Għanja dwar l-Ispirtu s-Santu: l-Ispirtu Qaddis u Ħallieq:

Mulej Ħallieq

 

Tul is-skiet ta’ lejl sewdieni,

Waqt il-bidu ta’ jum hieni,

F’dawl ix-xemx u f'dawl il-kwiekeb,

Mulej ħallieq, int tkun hemm.

Fin-nifs ta’ kull kreatura,

Fil-misteri tan-natura,

Fl-art bil-frott fil-milja tagħha,

Mulej ħallieq, int tkun hemm.

 

F’min ibati l-ġuħ u l-faqar,

F’min bid-diqa qed jinħaqar,

Fl-uġigħ kollu ta’ dawn ħutna,

Mulej ħallieq, int tkun hemm.

Fid-demgħat tal-qlub maqsuma,

F’kull imħabba li jagħtuna,

Fl-aħħar nifs tal-moribondi,

Mulej ħallieq, int tkun hemm.

 

Ġewwa l-qlub għall-ħajj’għatxana,

Fix-xewqat u fil-ħolm tagħna,

Fit-taħbit tal-qlub ħerqana,

Mulej ħallieq, int tkun hemm.

Meta naqsmu imħabbitna,

Meta noffru wkoll ħajjitna,

Meta nħennu, meta naħfru

Mulej ħallieq, int tkun hemm.

 

Fil-ħelsien mill-qlub qarrieqa,

Fil-fejqan mill-mard u d-diqa,

Fit-tamiet, fil-ferħ u l-hena,

Mulej ħallieq, int tkun hemm.

Fit-talb taghna w f’kull tislima,

Fit-tifħir, fil-kant u l-qima,

F’din l-imħabba infinita,

Mulej ħallieq, int tkun hemm.

 

 

Mużika ta' Margaret Rizza

Miġjuba għall-Malti minn Trevor Zaħra

Kantata minn Christine Barbara