsimiet kollha tal-komunità nisranija il-vokazzjoni komuni tal-evanġeliżżazzjoni sabiex il-kura pastorali tal-Poplu t'Alla tkun aktar effikaċi u fejn "il-fattur ewlieni" ma jista jkun xejn aktar ħlief il-qrubija.

 

45. F'dil-perspettiva, in-norma kanonika tisħaq dwar il-ħtieġa li f'kull djoċesi jkun hemm taqsimiet territorjali ċari (51), bil-possibbiltà li eventwalment, ikunu jistgħu jingħaqdu f'realtajiet intermedji bejn l-istess djoċesi u l-parroċċa individwali.  Bħala konsegwenza ta' dan, meta wieħed iqis id-daqs tad-djoċesi u r-realtà pastorali konkreta tagħha, jistgħu jkunu indvidwati tipi differenti ta' formazzjonijiet ta' parroċċi (52).

Fil-qalba tagħhom tgħammar u taħdem id-dimensjoni tal-komunjoni tal-Knisja, b'attenzjoni partikolari lejn it-territorju konkret.  Għalhekk meta jitwaqqfu, kemm jista' jkun għandha tingħata importanza lill-uniformità tal-popolazzjoni u l-użanzi tagħhom kif ukoll tal-karatteristiċi komuni għat-territorju, biex titħaffef ir-relazzjoni ta' qrubija bejn il-kappillani u l-operaturi pastorali l-oħra (53).

 

VII.a. Kif għandu jitmexxa t-twaqqif ta' raggruppament tal-parroċċi

46. Ibda biex, qabel ma jibda l-proċess biex jitwaqqaf ir-raggruppament tal-parroċċi, l-Isqof għandu d-dmir li jikkonsulta dwar dan mal-Kunsill presbiterali (54), b'rispett lejn in-normattiva kanonika u f'isem il-korresponsabbiltà ekkleżjali, ixxerjata, kull wieħed skont ir-responsabbiltà li għandu, bejn l-Isqof u l-membri tal-Kunsill.

 

47.  Qbel xejn, ir-raggurppament ta' numru ta' parroċċi jista' jsir b'sempliċi għamla federattiva b'mod li l-parroċċi li jingħaqdu jibqgħu jżommu l-identità distinta tagħhom.

Konformi mal-ordinament kanoniku, madankollu, kull meta jkun stabbilit xi tip ta' raggruppament ta' parroċċi ġirien, hu minn awl id-dinja li għandhom ikunu rispettati l-elementi essenzjali stabbiliti mid-dritt universali, tal-persuna ġuridika tal-parroċċa, li l-Isqof ma jistax jiddispensa minnhom (55).  Għalhekk, lil kull parroċċa li jkun se jaglaq għandu joħorġilha digriet speċifiku li jkun jispjega r-raġunijiet pertinenti (56).

 

48. Fid-dawl ta' dak li ngħad s'issa, għalhekk, ir-raggruppament kif ukoll it-twaqqif jew l-eliminazzjoni tal-parroċċi għandu jsir mill-Isqof djoċesan b'rispett lejn in-normattiva tad-Dritt Kanoniku, jiġifieri l-integrazzjoni li permezz tagħha parroċċa tingħaqad ma' oħra, issir parti minnha u b'hekk titlef l-idividwalità u l-personalità ġuridika tagħha; inkella, ukoll, minħabba twaħħid sħiħ li bih titwaqqaf parroċċa ġdida waħda bl-eliminazzjoni konsegwenti tal-parroċċi li kienu jeżistu qabel u l-personalità ġuridika tagħhom; inkella, fl-aħħar, permezz tal-qsim ta' komunità parrokkjali f'aktar minn parroċċa waħda awtonoma, li jitwaqqfu ex novo (57)

Minbarra dan, l-eliminazzjoni tal-parroċċi minħabba l-għaqda estintiva, hi leġittima għal raġunijiet li jirragwardaw parroċċa partikolari.  Iżda mhumiex raġunijiet validi, per eżempju, in-nuqqas tal-kleru djoċesan, is-sitwazzjoni finanzjarja ġenerali tad-djoċesi, jew kundizzjonijiet oħra tal-komunita li jistgħu jkunu riversibbli fi żmien qasir (per eżempju, il-konsistenza numerika, li ekonomikament ma jkunux awtosuffiċjenti, il-bdil fir-ristrutturar urbanistiku tat-territorju).  Bħala kundizzjoni biex dan il-ġeneru ta' miżuri jkun leġittimu hemm bżonn li r-raġunijiet ikunu direttament u organikament marbutin mal-komunita parrokkjali interessata u mhux kundizzjonijiet ġenerali, teoriċi jew 'ta' prinċipju'.

 

49. A propożitu tat-twaqqif jew tal-eliminazzjoni tal-parroċċi, tajjeb jitfakkar li kull deċiżjoni għandha tittieħed permezz ta' digriet formali bil-miktub (58).  Għalhekk m' għandhiex titqies bħala konformi man-normattiva kanonika l-pubblikazzjoni ta' miżuri bl-għan li jipprovdu riorgaiżżazzjoni ta' natura ġenerali li jolqot id-djoċesi kollha, parti minnha jew grupp ta' parroċċi, li titiqiegħed fis-seħħ permezz ta' att normattiv uniku, ta' digriet ġenerali jew ta' xi liġi partikolari.

 

50. B'mod partikolari fejn tidħol l-eliminazzjoni tal-parroċċi, id-digriet għandu jindika ċar, b'riferiment għas-sitwazzjoni konkreta, liema huma r-raġunijiet li wasslu lill-Isqof jieħu dik id-deċiżjoni.  Għalhekk dawn għandhom ikunu indikati speċifikament għax allużjoni ġenerika mhix biżżejjed "għall-ġid tal-erwieħ".

Fl-att li bih tkun eliminata parroċċa, fl-aħħar, l-Isqof għandu jara kif se jitqassmu l-beni b'konformità man-normi kanoniċi relattivi (59); sakemm ma jkunx jkunx hemm raġunijiet kuntrarji, wara li jkun sama' lill-Kunsill Presbiterali (60), jeħtieġ garanzija li l-knisja tal-parroċċa eliminata tibqa' miftuha għall-fidili.

 

51. Marbut mat-tema tar-raggruppament tal-parroċċi u tal-eliminazzjoni eventwali tagħhom, hemm il-possibbiltà li xi kultant knisja tista' tibda tintuża għal okkażjonijiet profani li ma jkunux indekorużi (61), deċiżjoni li għandu jeħodha l-Isqof djoċesan wara li obbligatorjament ikun ikkonsulta lill-Kunsill Presbiterali (62).

Ordinarjament, anki f'okkażjoni bħal din, biex issir dikjarazzjoni għal adattament bħal dan, mhumiex raġunijiet leġittimi it-tnaqqis tal-kleru djoċesan, it-tnaqqis demografiku u l-kriżi finanzjarja kbira tad-djoċesi.  Għall-kuntrarju, jekk il-bini jkun fi stat tali li ma jkunx jista' jintuża għall-kult divin u ma jkunx hemm possibbiltà li jissewwa, wieħed jista', skont in-norma tad-dritt, jirriduċih għall-użu profan li ma jkunx indekoruż.

 

VII.b. Vigarjat foranju

52. Qabel kollox, hemm bżon jitfakkar li "sabiex tkun faċilitat il-kura pastorali permezz tal-azzjoni komuni, l-Isqof djoċesan jista' jgħaqqad aktar għadd ta' parroċċi ġirien f'raggruppamenti partikolari, bħalma huma l-vigarjati foranji" (63); fil-postijiet differenti jiksbu ismijiet bħal "dekanati" jew "arċipreturi", inkella "żoni pastorali" jew "prefetturi" (64).

 

53. Il-vigarju foranju mhux neċessarjament ikun kappillan ta' xi parroċċa speċifika (65) u, biex jintlaħaq l-għan li għalih ikun twaqqaf il-vigarjat, fost ir-responsabbiltajiet tiegħu, primarjament għandu "jippromwovi u jikkoordina l-attività pastorali komuni fiż-żona tal-vigarjat" (66) b'mod li din ma tibqax biss istituzzjoni purament formali.  Minbarra hekk, il-vigarju foranju "għandu d-dmir li jżur il-parroċċi tad-distrett tiegħu skont kif ikun fassallu l-Isqof djoċesan" (67).  Biex ikun jiista' jaqdi dmiru aħjar u biex aktar jiffavorixxi  l-attivitajiet komuni bejn il-parroċċi, lill-vigarju foranju l-Isqof djoċesan jista' jtih aktar fakultajiet li jidhirlu flokhom a bażi tal-kuntest konkret.

 

VII.c. Unità pastorali

54. Imnebbaħ minn għanijiet analogi, meta jitolbu ċ-ċirkostanzi, minħabba l-estensjoni territorjali tal-vigarjat foranju u tal-għadd kbir tal-fidili, u għalhekk il-ħtieġa li l-kollaborazzjoni organika bejn il-parroċċi ġirien titjieb, wara li jkun sama' l-Kunsill presbiterali (68), l-Isqof jista' wkoll jordna raggruppament stabbli u istituzzjonali ta' varji parroċċi fi ħdan il-vigarjat foranju (69), filwaqt li jżomm f'moħħu xi kriterji konkreti.

 

55. Qabel kollox, ikun sew jekk ir-raggruppamenti, imsejħin "unitajiet pastorali" (70), ikollhom territorju definit u kemm jista' jkun omoġenju anki mill-aspett soċjoloġiku, sabiex tkun tista' tiwettaq pastorali ta' għaqda sħiħa u integrata (71), fil-perspettiva missjunarja.

 

56. Minbarra dan, kull parroċċa f'dar-raggruppament għandha tkun afdata f'idejn kappillan jew grupp ta' saċerdoti 'in solidum', li jieħdu ħsieb il-kura tal-komunitajiet parrokkjali (72).  Inkella, jekk lill-Isqof jidhirlu li jkun konvenjenti, ir-raggurppament jista' jkun iffurmat minn aktar minn parroċċa waħda, afdati f'idejn l-istess kappillan (73).

 

57. F'kull każ, anki meta wieħed iqis l-attenzjoni li trid tingħata lis-saċerdoti, li spiss qdew il-ministeru tagħhom b'mertu u bir-rikonoxximent tal-komunità, daqskemm għall-ġid tal-istess fidili,  marbutin minn rabtiet ta' mħabba u gratitudni mar-rgħajja tagħhom, hu mitlub li fil-ħin li jkun qed jiġi ffurmat xi raggruppament partikolari, bl-istess digriet li bih l-Isqof jgħaqqad għadd ta' parroċċi flimkien biex jitmexxew minn kappilan wieħed (74), kappillani oħra li jkunu għadhom fil-kariga (75) awtomatikament jinħatru uffiċjalment bħala vigarji parrokkjali, jew ikunu mneħħija mill-kariga tagħhom

 

58. F'każi bħal dawn, sakemm ma jkunx affidament 'in solidum', hu kompitu tal-Isqof djoċesan, kull każ separatament, jistabbilixxi l-funzjonijiet tas-saċerdot moderatur ta' dawn ir-raggruppamenti tal-parroċċi, flimkien mar-relazzjonijiet li dan għadnu jkollu mal-vigarju tal-foranja (76), li fi ħdanha tkun ġiet iffurmata l-unità pastorali.

 

59. Darba jkun inħalaq id-dritt tar-raggrupament tal-parroċċi - vigarjat foranju jew "unità pastorali" - l-Isqof jiddetermina, skont il-ħtieġa, jekk fih il-parroċċi għandhomx individwalent ikollhom il-Kunsill Pastorali Parrokkjali (77), inkella jkunx aħjar li kompitu bħal dan  ikun imħolli f'idejn Kunsill Pastorali wieħed għall-komunitajiet kollha interessati.  F'kull każ, il-parroċċi individwalment, li jkunu jiffurmaw ir-raggruppament, sabiex ma jitilfux il-personalità u l-kapaċita ġuridika, għandhomx kull waħda jkollhom il-Kunsill għall-Affarijiet Ekonomiċi tagħhom.

 

60. Bl-għan li tkun valoriżżata l-azzjoni evanġeliżżatriċi komunitarja u l-kura pastorali tkun aktar effikaċi, hu opportun li jitwaqqfu servizzi pastorali komuni għal ċerti taqsimiet (per eżempju: il-katekeżi, il-karità, il-pastorali taż-żgħażagħ jew tal-familja) fil-parroċċi tar-raggruppament, bis-sehem tal-membri kollha tal-Poplu t'Alla, kjeriċi, persuni konsagrati u fidili lajċi.

 

VII.d. Żona pastorali

61. Jekk għadd ta' "unitajiet pastorali" jistgħu jkunu vigarjat foranju, bl-istess mod, speċjalment fid-djoċesijiet fjn it-territorju hu estiż, diversi vigarjati foranji, wara li jkun ikkonsultat il-Kunsill presbiterali (79), l-Isqof jista' jgħaqqadhom  f'"distretti" jew "żoni pastorali" (80), bit-tmexxija ta' vigarju episkopali (81) bis-setgħa esekuttiva ordinarja għall-amministrazjoni pastorali taż-żona f'isem l-Isqof Djoċesan, taħt l-awtorità tiegħu u f'komunjoni miegħu, minbarra l-fakultajiet speċjali li l-Isqof jgħoġbu jtih skont il-każ.

 

VIII. Forom ordinarji u straordinarji ta' affidament tal-kura pastorali tal-komunità parrokkjali

62. L-ewwelnett, il-kappillan u l-presbiteri l-oħra, f'komunjoni mal-Isqof, huma r-riferiment fundamentali għall-komunita parrokkjali, minħabba l-kompitu pastorali tagħhom (82)  Il-kappillan u l-presbiteru, filwaqt li jikkultivaw il-ħajja komuni u l-fraternità saċerdotali, jiċċelebraw il-ħajja sagramentali għall-komunità u flimkien magħha, u għandhom is-sejħa li jorganiżżaw il-parroċċa b'mod li tkun sinjal effikaċi tal-komunjoni (83).

 

63. Rigward il-preżenza u l-missjoni tal-presbiteri fil-komunità parrokkjali, ta' min isemmi b'mod partikolari l-ħajja komuni (84); din hi rakkomandazzjoni tad-dritt 280, anki jekk mhix prevista bħala obbligu għall-kleru sekulari.  Rigward dan ta' min ifakkar il-valur fundamentali tal-ispirtu ta' komunjoni, tat-talb u tal-azzjoni pastorali komuni min-naħa tal-kjeriċi (85), fid-dawl ta' xhieda effettiva ta' fraternità sagramentali (86) u ta' azzjoni evanġeliżżatriċi aktar effikaċi.

 

64. Meta l-presibteru jiġġarrab mill-ħajja komunitarja, allura tissaħħaħ l-identità saċerdotali, jonqos it-tħassib dwar l-affarijiet materjali u t-tentazzjoni tal-individwaliżmu tħalli postha għall-profondita tar-relazzjoni personali.  It-talb komuni, ir-riflessjoni flimkien u l-istudju, li qatt m'għandhom ikunu nieqsa fil-ħajja saċerdotali, jistgħu jkunu ta' sostenn kbir fil-formazzjoni ta' spiritwalità presbiterali inkarnata fil-ħajja ta' kuljum.

F'kull każ, ikun konvenjenti li skont id-dixxerniment personali u fil-limitu ta' dak li hu possibbli, l-Isqof iżomm kont tal-affinità umana u spiritwali bejn is-saċerdoti li jkun irid jafdalhom f'idejhom xi parroċċa jew raggruppament ta' parroċċi, u jistedinhom biex ikunu disponibbli bil-ġenerożità għall-missjoni pastorali ġdida jew għal xi forma oħra ta' kondiviżjoni tal-ħajja mal-konfratelli (87).

 

65. F'xi każi, l-aktar fejn m'hemmx tradizzjoni jew drawwa tad-dar kanonika, inkella meta din għal xi raġuni mhix disponibbli bħala dar fejn jgħammar is-saċerdot, jista' jiġri li dan imur joqgħod flimkien mal-familja tiegħu, l-ewwel imkien ta' formazzjoni umana u fejn skopra l-vokazzjoni (88).

Min-naħa, sistemazzjoni bħal din tista' tkun kontribut pożittiv għall-ħajja ta' kuljum tas-saċerdot, fis-sens li ttih garanzija ta' ambjent domestiku seren u stabbli, speċjalment dment li jkunu għadhom ħajjin il-ġenituri.  Min-naħa l-oħra ta' min jevita li s-saċerdot jgħix ħajja ta' dipendenza interjuri u b'anqas disponibbilta għall-ministeru minħabba dawn ir-relazzjonijiet familjari, jew, bħala alternattiva li teskludi - pjuttost milli bħala aċċesorju - ir-relazzjoni tiegħu mal-familja presbiterali u l-komunità tal-fidili lajċi.

 

VIII.a. Kappillan

66. Id-dmir tal-kappillan hu l-kura sħiha tal-erwieħ (89), u bħala konsegwenza, biex persuna valida , tingħatalha l-ħatra ta' kappillan jeħtieġ li tkun irċeviet l-ordni tal-Presbiterat (90), u dan jeskludi l-possibbiltà li dan l-uffiċċju jingħata lil min m'għandux dan l-istat presbiterali jew il-funzjonijiet realttivi, anki meta hemm nuqqas ta' saċerdoti.  Propju minħabba l-ħtieġa ta' relazzjoni u qrubija li għandu jkollu r-ragħaj mal-komunità, l-uffiċċju tal-kappillan ma jistax ikun afdat f'idejn persuna ġuridika (91).  B'mod partikolari - apparti minn dak li hemm previst fil-Kan. 517, §§ 1-2 - l-uffiċċju ta' kappillan ma jistax jingħata li xi grupp ta' persuni magħmul minn kjeriċi u lajċi.  Għalhekk għandhom ikunu evitati klassifiċi bħal "team gwida", "équipe gwida" u ismijiet simili, li donnhom jagħtu l-impressjoni li l-parroċċa hi mmexxija minn xi gvern kolleġġjali.

 

67. Bħala konsegwenza tal-fatt li hu "r-ragħaj tal-parroċċa afdata f'idejh" (92), ipso iure l-kappillan hu r-rappreżentant ġuridiku tal-parroċċa (93).  Huwa l-amministratur responsabbli tal-propjetajiet kollha tal-parroċċa li huma "propjetajiet ekkleżjastiċi" u għalhekk subordinati għan-normi kanoniċi relattivi (94).

 

68. Kif jafferma l-Konċilju Vatikan II, "fil-kariga li għandhom fil-parroċċa l-kappillani għandhom igawdu dik l-istabbiltà li jitlob minnhom il-ġid tal-erwieħ" (95).  Bħala prinċipju ġenerali għalhekk hu mitlub li l-kappillan "ikun maħtur għal żmien indeterminat (96).

L-Isqof djoċesan, madankollu, jista' jaħtar kappillani għal żmien determinat jekk dan ikun stabbilit b'digriet mill-Konferenza Episkopali.  Minħabba l-ħtieġa li l-kappillan għandu jistabbilixxi rabta effettiva u effikaċi mal-komunità afdata f'idejh, ikun konvenjenti li għan-nomina temporanja, il-Konferenza Episkopali ma tagħtix żmien qasir iżżejjed, mhux jkunx anqas minn ħames snin.

 

69. F'kull każ, anki jekk il-kappillani jkunu nominati għal żmien indeterminat jew qabel ma jiskadi ż-żmien temporanju, huma għandhom jibqgħu disponibbli biex eventwalment ikunu trasferiti f'parroċċa oħra jew jingħataw dmirijiet oħra, "jekk dan ikun għall-ġid tal-erwieħ inkella għall-ħtieġa jew il-benefiċċju tal-Knisja" (97).  Infatti ta' min ifakkar li l-kappillan qiegħed hemm għas-servizz tal-parroċċa u mhux bil-maqlub.

 

70. Normalment, fejn ikun possibbli, jkun tajjeb li l-kappillan ikollu l-kura pastorali ta' parroċċa waħda, madankollu, "minħabba n-nuqqas ta' saċerdoti jew minħabba ċirkustanzi oħra, lill-istess kappillan tista' tingħatalu l-kariga ta' aktar minn parroċċa waħda ġirien" (98).  Per eżempju, bħala "ċirkostanzi oħra" nistgħu nqisu ċ-ċokon tat-territorju jew tal-popolazzjoni, kif ukoll il-prossimità bejn il-parroċċi.   L-Isqof djoċesan għandu jgħarbel bir-reqqa biex jara li jekk lill-istess kappillan jafdalu t-tmexxija ta' aktar minn parroċċa waħda, dan ikun jista' jaqdi l-funzjonijiet tiegħu sħih u konkretament bħala ragħaj veru d-dmir ta' kappilan tagħhom kollha u ta' kull waħda minnhom (99).

 

71. Ladraba jirċievi n-nomina, il-kappillan jibqa' fil-kontroll sħih tad-dmirijiet li nagħtawlu, bid-drittijiet u -responsabbiltajiet kollha, sakemm leġittimament ma jiġix fi tmiemu l-uffiċċju pastorali tiegħu (100).  Biex jitneħħa jew biex ikun trasferit qabel ma jintemm il-mandat tiegħu hemm bżonn ikunu osservati l-proċeduri kanoniċi relattivi, li l-Knisja tinqeda bihom għad-dixxerniment ta' dak li jkun jaqbel isir fil-każ konkret (101).

 

72. Meta jkun ta' fejda għall-fidili, anki jekk ma jkunx hemm raġunijiet oħra biex jieqaf qabel, il-kappillan li jagħlaq il-75 sena, għandu jilqa' l-istedina li jista' jagħmillu l-Isqof djoċesan biex jirtira mill-parroċċa (102).  Il-preżentazzjoni tar-rinunzja ta' min ikun għalaq 75 sena (103), għandha titqies bħala dover morali, jekk mhux ukoll kanoniku, iżda dan ma jfissrix li l-kappillan awtomatikament jitlef id-dritt tal-uffiċċju tiegħu.  It-tmiem tal-uffiċċju jseħħ biss meta l-Isqof djoċesan ikun informa lill-kappillan bil-miktub, li jkun aċċetta r-rinunzja tiegħu (104).  Min-naħa l-oħra l-Isqof għandu bil-qalb tajba jikkunsidra r-rinunzja ta' kappillan anki minħabba l-fatt biss li jkun għalaq 75 sena.

 

73. F'kull każ, biex ikun evitat li l-ministeru jitqies biss id-dawl funzjonalistiku, qabl ma jaċċetta r-rinunzja, l-Isqof djoċesan għandu jixtarr bil-prudenza ċ-ċirkustanzi kollha tal-persuna u tal-post, bħal per eżempju l-preżenza ta' raġunijiet ta' saħħa jew ta' dixxiplina, in-nuqqas ta' saċerdoti, il-ġid tal-komunità parrokkjali, u elementi oħra bħal dawn, u jaċċetta r-rinunzja għal raġunijiet ta' kawża ġusta u proporzjonata (105).

 

74. Madankollu, jekk jippermettu l-kundizzjonijiet personali tas-saċerdot u l-għaqal pastorali jissuġġerixxi hekk, l-Isqof għandu jikkunsidra l-possibiltà li jħallih jaqdi l-uffiċċju tiegħu u forsi jibgħatlu miegħu xi ħadd jgħinu biex b'hekk iħejji s-suċċessjoni.  Minbarra dan, "skont il-każ, l-isqof jista' jibgħat lill-kappillan li jkun irrinunzja, jaqdi lil xi parroċċa iżgħar u anqas impenjattiva"  (106), jew inkella jtih xi kariga pastorali addattata skont il-possibiltajiet tiegħu, billi jistieden lis-saċerdot jifhem, jekk ikun il-każ, li għall-ebda raġuni m'għandu jħossu li qed jisfa "relegat" jew li qed jingħata "kastig" minħabba trasferiment bħal dan.

 

VIII.b. Amministratur parrokkjali

75. Kull meta ma jkunx possibbli li n-nomina tal-kappillan issir mill-ewwel, in-nomina tal-amministratur parrokkjali (107), għandha ssir biss b'konformità ma' dak li hu stabbilit fin-normattiva kanonika (108).

Infatti dan hu uffiċċju essenzjalment tranżitorju u jitħaddem sakemm issir in-nomina tal-kappillan il-ġdid.  Għal dir-raġuni huwa illeġittmu li l-Isqof djoċesan jinnomina amministratur parrokkjali u jħallih fil-kariga għal żmien twil, aktar minn sena jew, addirittura, b'mod stabbli u b'hekk jevita li jaħtar il-kappillan.

Skont kif turi l-esperjenza, spiss din is-soluzzjoni tintuża biex tiskarta l-kundizzjonijiet tad-dritt relattiv għall-prinċipju tal-istabbilità tal-kappillan, ħaġa minnha nfisha vjolazzjoni b'dannu għall-presbiteru nnifsu u għall-istess komunità illi, minħabba l-kundizzjoni ta' inċertezza dwar il-preżenza tar-ragħaj, ma tkunx tista' tħejji programmi ta' evanġeliżżazzjoni għat-tul u tillimita ruħa biss għal pastorali ta' konservazzjoni.

 

VIII.c. Affidament "in solido"

76. Bħala possibbiltà oħra, "meta jitolbu ċ-ċirkustanzi, il-kura pastorali ta' parroċċa, jew ta' aktar minn parroċċa waħda flimkien, tista' tingħata "in solidum" lil grupp ta' saċerdoti" (109).  Soluzzjoni bħal din tista' tkun addottata meta, fid-diskrezzjoni tal-Isqof, ikun hemm ċerti ċirkustanzi konkreti, b'mod partikolari għall-ġid tal-komunitajiet interessati, permezz ta' azzjoni pastorali kondiviża u aktar effikaċi, u mhux l-anqas biex tisseddaq il-komunjoni spiritwali bejn il-presbiteri (110). 

F'każi bħal dawn, il-grupp ta' presbiteri, f'komunjoni mat-taqsimiet l-oħra tal-komunitajiet parrokkjali interessati, għandhom jimxu fuq deliberazzjonijiet komuni għax fil-konfront tas-saċerdoti l-oħra, il-Moderatur hu għal kollox "primus inter pares".

 

77. Irrikmandat bil-qawwa li kull komunità ta' saċerdoti li tkun afdata f'idejhom "in solidum" il-kura pastorali ta' parroċċa jew grupp ta' parroċċi, bejniethom joħolqu regolamenti interni sabiex kull presbiteru jkun jista' jaqdi aħjar id-dmirijiet u l-funzjonijiet li jkun responsabbli tagħhom (111).

Bħala responsabbiltà personali, il-Moderatur jikkoordina l-ħidma komuni tal-parroċċa jew tal-parroċċi afdati f'idejn il-grupp, u jassumi r-rappreżentanza ġuridika tagħhom (112), jikkoordina t-tħaddim tal-fakultà tal-assistenza fit-tiġijiet u jagħti dispensi li huma dritt tal-kappillani (113), u quddiem l-Isqof jagħti kont tal-attivitajiet kollha tal-grupp (114).

 

VIII.d. Vigarju parrokkjali

78. Bħala arrikkiment, bħala parti mill-possibbiltajiet imsemmija hawn fuq, jista' jkun hemm il-possibbiltà li xi saċerdot ikun nominat vigarju parrokkjali b'kargia speċifika f'xi settur pastorali (żgħażagħ, anzjani, morda, assoċjazzjonijiet, konfraternitajiet, formazzjoni, ketekeżi, eċċ), li jaqdi diversi parroċċi, inkella biex jassumi l-ministeru sħih jew parti preċiża minnu f'xi waħda minnhom (115)

Fil-każ li l-vigarju pastorali jkun ingħata l-inkarigu f'aktar minn parroċċa waħda, kull waħda mmexxija mill-kappillan tagħha, ikun tajjeb li fid-Digriet tan-nomina jkunu spjegati ċari u deskritti sew id-dmirijiet li jkun ingħata relattivament għal kull komunità parrokkjali, kif ukoll it-tip ta' relazzjoni li għandu jkollu ma' kull kappillan f'dak li għandu x'jaqsam mar-residenza, l-ikel u ċ-ċelebrazzjonii tal-Quddiesa.

 

VIII.e. Id-djakni

79. Id-djakni huma minnistri ordnati, inkardinati f'xi djoċesi jew fir-realtajiet ekkleżjali l-oħra li jista' jagħti servizz fihom (116); huma l-mollaboraturital-Isqof u tal-presbiteri fl-istess missjoni evanġeliżżatriċi unika bid-dmir speċifiku, bis-saħħa tas-sagrament li rċevew, li "jaqdu lill-poplu t'Alla fid-djakonija tal-liturġija, tal-kelma u tal-karità" (117).

 

80. Biex tkun imħarsa l-identità tad-djakni, minħabba l-inkoraġġiment li qed ikollu l-ministeru tagħhom, il-Papa Franġisku l-ewwel wissa dwar xi riskji ta' kif tinftiehem in-natura tad-djakonat: "Jeħtieġ noqgħodu attenti biex ma nħarsux lejn id-djakni bħala biċċa saċerdot u biċċa lajk. (....)  U lanqas hu sew li naraw lid-djaknu bħala speċi ta' intermedjarju bejn il-fidili u r-rgħajja.  U lanqas xi ħaġa fin-nofs bejn is-saċerdoti u l-lajċi u lanqas triq tan-nofs bejn ir-rgħajja u l-fidili.  U hemm żewġ tentazzjonijiet.  Hemm il-periklu tal-klerikaliżmu: id-djaknu li jkun klerikali żejjed.  (....)  U t-tentazzjoni l-oħra hija l-funzjonaliżm: huma l-għajnuna li jkollu bżonn is-saċerdot f'dik u fl-oħra" (118)

F'dan l-istess diskors tiegħu, il-Qdusija Tiegħu iċċara b'mod aktar preċiz x'inhu r-rwol speċifiku tad-djakni fi ħdan il-komunità ekkleżjali: "Id-djakonat huwa vokazzjoni speċifika, vokazzjoni familjari li sejjaħ għall-qadi.  (....) Dil-kelma hi l-qofol biex tifhmu l-kariżma tagħkom.  Is-servizz bħala wieħed mid-doni karatteristiċi tal-poplu t'Alla.  Biex ngħidu hekk, id-djaknu hu l-gwardjan tas-servizz tal-Knisja: is-servizz tal-Kelma, is-servizz tal-Altar, is-servizz lill-Foqra (119).

 

81. Matul is-sekli id-duttrina dwar id-djakonat għaddiet minn żvilupp importanti.  Il-fatt li l-Konċilju Vatikan II reġa' taha l-ħajja, fl-istess ħin hu kjarifika dottrinali u twessigħ tal-azzjoni ministerjali marbuta miegħu, li d-djakonat ma torbtux esklussivament mal-ambitu tas-servizz tal-karità biss jew tirriservah - skont kif kien stabbilit fil-Konċilju ta' Trentu - bħala passaġġ temporanju u kważi unikament bħala servizz liturġiku.  Pjuttost, il-Konċilju Vatikan II jispeċifika li dan hu grad tas-sagrament tal-Ordni u għalhekk, "(id-djakni), sostnuti mill-grazzja sagramentali, fid-djakonija tal-liturġija, tal-predikazzjoni u tal-karità jaqdu l-poplu t'Alla f'komunjoni mal-Isqof u l-presbiterju tiegħu (120).

Is-sinjal mogħti mill-Konċilju jagħmel tiegħu dak li  stabbiliet il-Lumen Gentium u jiddefinix dejjem aħjar l-uffiċċju tad-djakni bħala parteċipazzjoni, minkejja li fi grad differenti, tas-sagrament tal-Ordni.  Infatti, fl-udjenza mogħtija lill-parteċipanti tal-Kungress Internazzjonali dwar id-Djakonat, Pawlu VI saħaq li d-djaknu jservi l-komunitajiet insara "kemm fit-tħabbir tal-Kelma t'Alla kif ukoll fil-ministeru tas-sagramenti u fit-tħaddim tal-karità" (112).  Min-naħa l-oħra, minkejja li fil-Ktieb tal-Atti (Atti 6, 1-6) donnu jidher li s-seba' rġiel magħżula kellhom iddmir ewlieni li jaqdu fl-imwejjed, fil-verità, l-istess Ktieb bibliku jirrakkonta kif Stiefnu u Filippu jeżerċitaw bis-sħih "id-djakonija tal-Kelma".  Għalhekk, bħala kollaboraturi tat-tnax u ta' Pawlu, huma jeżerċitaw il-ministeru tagħhom fiż-żewġ oqsma: l-evanġeliżżazzjoni u l-karità.

Għaldaqstant, huma bosta l-karigi ekkleżjali li jistgħu jingħataw lid-djakni, jiġifieri l-karigi kollha li ma jinvolvux il-kura sħiha tal-erwieħ (122).  Il-Kodiċi tad-Dritt Kanoniku, madankollu, jiddetermina liema dmirijiet huma riservati għall-presbiteru u liema inkargi jistgħu jkunu fdati anki f'idejn il-fidili lajċi, filwaqt li ma tidher ebda indikazzjoni ta' xi uffiċċju partikolari li jista' jesprimi l-minsteru djakonali fl-ispeċifiċtà tiegħu.

 

82. F'kull każ, l-istorja tad-djakonat tfakkarna li dan kien twaqqaf fl-ambitu ta' viżjoni ministerjali tal-Knisja, u għalhekk, bħala ministeru ordnat għas-servizz tal-Kelma u tal-karità; dan l-aħħar qasam jiġbor fih ukoll l-amminstrazzjoni tal-beni.  Din il-missjoni doppja tad-djaknu mbagħad, tesprimi ruħha fil-qasam liturġiku, li fih u msejjaħ biex iħabbar l-Evanġelju u biex jagħti servizz fil-mejda ewkaristika.  Propju dawn il-konnessjonijiet jistgħu jkunu ta' benefiċċju biex jiġu identifikati d-dmirijiet speċifiċi tad-djaknu, isaħħu l-valur tal-aspetti tipiċi ta' dil-vokazzjoni fid-dawl tal-promozzjoni tal-ministeru djakonali.

 

VIII.f. Il-persuni konsagrati

83. Fi ħdan il-komunità parrokkjali, f'ħafna każi, hemm il-preżenza ta' persuni ta' ħajja konsagrata.  Din infatti, "mhix realtà esterna jew indipendenti mill-ħajja tal-Knisja lokali, imma hija mod uniku, immarkat mir-radikalità evanġelika, ta' preżenza fi ħdanha bid-doni speċifiċi tagħha (123).  Minbarra hekk, il-ħajja konsagrata integrata fil-komunità flimkien mal-kjeriċi u l-lajċi "għandha postha fid-dimensjoni kariżmatika tal-Knisja.  (....).  L-ispiritwalità tal-Istituti tal-ħajja konsagrata kemm għall-fidil lajk kif ukoll għall-presbiteru, tista' ssir riżorsa ta' tifsir qawwi biex wieħed jgħix il-vokazzjoni tiegħu" (124).

 

84. Il-kontribut li jistgħu jagħtu l-persuni konsagrati lejn il-missjoni evanġeliżżatriċi tal-komunità parrokkjali, l-ewwel u qabel kollox jiġi mill-fatt li "huma min huma", jiġifieri xhieda ta' sekwela radikali ta' Kristu bl-istqarrija tar-rakkomandazzjonijiet evanġeliċi (125), u huwa biss fattur sekondarju dak li jagħmlu, jiġifieri l-opri li jwettqu b'konformità mal-kariżma ta' kull istitut (per eżempju, katekeżi, karità, formazzjoni, pastorali taż-żgħażagħ, kura tal-morda) (126).

 

VIII.g. Lajċi

85. B'mod speċjali, il-komunita parrokkjali hi magħmula mill-fidili lajċi (127), illi bis-saħħa tal-magħmudija u tas-sagramenti l-oħra tal-inizjazzjoni nisranija, u f'ħafna minnhom anki permezz taż-żwieġ (128), jieħdu sehem fl-azzjoni evanġeliżżatriċi tal-Knisja minħabba li "l-vokazzjoni u l-missjoni propja tal-fidili lajċi hi t-trasformazzjoni tar-realtajiet varji tad-dinja ħalli kull attività umana tkun trasformata bl-Evanġelju" (129).

Il-fidili lajċi b'mod partikolari, minħabba l-fatt illi l-karatteristika speċifika tagħhom hi sekulari, jiġifieri "li jfittxu s-Saltna t'Alla billi dak li hu temporali jorganiżżawh skont ir-rieda t'Alla (130), "jistgħu ukoll iħossuhom imsejħin biex jikkollaboraw mar-rgħajja tagħhom fis-servizz tal-komunità ekkleżjali, għat-tisħiħ u l-vitalità tagħha, billi jeżerċitaw ministeri diversi ħafna skont il-grazzja u l-kariżmi li jogħġbu jsawwab fuqhom il-Mulej" (131).

 

86. Illum il-ġurnata mill-fidili lajċi mitlub impenn ġeneruz għas-servizz tal-missjoni evanġeliżżatriċi, qabel kollox bix-xhieda ġenerali tal-ħajja ta' kuljum li taqbel mal-Evanġelju fl-ambjenti fejn jgħixu u f'kull livell ta' responsabbiltà, imbagħad b'mod partikolari, billi jieħdu impenji marbutin mas-servizz tal-komunità parrokkjali (132).

 

VIII.h. Għamliet oħra ta' affidament tal-kura pstorali

87. Jeżisti mbagħad mod ieħor għall-Isqof - kif jiddeskrivi l-Kan. 517, § 2 - biex jipprovdi għall-kura pastorali ta' komunità anki jekk, minħabba n-nuqqas ta' saċerdoti, ma jkunx possibbi jaħtar kappillan u lanqas amministratur parrokkjali, li jkunu "full time".  F'ċirkostanzi pastorali problematiċi bħal dawn, biex il-ħajja nisranija tibqa' tingħata sapport u l-missjoni evanġeliżżatriċi tal-komunità titkompla, l-Isqof djoċesan jista' jafda l-ħidma tal-kura pastorali ta' parroċċa f'idejn djaknu, persuna  konsagrata jew lajk, inkella f'idejn għaqda ta' persuni (per eżempju: istitut reliġjuż jew assoċjazzjoni) (133).

 

88. Dawk li tingħatalhom il-parteċipazzjoni fil-ħidma tal-kura pastorali tal-komunità ikunu koordinati u mmexxijin minn presbiteru bil-fakultajiet leġittimi li jinħatar bħala "Moderatur tal-kura pstorali", u lilu jingħataw b'mod esklussiv is-setgħat u l-funzjonijiet ta' kappillan bid-dmirijiet u d-drittijiet konsegwenti, minkejja li l-ħatra tiegħu ma tkunx uffiċjali.

Tajjeb jitfakkar li din hija għamla straordinarja tal-affidament tal-kura pastorali, minħabba li jkun impossibbli li jinħatar kappillan jew amministratur parrokkjali, u dan m'għandniex inħalltuh mal-kooperazzjoni ordinarja attiva jew mar-responsabbiltajiet li għandu jkollhom il-fidili kollha.

 

89. Fid-dawl tal-fatt li jkun hemm bżonn ta' dar-rimedju straordinarju, jeħtieġ li l-Poplu t'Alla jkun imħejji kif jixraq, u wieħed irid jara li jirrikorri għal din is-soluzzjoni għaż-żmien meħtieġ biss u mhux għal żmien indefinit (134).  Il-mod eżatt kif tinftiehem u l-applikazzjoni ta' dan il-kanoni jitlob li dan "isir b'rispett  u reqqa lejn il-klawsoli li hemm fih, jiġifieri: a) "minħabba n-nuqqas ta' saċerdoti" u mhux għall-kumdità jew għar-raġuni ekwivoka li "tippromwovi l-lajkat"; (....); b) jibqa' l-fatt li din tkun "parteċipazzjoni fil-ħidma tal-kura pastorali" u mhux tmexxija, koordinazzjoni, moderazzjoni, gvern tal-parroċċa; ħaġa li skont it-test tal-kanoni hi kompitu tas-saċerdot biss" (135).

 

90. Sabiex l-affidament tal-kura pastorali jkun skont il-Kan. 517, § 2(136) hemm ħtieġa tal-konformità ma' ċerti kriterji.   Qabel kollox, peress li din hi soluzzjoni pastorali straordinarja u temporanja (137), il-kawża kanonika waħdanija li għaliha wieħed jirrikorri għal dis-soluzzjoni, hi n-nuqqas ta' saċerdoti, b'mod li ma jkunx possibbli tingħata kura pastorali lill-komunità parrokkjali bin-nomina ta' kappillan jew amministratur parrokkjali.  Minbarra dan, aktar preferibbli li jintgħażel djaknu wieħed jew aktar milli persuni konsagrati jew lajċi għal din l-għamla ta' tmexxija tal-kura pastorali (138).

 

91. F'kull każ, il-koordinazzjoni tal-attività pastorali organizzata b'dal-mod tkun dmir il-presbiteru li l-Isqof djoċesan ikun tah il-kariga ta' Moderatur: b'mod esklussiv, dan is-saċerdot għandu s-setgħa u l-fakultajiet propji tal-kappillan; iżda l-fidili l-oħra "jagħtu biss kontribut fil-ħidma tal-kura pastorali tal-parroċċa" (139).

 

92. Kemm id-djaknu, kif ukoll il-persuni l-oħra li m'għandhomx id-dilka tal-ordni sagri, imma jagħtu sehmhom fil-ħidma tal-kura pastorali, jistgħu jaqdu biss il-funzjonijiet tal-istat djakonali jew ta' fidil lajk, b'rispett lejn "il-karatteristiċi ordinarji tad-diversità u l-komplimentarjetà bejn id-doni u l-funzjonijiet tal-ministri ordnati u l-fidili lajċi, propji tal-Knisja li Alla riedha tkun strutturata organikament" (140).

 

93. Fl-aħħar, fid-Digriet li bih jinnomina l-presbiteru Moderatur hu rrikmandat ħafna li l-Isqof jispjega, anki fuq fuq, ir-raġunijiet li minħabba fihom kien meħtieġ tkun applikata dil-forma straordinarja tal-kura pastorali ta' xi komunità parrokkjali jew aktar minn waħda, u  bħala konsegwenza, il-mod ta' kif iħaddem il-ministeru s-saċedot inkarigat.

 

IX. Inkargi u ministeri parrokkjali

 

94. Minbarra l-kollaborazzjoni okkażjonali, li kull persuna ta' rieda tajba - anki min mhux mgħammed - jista' joffri fl-attivitajiet ta' kuljum tal-parroċċa, jeżistu ċerti karigi stabbli, li a bażi tagħhom il-fidili jassumu r-responsabbiltà ta' xi servizz fi ħdan il-komunità parrokkjali, għal perjodu ta' żmien.  Naħsbu, per eżempju, fil-katekisti, il-ministranti, l-operaturi tal-karità u dawk li jagħtu 'counselling', dawk li jmorru jżuru l-morda.

 

95. F'kull każ, hu u jiddefinixxi l-karigi tad-djakni, tal-persuni konsagrati u tal-fidili lajċi li jingħatw kargi ta' parteċipazzjoni fil-ħidma tal-kura pstorali, hemm bżonn tintuża terminoloġija li b'mod korrett tikkorrispondi mal-funzjonijiet li huma jistgħu jaqdu b'konformità mal-istat tagħhom, biex b'hekk id-differenza essenzjali li hemm bejn is-saċerdozju komuni u s-saċerdozju ministerjali tkun tidher ċara, u dan isir b'mod li tkun evidenti l-identità tal-impenn li jingħata lil kull persuna.

 

96. Qabel kollox, f'das-sens, hi responsabbiltà tal-Isqof djoċesan, u sa fejn tasal ir-responsabbiltà tiegħu, il-kappillan, li l-karigi tad-djakni, tal-persuni konsagrati u tal-lajċi, li jkollhom rwoli ta' responsabbiltà fil-parroċċa, ma jingħatawx ismijiet bħal "parroku", "ko-parroku", "ragħaj", "kappillan" "moderatur". "koordinatur", "responsabbli parrokkjali" jew denominazzjonijiet oħra simli (141), li d-Dritt jirriserva għas-saċerdoti (142), minħabba li għandhom rilevanza diretta mal-profil ministerjali tal-presbiteri.

Fil-konfront ta' dawn il-fidili msemmiija hawn fuq u tad-djakni, hu illeġittmu bl-istess mod, u mhux konformi mal-identità vokazzjonali tagħhom  espressjonijiet bħal "inkarigat mill-kura pastorali ta' xi parroċċa" u espressjonijiet simli li jirreferu għall-ispeċifiċità tal-ministeru saċerdotali, li hi responsabbilta tal-kappillan.

Tidher aktar f'lokha, per eżempju, id-denominazzjoni "djaknu koopertur" u fil-każ ta' persuni konsagrati u l-lajċi "koordinatur ta'... (u jissemma' l-qasam pastorali)", jew "kooperatur pastorali", "assistent pastorali" jew "inkarigat minn... (jissemma' l-qasam pastorali).

 

97. Skont in-norma tad-Dritt, il-fidili lajċi jistgħu jinħatru letturi jew akkolti (abbatini) f'forma stabbli permezz ta' rit apposta skont il Kan.. 230, § 1.  Il-fidili li mhumiex ordnati jistgħu jingħataw id-denominazzjoni ta' "ministru straordinarju" biss, jekk effettivament ikunu msejħin mill-awtorità kompetenti (14) biex jaqdu l-funzjonijiet ta' supplenza skont il-Kan. 230, § 3 e 943.  Id-delega temporanja fl-azzjonijiet liturġiċi, kif hemm fil-Kan. 230, § 2, anki jekk ittul fiż-żmien, ma tagħti ebda titlu speċjali lill-fidli li ma jkunux ordnati (144).

Dawn il-fidili għandhom ikunu f'għaqda sħiħa mal-Knisja Kattolika (145), ikunu rċevew formazzjoni xierqa skont il-funzjoni li jkunu msejħin biex jaqdu, u għandhom ikunu eżemplari fl-imġieba personali u pastorali, li tagħmilhom persuni awtorevoli fil-qadi tas-servizz li jagħtu.

 

98. Minbarra dak li hu kompitu tal-Letturi u tal-Akkolti imwaqqfin stabbilment (146), l-Isqof, fil-ġudizzju prudenti tiegħu , jista' jagħti xi karigi uffiċjalment (147) lid-djakni, lill-persuni konsagrati u lill-fidili lajċi, bil-gwida u taħt ir-responsabbiltà tal-kappillan, bħal per eżempju:

1. Iċ-ċelebrazzjoni tal-Liturġija tal-Kelma fil-ġurnata tal-Ħadd u fil-festi tal-preċett, meta "minħabba n-nuqqas tal-ministru sagru jew minħabba raġuni gravi oħra tkun impossibbli l-parteċipazzjonni fiċ-ċelebrazzjoni ewkaristika" (148).  Din hi eventwalita eċċezzjonali, li wieħed għandu jirrikorri għaliha biss f'ċirkostanzi ta' impossibbiltà reali u bid-dmir li dil-liturġija tkun afdata dejjem f'idejn id-djakni dment li jkunu preżenti;

 

2°. L-amministrazzjoni tal-Magħmudija, dment li wieħed iżomm f'moħħu li "l-ministru ordinarju tal-Magħmudija hu l-Isqof, il-presbiteru jew id-djaknu" (149) u li dak li hemm previst fil-Kan. 861, § 2  huwa eċċezzjoni li għandha tkun evalwata skont id-diskrezzjoni tal-Ordinarju tal-post;

 

3°. Iċ-ċelebrazzjoni tar-rit tal-funeral, b'osservanza għal dak lli hemm previst fin-numru 19 tal-"Prenotanda tal-Ordo exsequiarum".

 

99. Il-fidili lajċi jistgħu jipprietkaw fi knisja jew f'oratorju, jekk iċ-ċirkostanzi, il-ħteiġa jew xi każ partikolari jitolbu dan, "skont l-istruzzjonijiet tal-Konferenza Episkopali" (150) u "bi qbil mad-dritt u n-normi liturġiċi u bl-osservanza tal-klawsoli li hemm fihom" (151).  Iżda għall-ebda raġuni dawn ma jistgħu jagħmlu l-omelija waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija (152).

 

100. Minbarra dan, "fejn hemm nuqqas ta' saċerdoti u djakni, l-Isqof djoċesan, wara li jkun kiseb vot favorevoli mill-Konferenza Episkopali u wara li jkun kiseb il-permess mis-Santa Sede, jista' jiddelega lil-lajċi biex jassistu fiż-żwiġijiet" (153).

 

X. L-organiżmi tal-korresponsabbiltà ekkleżjali

X.a. Il-Kunsill parrokkjali għall-affarijiet ekonomiċi

101. It-tmexxija tal-beni li f'diversi miżuri tiddisponi minnhom kull parroċċa, hu qasam ta' evanġeliżżazzjoni u ta' xhieda evanġelika quddiem il-Knisja u s-soċjetà ċivili, għaliex, kif fakkar il-Papa Franġisku, "il-ġid kollu li għandna tahulna l-Mulej biex bih immexxu d-dinja 'l quddiem, biex l-umanità timxi 'l quddiem, biex ngħinu lill-oħrajn" (154).  Għalhekk il-kappillan ma jistax u m'għandux jibqa' waħdu f'dal-kompitu (155) imma jeħtieġ ikollu l-għajnuna ta' kollaboraturi biex jamminnistra l-beni tal-Knisja, qabel xejn, b'żelu evanġeliku u spirtu missjunarju (156).

 

102. Għal dir-raġuni, f'kull parroċċa hemm in-neċessità li jitwaqqaf Kunsill għall-Affarijiet Ekonimiċi, organiżmu konsultattiv, presjedut mill-kappillan u ffurmat minn tal-anqas tliet fidili oħra (157); in-numru ta' tlieta hu meħtieġ biex dan il-Kunsill jitqies bħala "kolleġġjali"; ta' min ifakkar li l-kappillan mhux wieħed minn dawn it-tliet membri tal-Kunsill għall-Affarijiet Ekonomiċi, imma hu l-president.

 

103. Fl-assenza ta' normi speċifiċi mogħtija mill-Isqof djoċesan, ikun il-kappillan li jiddeċiedi n-numru tal-membri tal-Kunsill, relattivament mad-daqs tal-parroċċa, u jekk huma għandhomx ikunu nominati minnu jew pjuttost eletti mill-komunità parrokkjali.

Il-membri ta' dal-kunsill, li mhux neċessarjament ikunu mill-parroċċa, għandhom ikunu persuni ta' fama tajba magħrufa kif ukoll esperti fi kwistjonijiet ekonomiċi u ġuridiċi (158), b'mod li jkunu jistgħu jagħtu servizz effettiv u kompetenti sabiex il-Kunsill ma jkunx iffurmat biss formalment (għall-isem).

 

104. Fl-aħħar, sakemm l-Isqof djoċesan ma jkunx ordna mod ieħor, bl-osservanza tal-prudenza meħtieġa kif ukoll ta' normi eventwali tad-dritt ċivili, m'hemm xejn li jipprojbixxi li l-istess persuna tkun membru tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi ta' aktar minn parroċċa waħda, jekk iċ-ċirkostanzi jitolbu dan.

 

105. In-normi li eventwalment jinħarġu dwar dan is-suġġett min-naħa tal-Isqof djoċesan għandhom jagħtu kas tas-sitwazzjonijiet speċifiċi tal-parroċċi, bħal, per eżempju, dawk li mhumiex kbar fin-numru jew dawk li jiffurmaw parti minn xi unità pastorali.

 

106. Il-Kunsill għall-Affarijiet Ekonomiċi jista' jkollu rwol ta' importanza partikolari biex tikber, fi ħdan il-komunitajiet parrokkjali, il-kultura tal-korresponsabbiltà, tat-trasparenza amministrattiva u ta' għajnuna għall-ħtiġijiet tal-Knisja.  B'mod partikolari, it-trasparenza għandha tinftiehem mhux biss bħala preżentazzjoni tad-'data', imma pjuttost bħala informazzjoni dovuta lill-komunità, u opportunità utli biex il-komunità tkun tista' tiġi ffurmata permezz tal-parteċipazzjoni.  Dan hu mod ta' mġieba essenzjali għall-kredibbilta tal-Knisja, l-aktar fejn din ikollha tamminnistra beni ta' ċertu konsistenza.

 

107. Ordinarjament, l-għan tat-trasparenza jista' jinkiseb bil-pubblikazzjoni tar-rendikont annwali li l-ewwel irid ikun ippreżentat lill-Ordinarju tal-post (160), bl-indikazzjoni dettaljata tad-dħul u l-ħruġ.  Hekk, fil-waqt li l-beni  huma tal-parroċċa, u mhux tal-kappillan, li madankollu hu l-amminstratur tagħhom, il-komunità kollha kemm hi tkun tista' tara kif kienu amministrati l-beni, liema hi s-sitwazzjoni ekonomika tal-parroċċa u fuq liema riżorsi tista' torbot effettivament.

 

X.b. Il-Kunsill pastorali parrokkjali

108. In-norma kanonika li hemm fis-seħħ (161) tħalli f'idejn l-Isqof djoċesan biex jevalwa jekk fil-parroċċi jkunx il-każ li jkun hemm Kunsilli pastorali li madankollu, ordinarjament irrikmandat bil-qawwa li jkunu maħturin kif fakkar il-Papa Franġisku, "Kemm huma meħtieġa l-Kunsilli pastorali!  L-Isqof ma jistax imexxi djoċesi mingħajr il-kunsilli pastorali.  Kappillan ma jistax imexxi l-parroċċa mingħajr il-kunsilli pastorali" (162).

L-elastiċita tan-norma madankollu, tippermetti li jkun hemm addattamenti opportuni skont iċ-ċirkostanzi konkreti, per eżempju, fil-każ ta' aktar minn parroċċa waħda afdata f'idejn l-istess kappillan, jew meta jkun hemm l-unitajiet pastorali: f'każi bħal dawn ikun possibbli li jinħatar Kunsill pastorali wieħed għal aktar minn parroċċa waħda.

 

109. Is-sens teoloġiku tal-Kunsill pastorali hu minqux fir-realtà kostituttiva tal-Knisja, li hi "il-Ġisem ta' Kristu" li jiġġenera "spiritwalità ta' komunjoni".  Fil-Komunità nisranija, infatti, id-diversità tal-kariżmi u ministeri li jitnisslu mill-inkorporazzjoni ma' Kristu u mid-doni tal-Ispirtu s-Santu, qatt ma tista' tkun konformi sakemm ma ssirx "uniformità, obbligu li kollox isir flimkien u kollox ugwali, li kulħadd jaħseb u jifhem dejjem bl-istess mod" (16?).  Bil-maqlub, bis-saħħa tas-saċerdozju batteżimali (164), kull fidil jinsab f'pożizzjoni li jibni l-Ġisem kollu u, fl-stess waqt, it-totalità tal-Poplu t'Alla bil-korresponsabbiltà reċiproka tal-membri, bis-sehem fil-missjoni tal-Knisja, jiġifieri billi jiddixxerni mill-istorja tal-Knisja s-sinjali tal-preżenza t'Alla u jkun xhud tas-Saltna tiegħu (165).

 

110. Lil hinn mill-fatt li hu sempliċi organiżmu burokratiku, il-Kunsill pastorali jqiegħed fid-dieher u jwettaq iċ-ċentralità tal-Poplu t'Alla bħala suġġett u protagonista attiv tal-missjoni evanġeliżżatriċi,  minħabba l-fatt li kull fidil irċieva d-doni tal-Ispirtu  permezz tal-Magħmudija u tal-Konfermazzjoni: "It-twelid mill-ġdid għall-ħajja divina bil-Magħmudija hu l-ewwel pass; imbagħad jeħtieġ li nġibu ruħna bħala wlied Alla, jiġifieri nikkonformaw ma' Kristu li jaħdem fil-Knisja mqaddsa, u naraw li ninvolvu ruħna fil-missjoni tagħha fid-dinja.  Id-dilka tal-Ispirtu s-Santu taħseb għal dan: "mingħajr il-qawwa tagħha l-bniedem mhu xejn" (cfr Sekwenza tal-Pentekoste. (....) Bħalma l-ħajja ta' Ġesù kienet imħeġġa kollha mill-Ispirtu, l-istess jiġri li l-ħajja tal-Knisja u ta' kull membru tagħha jkunu taħt it-tmexxija tal-istess Spirtu" (166).

Fid-dawl u l-isfond ta' dil-viżjoni, jista' jitfakkar kliem San Pawlu VI li skontu: "Hu dmir tal-Kunsill Pastorali li jistudja, jeżamina dak kollu li għandu x'jaqsam mal-attivitajiet pastorali, u jipproponi konklużjonijiet prattiċi bl-għan li jġib 'il quddiem il-konformità bejn il-ħajja u l-azzjoni tal-Poplu t'Alla mal-Evanġelju" (167),  bl-għarfien li, kif fakkar il-Papa Franġisku, l-għan ta' dal-Kunsill "ma jkunx prinċipalment l-organiżżazzjoni ekkleżjali, imma l-ħolma missjunarja li jilħaq lil kulħadd (168).

 

111. Il-Kunsill pastorali huwa organiżmu konsultattiv, imsejjes fuq in-normi stabbiliti mill-Isqof djoċesan li jispeċifika l-kriterji ta' kif għandu jkun iffurmat, il-mod kif jinħatru l-membri, l-għanijjiet u l-mod kif jaħdem (169).  F'kull każ, biex in-natura ta' dal-Kunsill ma tisfax sfigurata tajjeb nevitaw li nsejħulu "tim" jew "équipe", jiġifieri b'termini mhux addattati biex jesprimu korrettament ir-relazzjoni ekkleżjali u kanonika bejn il-kappillan u l-fidli l-oħra.

 

112. B'rispett lejn in-normi djoċesani relattivi hemm bżonn li l-Kunsill pastorali jkun jirrappreżenta b'mod effettiv lill-membri kollha tiegħu (presbiteri, djakni, persuni konsagrati u lajċi).  Dan il-Kunsill huwa ambjent speċifiku li fih il-fidili jistgħu jħaddmu d-dritt-dmir tagħhom li jesprimu ħsibijiethom lir-rgħajja u jikkomunikaw dan ukoll mal-fidli l-oħra, għall-ġid tal-komunità parrokkjali (170).

Il-funzjoni prinċipali tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali għalhekk hi r-riċerka u l-istudju ta' proposti prattiċi f'dak li għandu x'jaqsam mal tal-inizjattivi pastorali u tal-karità li jirrigwardaw il-parroċċa, f'armonija mal-mixja tad-djoċesi.

 

113. Il-Kunsill Pastorali Parrokkjali "għandu vot konsultattiv biss" (171), fis-sens li l-proposti tiegħu iridu jintlaqgħu favorevolment mill-kappillan biex jidħlu fis-seħħ.  Il-kappillan, imbagħad, għandu jikkunsidra b'attenzjoni dak li jindikalu l-Kunsill Pastorali, speċjalment jekk il-proposta tkun għaddiet b'vot unanmu, fi proċess ta' dixxerniment komuni.

Sabiex is-servizz tal-Kunsill pastorali jkun effikaċi u produttiv, jeħtieġ ikunu evitati żewġ estremitajiet: min-naħa, dak tal-kappillan li jillimita ruħu li jippreżenta lill-Kunsill pastorali deċiżjonijiet mittieħda diġà u mingħajr ma jkun ta informazzjoni dwarhom minn qabel, inkella li l-Kunsill jiltaqa' biss xi kultant sempliċiment għall-formalità; mill-oħra dik ta' Kunsill li fih il-kappillan ikun biss wieħed mill-membri, mneżża' mir-rwol tiegħu ta'  ragħaj u gwida tal-komunità (172).

 

114. Fl-aħħar, hu konvenjenti, li safejn ikun possibbli, il-Kunsill pastorali jkun iffurmat fil-biċċa l-kbira tiegħu minn min ikollu xi responsabbiltà effettiva fil-ħajja pastorali tal-parroċċa, jew li jkun impenjat konkretament fil-ħidma tagħha, bl-għan li l-laqgħat ma jispiċċawx isiru skambju ta' idejat  astratti maqtugħin mill-ħajja vera tal-komunità bir-riżorsi u l-problemi tagħha.

 

 

X.c. Għamliet oħra ta' korresponsabbiltà fil-kura pastorali

115. Meta komunità ta' fidili ma tkunx tista' tiġi ffurmata bħala parroċċa jew 'kważi-parroċċa' (173), wara li jkun sama' lill-Kunsill presbiterali (174), l-Isqof djoċesan għandu jara li l-kura pastorali tingħata b'xi mod ieħor (175), billi, pre eżempju, jevalwa l-possibbiltà li jwaqqaf ċentri pastorali li jkunu dipendenti mill-kappillan tal-post, bħala "stazzjonijiet missjunarji" biex iseddaq l-evanġeliżżazzjoni u l-karità.  F'każi bħal dawn jeħtieġ li ċ-ċentru pastorali jkun ipprovdut bi knisja addattata jew oratorju (176) u tinħoloq normattiva djoċesana ta' riferiment għall-attivitajiet, b'mod li dawn ikunu koordinati u kumplimentari u jaqblu ma' dawk tal-parroċċa.

 

116. Dawn iċ-ċentri, li f'xi djoċesijiet jissejħu "djakoniji" jistgħu jkunu fdati - fejn hu possibbli - f'idejn vigarju parrokkjali, inkella, b'mod speċjali li xi djaknu permanenti jew aktar minn wieħed, li jkollhom ir-responsabbiltà li jmexxuhom, eventwalment flimkien mal-familji tagħhom, taħt it-responsabbiltà tal-kappillan

 

117. Dawn iċ-ċentri jistgħu jsiru territorji missjunarji u strumenti ta' qrubija, speċjalment f'parroċċi li t-territorju tagħhom hu kbir ħafna, b'mod li jkunu jistgħu jiggarantixxu mumenti ta' talb u adorazzjoni ewkaristika, katekeżi u l-attivitajiet l-oħra ta' benefiċċju għall-fidili, b'mod partikolari fejn tidħol il-karità mal-foqra u min hu fil-bżonn u l-kura tal-morda, billi tkun imħeġġa l-kollaborazzjoni min-naħa tal-persuni konsagrati u l-lajċi, u wkoll minn kull persuna ta' rieda tajba.

Bl-għajnuna tal-kappillan u l-presbiteri l-oħra tal-komunità, min hu responsabbli taċ-ċentru pastorali għandu jkun attent li jiggarantixxi ċ-ċelebrazzjoni tas-Sagramenti kemm jista' jkun spiss, l-aktar il-Quddiesa u l-Qrar.

 

XI. Offerti għaċ-ċelebrazzjoni tas-Sagramenti

118. Suġġett marbut mal-ħajja tal-parroċċi u l-missjoni evanġeliżżatriċi tagħhom hi dik tal-offerta mogħtija għaċ-ċelebrazjoni tal-Quddiesa li tingħata lis-saċerdot ċelebrant, u tas-sagramenti l-oħra li tmur għall-parroċċa (177).  Hija offerta li min-natura tagħha għandha tkun att ħieles min-naħa ta' min qed jagħmilha, imħolli għall-kuxjenza tiegħu u għas-sens ta' responsabbiltà ekkleżjali tiegħu u "mhux prezz li għandu jitħallas" jew "taxxa meħtieġa" qiesu li din hi xi "taxxa fuq is-sagramenti".  Infatti, bl-offerta għall-Quddiesa, "il-fidli (...) jagħtu kontribut għall-ġid tal-Knisja u (...) jipparteċipaw fl-interess li għandha fl-għajxien tal-ministri u tal-opri" (178)

 

119. F'das-sens tispikka l-importanza  li l-fidili jkunu sensibiliżżati biex jikkontribwixxu volontarjament għall-ħtiġijiet tal-parroċċa li hi "ħaġa tagħhom" u li tajjeb jitgħallmu spontanjament jieħdu ħsiebha, b'mod speċjali f'dawk il-pajjiżi fejn l-offerta għall-Quddiesa għadha l-uniku għajn ta' għajxien għas-saċerdoti u wkoll bħala riżorsa għall-evanġeliżżazzjoni.

 

120. Din is-sensibiliżżazzjoni tista' tissaħħaħ aktar ma' l-presbiteri min-naħa tagħhom juru b'mod effikaċi u joffru eżempji li huma "għaqlin" fl-użu tal-flus, kemm bi stil ta' ħajja sobriju u mingħajr eċċessi fuq livell personali, kif ukoll bi tmexxija trasparenti tal-beni parrokkjali u proporzjonata, mhux fuq "proġetti" tal-kappillan jew ta' xi grupp żgħir ta' persuni, anki tajbin, imma astratti, daqskemm fuq il-ħtiġijiet reali tal-fidili, fuq kollox l-aktar foqra u fil-bżonn.

 

121. F'kull każ, "l-offerta għall-Quddiesa għandha tkun mifruda b'mod assolut minn kull apparenza ta' negozjar jew kummerċ" (179), filwaqt li wieħed għandu jżomm f'moħħu illi "hu rrikmandat bil-qawwa li s-saċerdoti jiċċelebraw il-Quddiesa għall-intenzjonijiet tal-fidili, speċjalment tal-aktar foqra, anki jekk ma jkunux irċevew ebda offerta" (180).

Fost l-istrumenti li jistgħu jippermettu li għan bħal dan jintlaħaq, wieħed jista' jirrikorri għal ġbir tal-offerti b'mod anonimu ħalli b'hekk kulħadd iħossu ħieles li jikkontribwixxi skont kemm jiflaħ, jew skont ma' jidhirlu li hu ġust bla ma jħossu fid-dmir li jħallas il- mistenni skont il-prezz satbbilit.

 

Konklużjoni

122. Aħna u niftakru fl-ekkleżjoloġija tal-Konċilju Vatikan II, fid-dawl tal-Maġisteru riċenti u meta nqisu l-bidla profonda tal-kuntesti soċjali u kulturali, l-għan ta' din l-istruzzjoni hu li tiffoka fuq it-tema tat-tiġdid tal-parroċċa fis-sens missjunarju.

Filwaqt li tibqa' tkun essenzjali għal-laqgħa u r-relazzjoni ħajja ma' Kristu u mal-aħwa fil-fidi, daqstant hu minnu li trid tibqa' tikkonfronta ruħha bla heda mat-tibdil li qed iseħħ fil-kultura moderna u fl-eżistenza tal-persuni, sabiex tesplora bil-kreattività, toroq u strumenti ġodda li jippermettula tħaddem sewwa d-dmir primarju tagħha, jiġifieri li tkun il-mutur ċentrali tal-evanġeliżżazzjoni.

 

123. Bħala konsegwenza, l-azzjoni pastorali jeħtieġ li tmur 'l hinn mis-sempliċi limiti territorjali tal-parroċċa, tirrendi viżibbli b'mod aktar ċar il-komunjoni ekkleżjali permezz tas-sinerġija bejn il-ministeri u d-diversi kariżmi, u mhux anqas, li torganiżża ruħha bħala "pastorali  kollettiva" għas-servizz tad-djoċesi u tal-missjoni tagħha.

Din hi mġieba pastorali illi, bis-saħħa tal-kollaborazzjoni effetttiva u vitali bejn il-presbiteri, id-djakni, il-persuni konsagrati u l-lajċi, kif ukoll bejn id-diversi komunitajiet parrokkjali tal-istess żona jew reġjun, tieħu ħsieb biex f'għaqda waħda, tagħraf liema huma l-mistoqsijiet, id-diffikultajiet u l-isfidi tal-evanġeliżżazzjoni, u tipprova tintegra toroq, strumenti, proposti u mezzi addattati biex taffrontahom.  Proġett missjunarju komuni bħal dan jista' jkun żviluppat relattivament mal-kuntesti territorjali u soċjali kontigwi inkella li jkollhom l-istess kundizzjonijiet soċjo-kulturali jew b'riferiment għall-ambjent pastorali jixxiebaħ, per eżempju fil-qafas ġenerali tal-kordinament meħtieġ bejn l-pastorali taż-żgħażagħ, dik universitarja u vokazzjonali, kif jiġri f'ħafna djoċesijiet.

Il-pastorali kollettiva għalhekk, minbarra kordinament responsabbli għall-attivitajiet u strutturi pastorali bil-ħila li bejniethom jirrelataw u jikkollaboraw, titlob ukoll il-kontribut ta' kull min hu mgħammed.  Fi kliem il-Papa Franġisku, "meta aħna nitkellmu dwar "poplu" m'għandniex nifhmu l-istrutturi tas-soċjetà jew tal-Knisja, daqskemm il-kollettiv tal-persuni li ma jimxux bħala individwi imma bħala nisġa ta' komunità ta' kulħadd għal kulħadd" (181)

Dan jesiġi li l-istituzzjoni parrokkjali storika ma tibqax priġuniera tal-immobiliżmu jew ta' ripettitività pastorali preokkupanti, iżda, minflok, tqiegħed fis-seħħ "id-dinamiżmu tal-ħruġ" li bis-saħħa tal-kollaborazzjoni bejn diversi komunitajiet parrokkjali u t-tisħiħ tal-komunjoni bejn il-kjeriċi u l-lajċi, tirrendiha effettivament orjentata lejn il-missjoni evanġeliżżatriċi, dmir tal-Poplu t'Alla kollu kemm hu, li jimxi fl-istorja bħala "familja ta' Alla" u li bis-sinerġija bejn id-diversi membri, jaħdem  biex jikber il-ġisem ekkleżjali kollu.

Għalhekk, id-dokument preżenti, minbarra li jisħaq dwar l-urġenza ta' tiġdid bħal dan, qed jippreżenta metodu kif tkun applikata n-normattiva kanonika li tistabbilixxi l-possibbiltajiet, il-limitazzjonijiet, id-drittijiet u d-dmirijiet tar-rgħajja u tal-lajċi, ħalli l-parroċċa tiskopri mill-ġdid lilha nfisha bħala mkien fundamentali tat-tħabbir tal-Evanġelju, taċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija, spazju ta' fraternità u karità li minnu tiddi x-xhieda nisranija għad-dinja.  Jiġifieri hi "għandha tibqa' tkun imkien ta' kreattività, riferiment, maternità.  U b'hekk tqiegħed fis-seħħ il-ħila tagħha li taħlaq; u meta parroċċa tibqa' timxi hekk, iseħħ dak li jien insejjaħlu "parroċċa li toħroġ" (182).

 

124. il-Papa Franġisku jagħmel stedina biex ninvokaw lil Marija "Omm, Omm l-evanġeliżżazzjoni", sabiex il-Verġni tgħinna ngħidu "l-iva" tagħna f'din l-urġenza li għandna li fi żmienna, naraw tidwi l-Bxara t-tajba ta' Ġesù; taqlgħalna ħeġġa ġdida ta’ nies b'qawmien ġdid biex inwasslu lil kulħadd il-Vanġelu tal-ħajja li jegħleb il-mewt; tidħol għalina biex nistgħu niksbu l-kuraġġ qaddis li nfittxu toroq ġodda ħalli d-don tas-salvazzjoni jasal għand kulħadd" (183).

 

Nhar is-27 ta' Ġunju 2020, il-Qdusija Tiegħu approva dan id-Dokument tal-Kongregazzjoni għall-Kleru.

Ruma, 29 ta' Ġunju, 2020, Solennità ta' San Pietru u San Pawl.

 

✠ Beniamino Card. Stella

Prefett

✠ Joël Mercier

Segretarju

 

✠ Jorge Carlos Patrón Wong

Segretariju tas-Seminarji

 

Mons. Andrea Ripa

Sotto-Segretarju

 

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Joe Huber

 

 

 

---------

 

[1] Franġisku: Diskors lill-kappillan ta' Ruma (16 ta' Settembru, 2013).

 

[2] Cfr. Id., Eżortazzjoni Appostolika Il-ferħtal-Vanġelu (24 ta' Novembru, 2013), nu. 287: AAS 105 (2013), 1136.

 

[3] Ibid., n. 49: AAS 105 (2013), 1040.

 

[4] Konċilju ekumeniku Vatikan II, Kostituzzjoni Pastroali dwar il-Knisja fid-dinja tal-lum Gaudium et Spes (7 ta' Diċembru, 1965), nu. 287: AAS 105 (2013), 1136.

 

[5] Ibid., n. 44: AAS 58 (1966), 1065.

 

[6] Cfr. Efrem tas-Sirja, Kummenti dwar id-Diatessaron 1, 18-19: SC 121, 52-53.

 

[7] Cfr. Franġisku, Ittra enċiklika Laudato sì (24 ta' Mejju, 2015), n. 68: AAS 107 (2015), 847.

 

[8] Cfr. Pawlu VI, Ittra Enċiklika Ecclesiam Suam (6 ta' Awwissu 1964): AAS 56 (1964), 639.

 

[9] il-Ferħ tal-Vanġelu, n. 27: AAS 105 (2013), 1031.

 

[10] Cfr. Ġwanni Pawlu II, Eżortazzjoni Appostolika post-sinodali Christifideles laici (30 ta' Diċembru, 1988), n. 26: AAS 81 (1989), 438.

 

[11] Franġisku: Udjenza Ġenerali (12 ta' Ġunju, 2019): L'Osservatore Romani 134 (13 ta' Ġunju, 2019), 1.

 

[12] Konċilju Ekumeniku Vatikan II, Digriet dwar il-missjoni pastorali tal-Isqfijiet fil-Knisja Christus Dominus (28 ta' Ottubru, 1965), n. 30: AAS 58 (1966), 688.

 

[13] Ġwanni Pawlu II, Diskors lill-parteċipanti tal-Plenarja tal-Kongregazzjoni għall-Kleru (20 ta' Ottubru, 1984), nn.  u 4: Insegnamenti 3 e 4: Insegnamenti VII/2 (1984), 984 e 985; cfr. ukoll Id., Eżortazzjoni Appostolika Catechesi tradendae (16 ta' Ottubru, 1979) n. 67: AAS 71 (1979), 1332.

 

[14] Benedittu XVI, Omilija fiż-żjara pastorali f'Santa Maria dell'Evangelizzazione, f'Ruma (10 ta' Diċembru, 2006): Insegnamenti II/2 (2006), 795.

 

[15] Il-ferħ tal-Vanġelu, n. 28: AAS 105 (2013), 1032.

 

[16] Cfr. Gaudium et spes, n. 4: AAS 58 (1966), 1027.

 

[17] Ibid., n. 1: AAS 58 (1966), 1025-1026.

 

[18] Cfr. Il-ferħ tal-Vanġelu, nn. 72-73: AAS 105 (2013), 1050-1051.

[19] Cfr. Sinodu tal-Isqfijiet, XV-il Assemblea Ġenerali ordinarja (3-28 ta' Ottubru, 2018): "Iż-żgħażagħ, il-fidi u d-dixxerniment vokazzjonali", Dokument finali, n. 129: "F'dal-kuntest, il-viżjoni tal-azzjoni parrokkjali marbuta biss mal-limiti territorjali u nieqsa mill-ħila li bi proposti diversifikati tinterċetta lill-fidili, u partikolarment liż-żgħażagħ, tkun qed tagħlaq lill-parroċċa f'gaġġa ta' immobiliżmu inaċċettabbli u ripettitività pastorali ta' tħassib": L'Osservatore Romano 247 (29-30 ta' Ottubru, 2018), 10.

 

[20] Cfr., per eżempju, C.I.C., kann. 102; 1015-1016; 1108, § 1.

 

[21] Cfr. Christifideles laici, n. 25: AAS 81 (1989), 436-437.

 

[22] Cfr. Il-ferħ tal-Vanġelu, n. 174: AAS 105 (2013), 1093.

 

[23] Cfr. ibid., n. 164-165: AAS 105 (2013), 1088-1089.

 

[24] Konċilju Ekumeniku Vatikan II, Kostituzzjoni Dommatika dwar il-Knisja Lumen Gentium (21 ta' Novembru, 1964), n. 11: AAS 57 (1965), 15.

 

[25] Cfr. Il-ferħ tal-Vanġelu, n. 166-167: AAS 105 (2013), 1089-1090.

 

[26] Franġisku, Eżortazzjoni Appostolika dwar il-sejħa għall-qdusija tal-ħajja fid-dinja tal-lum Ifirħu u thennew (19 ta' Marzu, 2018), n. 35: AAS 110 (2018), 1120.  Rigward l-injostiċiżmu u l-pelaġjaniżmu jaqbel nisimgħu mill-ġdid kliem il-Papa Franġisku: "Din il-mondanità tikber b’mod speċjali b’żewġ modi li huma marbuta sew ma’ xulxin.  Wieħed hu s-seħer tan-Njostiċiżmu, fidi magħluqa fis-suġġettiviżmu, fejn wieħed jinteressa ruħu biss minn esperjenza speċifika jew serje ta’ raġunamenti u għarfien li jaħseb li jistgħu jfarrġuh jew idawluh, imma fejn is-suġġett jibqa’ magħluq fl-immanenza tar-raġuni u s-sentimenti tiegħu stess.  L-ieħor hu n-Neopelaġjaniżmu awtoreferenzjali u prometeiku ta’ dawk li jafdaw biss fis-saħħa tagħhom infushom u jħossuhom fuq l-oħrajn għax josservaw ċerti normi preċiżi jew għax huma fidili b’mod sħiħ lejn ċertu stil Kattoliku li hu ħaġa tal-imgħoddi": Il-ferħ tal-Vanġelu n. 94: AAS 105 (2013), 1059-1060; cfr. kif ukoll Il-kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi, lIttra Placuit Deo (22 ta' Frar, 2018), AAS 110 (2018), 429.

 

[27] Cfr. Ittra lil Diogneto V, 1-10: Patres Apostolici, ed. F.X. Funk, vol. 1, Tubingae 1901, 398.

 

[28] Cfr. Ġwanni Pawlu II, Ittra Appostolika Novo millennio ineunte (6 ta' Jannar, 2001), n. 1: AAS 93 (2001), 266.

 

[29] Il-ferħ tal-Vanġelu, n. 28: AAS 105 (2013), 1032.

 

[30] Cfr. C.I.C.,kann. 515; 518; 519.

 

[31] Il-ferħ tal-Vanġelu, n. 28: AAS 105 (2013), 1031-1032.

 

[32] Ibid.

 

[33] Cfr. Franġisku, Eżortazzjoni Appostolika post-sinodali Christus vivit (29 ta' Marzu, 2019), n. 238, Belt tal-Vatikan, 2019.

 

[34] Cfr. Id, Bolla Misericordiae vultus (11 aprile 2015), n. 3: AAS 107 (2015), 400-401.

 

[35] Benedittu XVI, Diskors lill-Isqfijiet tal-Brażil (11 ta' Mejju, 2007, n. 3: Insegnamenti III/1 (2007), 826.

 

[36] Il-ferħ tal-Vanġelu, n. 198: AAS 105 (2013), 1103.

 

[37] Cfr. Franġisku, Meditazzjoni fil-kappellla tad-Dar Santa Marta (30 ta' Ottubru, 2017)

 

[38] Cfr. Il-ferħ tal-Vanġelu, nn. 186-216: AAS 105 (2013), 1098-1109.

 

[39] Cfr. Ifirħu u thennew, nn. 95-99: AAS 110 (2018), 1137-1138.

 

[40] Cfr. Il-ferħ tal-Vanġelu, n. 27: AAS 105 (2013), 1031; ibid., n. 189: AAS 105 (2013), 1099: "Bidla fl-istrutturi li ma toħloqx konvinzjonijiet u mġibiet ġodda tispiċċa twassal biex dawn l-istess strutturi llum jew għada jsiru korrotti, peżanti u bla frott ta’ xejn".

 

[41] Ibid., n. 26: AAS 105 (2013), 1030-1031.

 

[42] Christus Dominus, n. 30: AAS 58 (1966), 688.

 

[43] Franġisku, Diskors tal-awguri għall-Milied lill-Kurja ta' Ruma (22 ta Diċembru, 2016): AAS 109 (2017), 44.

 

[44] Id, Ittra lill-Poplu t'Alla f'mixja fiċ-Ċili (31 ta' Mejju, 2018):

www.vatican.va/content/francesco/es/letters/2018/documents/papa-francesco_20180531_lettera-popolodidio-cile.html

 

[45] Cfr. ibid.

 

[46] Ibid.

 

[47] Lumen gentium, n. 9: AAS 57 (1965), 13.

 

[48] Cfr. Kongragazzjoni għall-Kleru, Ratio fundamentalis institutionis sacerdotalis (8 ta' Diċembru, 2016), nn. 80-88, il-Belt tal-Vatikan, 2016, pp 37-42.

 

[49] Cfr. C.I.C., kan. 374, § 1.

 

[50] Cfr. ibid., kan. 374, § 2; cfr. Kongregazzjoni għall-Isqfijiet, Direttorju għall-ministeru pastorali tal-Isqfijiet Suċċessurital-Appostli (22 ta' Frar, 2004), n. 217: Enchiridion Vaticanum 22 (2003-2004), 2110.

 

[51] Cfr. C.I.C., kan. 374, § 1.

 

[52] Cfr. ibid., kan. 374, § 2.

 

[53] Cfr. Apostolorum successores, n. 218: Enchiridion Vaticanum 22 (2003-2004), 2114.

 

[54] Cfr. C.I.C., kan. 515, § 2.

 

[55] Cfr. ibid., kan. 86.

 

[56] Cfr. ibid., kan. 120, § 1.

 

[57] Cfr. ibid., kann. 121-122; Is-Suċessuri tal-Appostli, n. 214: Enchiridion Vaticanum 22 (2003-2004), 2099.

 

[58] Cfr. C.I.C., kan. 51.

 

[59] Cfr. ibid., kann. 120-123.

 

[60] Cfr. ibid., kann. 500, § 2 e 1222, § 2.

 

[61] Cfr. Kunsill Pontifiċju tal-Kultura, It-tneħħija u l-użu ekkleżjali mill-ġdid tal-knejjes.  Linji gwida (17 ta' Diċembru, 2018).

http://www.cultura.va/content/cultura/it/pub/documenti/decommissioning.html.

 

[62] Cfr. C.I.C., kan. 1222, § 2.

 

[63] Ibid., kan. 374, § 2.

 

[64] Cfr. Apostolorum successores, n. 217: Enchiridion Vaticanum 22 (2003-2004), 2110.

 

[65] Cfr. C.I.C., kan. 554, § 1.

 

[66] Ibid., kan. 555, § 1, 1°.

 

[67] Ibid., kan. 555, § 4.

 

[68] Cfr. ibid., kan. 500, § 2.

 

[69] Cfr. Kunsill Pontifiċju tal-Pastorali tal-Migranti u l-Itineranti, Erga migrantes charitas Christi (3 ta' Mejju,2004, n. 95: Enchiridion Vaticanum 22 (2003-2004), 2548.

 

[70] Cfr. Apostolorum successores, n. 215, b): Enchiridion Vaticanum 22 (2003-2004), 2104.

 

[71] Cfr. ibid.

 

[72] Cfr. C.I.C., kan. 517, § 1.

 

[73] Cfr. ibid., kan. 526, § 1.

 

[74] Cfr. ibid.

 

[75] Cfr. ibid., kan. 522.

 

[76] Cfr. ibid., kann. 553-555.

 

[77] Cfr. ibid., kan. 536.

 

[78] Cfr. ibid., kan. 537.

 

[79] Cfr. ibid., kan. 500, § 2.

 

[80] Cfr. Apostolorum successores, n. 219: Enchiridion Vaticanum 22 (2003-2004), 2117; huwa konvenjenti li jinżammit-titlu "żona pastorali" biex ma jkunx hemm konfużjoni.

 

[81] Cfr. C.I.C., kann. 134, § 1 e 476.

 

[82]  Ta' min iżomm f'moħħu illi: a) dak li ntqal dawr l-Isqof djoċesan jgħodd ukoll għal kull minn id-Dritt itiħ l-istess funzjonijiet tiegħu; b) dak li ntqal dwar il-parroċċa u l-kappillan jgħodd ukoll għal dawk l-imkejjen li jaħdmu qieshom parroċċa u għal dawk li dmirhom hu bħal tal-kappillan; c) dak li  jolqot lill-fidili lajċi, jgħodd ukoll għall-membri li mhumiex kjeriċi tal-Istituti ta' ħajja konsagrata jew ta' Soċjetajiet ta' ħajja appostolika sakemm ma jkunx hemm riferiment partikolari għall-ispeċifiċità lajkali; d)  it-terminu "Moderatur" jikseb tifsiriet partikolari fil-qafas tal-kuntest li fih jintuża skont din l-Istruzzjoni b'rispett lejn in-normi tal-kodiċi.

Va tenuto presente che: a) quanto è riferito al “Vescovo diocesano” vale anche per gli altri a lui equiparati dal Diritto; b) quanto si riferisce alla parrocchia e al parroco vale anche per la quasi-parrocchia e per il quasi-parroco; c) quanto concerne i fedeli laici, si applica anche ai membri non chierici di Istituti di vita consacrata o di Società di vita apostolica, a meno che vi sia espresso riferimento alla specificità laicale; d) il termine “Moderatore” assume significati diversi in base al contesto in cui è utilizzato nella

 

[83] Cfr. Lumen gentium, n. 26: AAS 57 (1965), 31-32.

 

[84] Cfr. Ratio fundamentalis institutionis sacerdotalis, nn. 83; 88.e, pp. 37; 39.

 

[85] Cfr. C.I.C., can. 275, § 1.

 

[86] Cfr. Konċilju Ekumeniku Vatikan II, Digriet dwar il-ministeru u l-ħajja saċerdotali Presbyterorum ordinis (7 ta' Diċembru, 1965, n. 8: AAS 58 (1966), 1003.

 

[87] Cfr. Ratio fundamentalis institutionis sacerdotalis, n. 88, pp. 39-40.

 

[88] Cfr. Franġisku, Diskors lill-parteċipanti tal-Konvenju mlaqqa' mill-Kongregazzjoni għall-Kleru,fl-okkażjoni tal-50 anniversarju tad-Digrieti Konċiljari "Optatum totius" u "Presbyterorum ordinis" (20 ta' Novembru, 2015): AAS 107 (2015), 1295.

 

[89] Cfr. C.I.C., kan. 150.

 

[90] Cfr. ibid., kan. 521, § 1.

 

[91] Cfr. ibid., kan. 520, § 1.

 

[92] Ibid., kan. 519.

 

[93] Cfr. ibid., kan. 532.

 

[94] Cfr. ibid., kan. 1257, § 1.

 

[95] Christus Dominus, n. 31: AAS 58 (1965), 689.

 

[96] C.I.C., kan. 522.

 

[97] Ibid., kan. 1748.

 

[98] Ibid., kan. 526, § 1.

 

[99] Cfr. ibid., kan. 152.

 

[100] Cfr. ibid., can. 538, §§ 1-2.

 

[101] Cfr. ibid., kann. 1740-1752, meta tqis ukoll il-kann. 190-195.

 

[102] Cfr. ibid. kan. 538, § 3.

 

[103] Cfr. ibid.

 

[104] Cfr. ibid., kan. 189.

 

[105] Cfr. ibid., kan. 189, § 2 e Apostolorum successores, n. 212: Enchiridion Vaticanum 22 (2003-2004), 2095.

 

[106] Apostolorum successores, n. 212: Enchiridion Vaticanum 22 (2003-2004), 2095.

 

[107] Cfr. C.I.C., kann. 539-540.

 

[108] Cfr. in particolare ibid., kann. 539, 549, 1747, § 3.

 

[109] Ibid., can. 517, § 1; cfr. u wkoll kann. 542-544.

 

[110] Cfr. ibid., kann. 517, § 1 e 526, § 1.

 

[111] Cfr. ibid., kan. 543, § 1.

 

[112] Cfr. ibid., kan. 543, § 2, 3°; jassumi wkoll ir-rappreżentanza ġuridika ċivili fil-pajjiżi fejn l-Istat jirrikonoxxi wkoll il-parroċċa bħala enti ġuridiku.

 

[113] Cfr. ibid., kan. 543, § 1.

 

[114] Cfr. ibid., kan. 517, § 1.

 

[115] Cfr. ibid., kan. 545, § 2; bħala eżempju nieħdu l-każ ta' saċerdot, ta' esperjenza spiritwali, imma li saħħtu tkun dgħajfa, li jkun innominat konfessur ordinarju għal ħames parroċċi li jmissu ma' xulxin territorjalment.

 

[116] Cfr. ibid., kan. 265.

 

[117] Ibid., kan. 1009, § 3.

 

[118] Franġisku, Diskors waqt il-laqgħa mas-saċerdoti u l-prersuni konsagrati, Milan ( 25 ta' Marzu, 2017): AAS 109 (2017), 376.

 

[119] Ibid, 376-377.

 

[120]Lumen gentium, n. 29: AAS 57 (1965), 36.

 

[121] Pawlu VI, Allokuzzjoni waqt l-Udjenza mogħtija lill-parteċipanti tal-Kungress Internazzjonali dwar id-Djakonat, 25 ta' Ottubru, 1965: Enchiridion dwar id-Djakonat (2009), 147-148.

 

[122] Cfr. C.I.C., kan. 150.

 

[123] Kongregazzjonni gad-Duttrina tal-Fidi, Ittra Iuvenescit Ecclesia lill-Isqfijiet tal-Knisja Kattolika dwar ir-relazzjoni bejn id-doni ġerarkiċi u kariżmatiċi għall-ħajja u l-missjoni tal-Knisja (15 ta' Mejju,2016), n. 21: Enchiridion Vaticanum 32 (2016), 734.

 

[124] Ibid., n. 22: Enchiridion Vaticanum 32 (2016), 738.

 

[125] Cfr. C.I.C., kan. 573, § 1.

 

[126] Cfr. Kongregazzjoni għall-Istituti tal-Ħajja Konsagrata u s-Soċjetajiet ta' Ħajja Appostolika - Kongregazzzjoni għall-Isqfijiet, Mutuae realationes.  Kriterji ta direttivi dwar ir-relazzjonijjiet bejn l-Isqfijiet u r-reliġjużi fil-Knisja (14 ta' Mejju, 1978), nn. 10; 14, a): Enchiridion Vaticanum 6 (1977-1979), 604-605; 617-620; cfr. ukoll f'Apostolorum successores, n. 98: Enchiridion Vaticanum 22 (2003-2004), 1803-1804.

 

[127] Cfr. Il-ferħ tal-Vanġelu, n. 102: AAS 105 (2013), 1062-1063.

 

[128] Cfr. Christifideles laici, n. 23: AAS 81 (1989), 429.

 

[129] Il-ferħ tal-Vanġelu, n. 201: AAS 105 (2013), 1104.

 

[130] Lumen gentium, n. 31: AAS 57 (1965), 37.

 

[131] Pawlu VI, Eżortazzjoni Appopstolika Evangelii nintiandi (8 ta' Diċembru 1975), n. 73: AAS 68 (1976), 61.

 

[132] Cfr. Il-ferħ tal-Vanġelu, n. 81: AAS 105 (2013), 1053-1054.

 

[133] Cfr. C.I.C., kan. 517, § 2.

 

[134] Cfr. Apostolorum successores, n. 215, c): Enchiridion Vaticanum 22 (2003-2004), 2105.

 

[135] Kongregazzjoni għall-Kleru, Struzzjoni (inter-dekasterjali) dwar xi kwistjonijieet li għandhom x'jaqsmu mal-kollaborazzjoni tal-fidili lajċi mal-ministeru tas-saċerdoti Ecclesiae de mysterio (15 ta' Awwissu, 1997) art. 4, § 1, a-b): AAS 89 (1997), 866-867; cfr. kif ukoll Apostolorum successores, n. 215, c): Enchiridion Vaticanum 22 (2003-2004), 2105. Dan is-saċerdot jaassumi wkoll ir-rappreżentanza ġuridika tal-parroċċa kemm kanonikament kif ukoll ċivilment, fejn dan hu previst mill-Istat.

 

[136] Qabel ma wieħed jirrikorri għas-soluzzjoni konsentita mill-kan. 517, § 2, jeħtieġ li l-Isqof djoċesan,  bil-prudenza, jara hemmx possibbiltajiet oħra li jista' juża bħal, per eżempju, jibgħat saċerdoti anzjani, imma li għadhom f'sikkithom, biex jaqdu l-ministeru, jafda aktar minn parroċċa waħda f'idejn kappillan wieħed jew li jħalli f'idejn grupp ta' saċerdoti 'in solidum' diversi parroċċi.

 

[137] Cfr. Ecclesiae de mysterio, art. 4, § 1, b): AAS 89 (1997), 866-867, u, Kongregazzjoni għall-Kleru, Struzzjoni Il-presbiterju, ragħaj u gwida tal-komunità parrokkjali (4 ta; Awwissu, 2002), nn. 23 e 25, tittratta b'mod partikolari "il-kollaborazzjoni 'ad tempus' fit-tħaddim tal-kura pastorali tal-parroċċa", cfr. n. 23: Enchiridion Vaticanum 21 (2002), 834-836.

 

[138] Cfr. Il-presbiterju, ragħaj u gwida tal-komunità parrokkjali, n. 25: Enchiridion Vaticanum 21 (2002), 836.

 

[139] C.I.C., kan. 517, § 2.

 

[140] Il presbitero, pastore e guida della comunità parrocchiale, n. 23: Enchiridion Vaticanum 21 (2002), 834.

 

[141] Cfr. Ecclesiae de mysterio, art. 1, § 3: AAS 89 (1997), 863.

 

[142] Cfr. Il-presbiterju, ragħaj u gwida tal-komunità parrokkjali, n. 23: Enchiridion Vaticanum 21 (2002), 835.

 

[143] Cfr. Apostolorum successores, n. 112: Enchiridion Vaticanum 22 (2003-2004), 1843.

 

[144] Ta' min ifakkar illi, minbarra dak tal-ministeru propju tal-lettorat, fost il-funzjonijiet liturġiċi li l-Isqof djoċesan , wara li jkun ikkonsulta l-Konferenza Episkopali, jista' għal xi żmien iħalli f'idejn il-fidili lajċi, irġiel u nisa, hemm ukoll is-servizz tal-altar, b'rispett lejn in-norma kanonika relattiva; cfr. Kunsill Pontifiċju għall-interpretazzjoni tat-Testi Leġiżlattivi, Tweġiba (11 ta' Lulju, 1992), AAS 86 (1994), 541; Ittra ċirkolari tal-Kongregazzjoni għall-Kult Divin u d-Dixxiplina tas-Sagramenti (15 ta' Marzu, 1994), AAS 86 (1994), 541-542.

 

[145] Cfr. C.I.C., kan. 205.

 

[146] Cfr. ibid., kan. 230, § 1.

 

[147] Fl-att li bih l-Isqof jagħti l-karigi msemmija aktar 'il fuq, lid-djakni jew lill-fidili lajċi, għandu jispjega b'mod ċar x'inhuma l-funzjonijiet li huma jistgħu jaqdu u għal kemm tul ta' żmien.

 

[148] C.I.C., kan. 1248, § 2.

 

[149] Ibid., kan. 861, § 1.

 

[150] Ibid., kan. 766.

 

[151] Ecclesiae de mysterio, art. 3, § 4: AAS 89 (1997), 865.

 

[152] Cfr. C.I.C., kan. 767, § 1; Ecclesiae de mysterio, art. 3, § 1: AAS 89 (1997), 864.

 

[153] C.I.C., kan. 1112, § 1; cfr. Ġwanni Pawlu II, Kostituzzjoni Appostolika Pastor bonus (28 ta' Ġunju, 1998), art. 63: AAS 80 (1988), 876, dwar il-kompetenzi tal-Kongregazzjoni għall-Kult Divin u d-Dixxilina tas-Sagramenti

 

[154] Franġisku, Omilija fil-kappella tad-Dar Santa Marta (21 ta' Ottubru, 2013): L’Osservatore Romano 242 (21-22 ta' Ottubru, 2013), 8.

 

[155] Cfr. C.I.C., kann. 537 e 1280.

 

[156] B'konformazzjoni mal-kan, 532 C.I.C., il-kappillan huwa responsabbli tal-beni tal-parroċċa, anki jekk biex jamministrahom ikun jeħtieġ il-kollaborazzjoni ta' esperti lajċi.

 

[157] Cfr. C.I.C., kann. 115, § 2 u, b'analoġija 492, § 1.

 

[158] Cfr. ibid., can. 537 e Apostolorum successores, n. 210: Enchiridion Vaticanum 22 (2003-2004), 2087.

 

[159] Cfr. C.I.C., kann. 517 e 526.

 

[160] Cfr. ibid., kan. 1287 § 1.

 

[161] Cfr. ibid., kan. 536, § 1.

 

[162] Franġisku, Diskors waqt il-laqgħa mal-kleru, persuna ta' ħajja konsagrata u membri tal-kunsilli pastorali, Assisi (4 ta' Ottubru, 2013): Insegnamenti I/2 (2013), 328.

 

[163] Id, Omilija waqt il-Quddiesa fis-Solennità ta' Pentekoste, 4 ta' Ġunju, 2017: AAS 109 (2017), 711.

 

[164] Cfr. Lumen gentium, n. 10: AAS 57 (1965), 14.

 

[165] Cfr. Kongregazzjoni għall-Kleru, Ittra ċirkolari Omnes christifideles (25 ta' Jannar, 1973), nn. 4 e 9; Enchiridion Vaticanum 4 (1971-1973), 1199-1201 e 1207-1209; Christifideles laici, n. 27: AAS 81 (1989), 440-441.

 

[166] Franġisku, Udjenza Ġenerali (23 ta' Mejju, 2018).

 

[167] Pawlu Vi, Ittra Appostolika Motu Proprio Ecclesiae Sanctae (6 ta' Awwissu, 1966), I, 16, § 1: AAS 58 (1966), 766; cfr. C.I.C., kan. 511.

 

[168] Il-ferħ tal-Vanġelu, n. 31: AAS 105 (2013), 1033.

 

[169] Cfr. C.I.C., kan. 536, § 2.

 

[170] Cfr. ibid., kan. 212, § 3.

 

[171] Ibid., kan. 536, § 2.

 

[172] Cfr. Il-presbiterju, ragħaj u gwida tal-komunità parrokkjali n. 26: Enchiridion Vaticanum 21 (2002), 843.

 

[173] Cfr. C.I.C., kan. 516, § 1.

 

[174] Cfr. ibid., kan. 515, § 2.

 

[175] Cfr. ibid., kan. 516, § 2.

 

[176] Cfr. ibid., kann. 1214; 1223 e 1225.

 

[177] Cfr. ibid., kann. 848 e 1264, 2°, kif ukoll kann. 945-958 u Kongregazzjoni għall-Kleru, Digriet Mos iugiter (22 ta' Frar, 1991), approvat fil-forma speċifika minn Ġwanni Pawlu II: Enchiridion Vaticanum 13 (1991-1993), 6-28.

 

[178] C.I.C., kan. 946.

 

[179] Ibid., kan. 947.

 

[180] Ibid., kan. 945, § 2.

 

[181] Franġisku, Eżortazzjoni Appostolika post-sinodali Christus vivit (25 ta' Marzu, 2019), n. 231, Belt tal-Vatikan 2019.

 

[182] Id, Laqgħa mal-Isqfijiet Pollakki, Krakovja (27 ta' Lulju, 2016): AAS 108 (2016), 893.

 

[183] Id., Messaġġ għal-Ġurnata Missjunarja Dinjija 2017 (4 ta' Ġunju, 2017), n. 10: AAS 109 (2017), 764.