O HOLY NIGHT

Messaġġ-vidjo għall-Milied 2020

Mill-Aħwa Kapauċċini Maltin

"Żgur li dan il-Milied se jkun differenti għal ħafna minna. Nistgħu ninsew il-festini l-kbar mimlija tgħannieq u bews. Ninsew ukoll l-ikliet fejn naqsmu ħajjitna ma’ dawk li tant ngħożżu. Imma dan ma jfissirx li ma nistgħux niċċelebbraw il-Milied. Dis-sena, il-Patrijiet Kapuċċini fittxew li jwasslu propju dan il-messaġġ, permezz tal-vidjo u l-innu ‘O Holy Night’. Fil-vidjo jidhru bosta persuni, minn mixjiet ta’ ħajja differenti, weħidhom jew ma’ xi ħadd tal-istess cluster (kif se nkunu dal-Milied), imma li jkantaw l-istess innu li jirrappreżenta l-fidi tagħna. Għalhekk, l-istedina hija biex ma nħallux in-nuqqas ta’ ċelebrazzjonijiet soċjali (ferm importanti u mixtieqa), inaqqsulna milli niċċelebbraw il-kobor tal-misteru tal-inkarnazzjoni. Fil-vidjo joħroġ ukoll il-kuntrast bejn l-oskur u l-ikkulurit. Minkejja li l-oskur huwa xi ftit aktar preżenti f’ħajjitna dan il-Milied (eż: solitudni), ma ninsewx li fih ukoll, aħna msejħin infittxu l-ferħ li joffrilna l-Mulej Ġesù. Hu wegħdna li qatt m’hu se jħallina weħidna. Mela ejjew ma nsewdux qalbna, imma nieħdu l-opportunità biex inkomplu niskopru l-preżenza tal-Mulej Ġesù fil-ħajja tagħna. Il-Milied it-tajjeb!"