Laikos

 

 

 KONGREGAZZJON

GĦAL ISTITUTI TAL-ĦAJJA KKONGSAGRATA

U SOĊJETAJIET TAL-ĦAJJA APPOSTOLIKA

 

IS-SENA TAL-ĦAJJA KKONSAGRATA

 

IFIRĦU!

 

Ittra ċirkulari lill-persuni kkonsagrati, irġiel u nisa

Messaġġ mill-Maġisteru ta’ Papa Franġisku

 

_______________________________________

 

 

 

“Irrid ngħidilkom kelma waħda

u din il-kelma hi: ifirħu.

Kulfejn hemm nies ikkonsagrati

Hemm dejjem hemm il-ferħ!”

 

Papa FRANĠISKU


 

 

WERREJ

 

 

Ifriħu, thennew, iddu bil-ferħ

Nisimgħu

Din hi s-sbuħija tas-Sejħa tagħkom

Tal-konsagrazzjoni

Misjubin, milħuqin, mibdulin

Fil-ferħ, l-‘iva’ fidila

Farrġu, farrġu lill-poplu tiegħi

Nisimgħu

Inwasslu it-tħaddin tal-Mulej

It-tenerezza tagħmlilna tajjeb

Il-qrubija bħala s-sieħba tagħna

Imħabba bla sabar

Għar-riflessjoni

Mistoqsijiet mill-Papa Franġisku

Sliem għalik, Omm il-Ferħ

 

 

Għeżież ħuti,

1. “Il-ferħ tal-Vanġelu jimla l-qalb u l-ħajja interna ta’ dawk kollha li jiltaqgħu ma’ Ġesù. Ma’ Ġesù Kristu, il-ferħ jitwieled mill-ġdid il-ħin kollu”.(1)

Il-bidu tal-Evangelii gaudium fit-tessut tat-tagħlim ta’ Papa Franġisku hu mimli b’vitalità sorprendenti, filwaqt li jxandar is-sbuħija tal-misteru tal-Aħbar it-Tajba li, meta tintlaqa’ mill-qalb tal-persuna, tibdlilha ħajjitha.  Nisimgħu rrakkuntata lilna l-parabbola tal-ferħ: il-laqgħa ma’ Ġesu tixgħel fina s-sbuħija oriġinali, dik tal-wiċċ li fuqu tiddi l-glorja tal-Missier (ara 2Kor 4,6) jiddi bil-ferħ. 

Din il-Kongregazzjoni għal Istituti tal-ħajja kkonsagrata u Soċjetajiet tal-ħajja appostolika tistedinna nirriflettu fuq iż-żmien ta’ grazzja li ngħatajna biex ngħixu, fuq l-istedina speċjali tal-Papa lil dawk li qed jgħixu l-ħajja kkonsagrata.

Li nilqgħu tagħlim bħal dan, ifisser li nġeddu l-eżistenza tagħna biex ngħixu skont il-Vanġelu, mhux b’mod radikali, maħsub bħala mudell ta’ perfezzjoni u, spiss, ta’ separazzjoni, imma billi nintrabtu bil-qalb sal-laqgħa salvivika li tibdel lil ħajjitna.  “Dan ifisser li tħalli kollox biex timxi wara l-Mulej. Le, Ma rridx ngħid ‘radikali’.  Ir-radikaliżmu evanġeliku mhuwiex biss għar-reliġjużi: imma kulħadd hu mitlub li jkun hekk.  Imma r-reliġjużi jimxu wara l-Mulej b’mod speċjali, b’mod profetiku.  Hi din it-tip ta’ xhieda li nistenna mingħandkom.  Ir-reliġjużi għandhom ikunu nisa u rġiel kapaċi jqajmu lid-dinja.” (2)

Fil-limitazzjoni umana tagħhom, fit-truf, fit-taħbit tal-ħajja ta’ kuljum tagħhom, in-nisa u l-irġiel ikkonsagrati jgħixu l-fedeltà tagħhom filwaqt li jagħtu skop għall-ħajja hienja li jgħixu.  Hekk huma jkunu xhieda mill-aqwa, xandara effettivi, u kumpanji u ġirien għan-nisa u l-irġiel li magħhom jaqsmu l-ħajja komuni u li jridu jsibu dar Missierhom fil-Knisja.(3)  San Franġisk t’Assisi, li ħa l-Vanġelu bħala l-mudell ta’ ħajtu, “ġiegħel lill-fidi tikber, ġedded lill-Knisja u fl-istss ħin ġedded lis-soċjetà, ġagħalha ssir aktar fraterna, imma dejjem skont il-Vanġelu u permezz tax-xhieda.  Ippritkaw dejjem il-Vanġelu u, jekk hemm bżonn, anke bil-kliem!” (4)

Waslulna għadd kbir ta’ suġġerimenti minn dawk li semgħu kliem il-Papa, imma l-aktar sfida partikulari ġejja mis-sempliċità assoluta li biha Papa Franġisku jippreżenta t-tagħlim tiegħu, b’mod li jaqbel perfettament mas-sinċerità li tant tappella tal-Vanġelu. Kliem sempliċi li ġej mid-dirgħajn miftuħa tal-bidwi t-tajjeb li jiżra’ fiduċjuż bla ma jagħmel diskriminazzjoni bejn ħamrija u oħra. 

Qiegħda taslilna stedina awtorevoli mimlija fiduċja, stedina sabiex inwarrbu minna l-argumenti istituzzjonali u l-ġustifikazzjonijiet personali. Hi kelma provokattiva li titfa’ taħt lenti l-ħajja tagħna mimlija apatija u nagħas, ħajja li ħafna drabi aħna ngħixuha ’l bogħod mill-isfida: Kieku għandkom fidi mqar daqs żerriegħa tal-mustarda (Lq 17:5).   Hi stedina li tħeġġiġna biex inġiegħlu l-ispirtu tagħna jagħraf il-Kelma li tgħix fostna, l-Ispirtu li joħloq u li l-ħin kollu jġedded lill-Knisja.

Din l-ittra hi motivata minn din l-istedina, bit-tama li jingħata bidu għal riflessjoni kollettiva.  Qed tkun offruta bħala għodda sempliċi sabiex biha neżaminaw ħajjitna b’mod onest fid-dawl tal-Vanġelu.  Dan id-Dikasteru għalhekk jintroduċi vjaġġ kollettiv, spazju għal riflessjoni personali, fraterna u istituzzjonali, aħna u nimxu lejn l-2015, is-sena li l-Knisja ddedikat lill-ħajja kkonsagrata, bix-xewqa u bil-ħsieb li jittieħdu deċiżjonijiet evanġeliċi kuraġġjużi li jwasslu għal tiġdid frott il-ferħ.  “Il-primat ta’Alla jagħti tifsira u ferħ lill-ħajja tal-bniedem, għaliex in-nisa u l-irġiel huma maħluqa għal Alla, u qalbhom ma ssibx serħan qabel ma tistrieħ fih.” (5)

 

 

IFIRĦU, THENNEW, IDDU BIL-FERĦ

 

Ifirħu lil Ġerusalemm, thennew biha, intom ilkoll ħbieb tagħha.  Aqbżu bil-ferħ, intom ilkoll li qsamtu swied il-qalb magħha!

 

Għaliex dan jgħid il-Mulej: “Arani! Se nifrex fuqha s-sliem bħal xmara, u bħal xmara tfur bil-ġid tal-ġnus, u intom terdgħu u fuq id-dirgħin tintrefgħu u jżegħlu bikom fuq l-irkupptejn

 

Bħalma omm tfarraġ lil binha, hekk jiena nfarraġ lilkom; u f’Ġerusalemm titfarrġu.

 

Isaija 66:10-14

 

Nismgħu

 

2.  Fl-Iskrittura Mqaddsa, it-terminu Ferħ (bl-Ebrajk: s´imh. â/ s´amah., gyl) jintuża biex jesprimi għadd ta’ esperjenzi kollettivi u personali li huma marbuta b’mod partikulari maċ-ċerimoniji u l-festi reliġjużi, u biex jagħrfu s-sens tal-preżenza t’Alla fil-ġrajja ta’ Iżrael.  Fil-fatt fil-Bibbja nsibu tlettax-il verb u nom differenti li bihom huma deskritti l-ferħ t’Alla, tal-bnedmin u anke tal-ħolqien innifsu, fid-djalogu tas-salvazzjoni. 

 

Fit-Testment il-Qadim, dawn jidhru l-aktar fis-Salmi u fil-Profeta Isaija.  Insibu ħafna stediniet għall-ferħ ippreżentati minn varjazzjonijiet lingwistiċi kreattivi u oriġinali.  Hemm id-dikjarazzjoni tal-ferħ fil-qrubija t’Alla, hemm il-gost f’dak kollu li Alla ħalaq u għamel.  Fis-salmi nsibu mijiet ta’ drabi espressjonijiet effettivi li juru li l-ferħ hu kemm frott tal-preżenza t’Alla u l-eku ferrieħi li din twassal għalih, u kif ukoll id-dikjarazzjoni tal-wegħda kbira ta’ x’hemm għall-poplu fil-futur.  F’dak li għandu x’jaqsam mal-profeta, huwa fit-tieni u t-tielet parti tal-ktieb ta’ Isaija li l-aktar insibu din is-sejħa għall-ferħ, immirata lejn il-futur: il-ferħ ikun abbundanti (ara Is 9:2), is-sema, id-deżert u l-art jgħajtu bil-ferħ (Is 35:1, 44:23, 49:13), il-mifdijin jaslu lura Ġerusalemm jgħajtu bil-ferħ (Is 35:9s.;51:11).

 

Fit-Testment il-Ġdid,  il-vokabularju ppreferut hu dak marbut mal-għerq kar (kàireinkarà), imma niltaqgħu wkoll ma’ termini oħra bħal agalliáomaieuphrosy ´ne¯.  Is-soltu dan il-kliem ifisser eżultazzjoni sħiħa li tħaddan il-passat u l-futur flimkien.  Il-ferħ hu rigal messjaniku per eċċellenza, billi Ġesù nnifsu wiegħed: ...biex il-ferħ tiegħi jkun fikom u biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ (Ġw 15:11).  Hu Luqa li, sa mill-ġrajjiet li seħħew qabel it-twelid tas-Salvatur, jagħti ħjiel tat-tixrid eżultanti tal-ferħ (ara Lq 1:14.44.47; 2:10; u ara Mt 2:10) u mbagħad ikompli jakkumpanja t-tixrid tal-Aħbar it-Tajba b’dan l-effett li jkompli jinfirex (ara Lq 10:17; 24:41.52) u li huwa sinjal tipiku tal-preżenza u tat-tixrid tas-Saltna (ara Lq 15:7.10. 32; Atti 8:39; 11:23;  15:3; 16:34; ara wkoll Rum 15:10-13: eċċ.).

Skont San Pawl, il-ferħ hu frott l-Ispirtu (ara Gal 5:22) u karatteristika tipika u kostanti tas-Saltna (ara Rum 14:17), li ssaħħaħ lilha nnifisha permezz tat-tribulazzjonijiet u tal-provi (ara 1Tes 1:6).  L-għajn tal-ferħ tinstab fit-talb, fil-karità u fir-ringrazzjament kontinwu (ara 1Tit 5:6, Fil 3:1; Kol 1:11s).  Fit-tribulazzjonijiet tiegħu, l-appostlu tal-ġnus iħossu mimli bil-ferħ u jħoss li għandu sehem mill-glorja li kollha kemm aħna nistennew (ara 2Kor 6:10; 7:4; Kol 1:24).  It-trijonf finali t’Alla u t-tieġ tal-Ħaruf iwasslu għall-milja ta’ kull ferħ u eżultazzjoni (ara Apk 19:7) fi splużjoni ta’Allelulja kożmika (Ap 19:6).

Ejjew naraw ftit mill-qrib it-tifsira tat-test: “Ifirħu lil Ġerusalemm, thennew biha, intom ilkoll ħbieb tagħha! Aqbżu bil-ferħ” (Is 66:10).  Dan hu t-tmiem tat-tielet parti tal-Profeta Isaija.  Irridu nżommu f’moħħna li l-kapitli Is 65-66 huma marbuta sew flimkien u jikkumplimentaw lil xulxin, kif jidher tajjeb mill-għeluq tat-tieni parti ta’ Isaija (kapitli 54-55).

F’dawn iż-żewġ kapitli, it-tema tal-passat tiġi evokata mill-ġdid, kultant bi xbihat ħorox, bħallikieku biex tistedinhom  jinsewh għaliex Alla jrid li jiddi dawl ġdid, fiduċja li tfejjaq dritt kull infedeltà u kull moħqrija.  Is-saħta, frott tan-nuqqas ta’ ħarsien tal-Patt min-naħa tagħhom, għad tgħib għaliex Alla se joħloq Ġerusalemm għall-hena u l-poplu tagħha għall-ferħ (ara Is 65:18).  Prova ta’ dan se tkun l-esperjenza li t-tweġiba t’Alla tasal saħansitra qabel ma ssirlu s-supplika (ara Is 65:24).  Dan il-kuntest jippersisti anke fl-ewwel versi ta’ Is 66, u jitfaċċa mill-ġdid ’l hawn u ’l hemm permezz ta’ sinjali li juru n-nuqqas ta’ sensittività ta’ qlubhom quddiem it-tjubija tal-Mulej u l-Kelma tiegħu mimlija tama.   

Hawnhekk, it-tqabbil ta’ Ġerusalemm ma’ omm, hu wieħed suġġestiv ħafna u hu ispirat mill-wegħdi ta’ Isaija 49:18-29 u 54:1-3: l-art ta’ Ġuda timtela bla mistenni minn dawk li ġejjin mid-dijaspora, wara l-umiljazzjoni tagħhom.  Tista’ tgħid ukoll li l-għajdut tal-“ħelsien” “taqqal” lil Sijon b’ħajja ġdida u tama ġdida u li Alla, Sid il-ħajja, se jwassal din it-tqala sal-milja tagħha, bla sforzi żejda waqt it-twelid ta’ wlied ġodda.  Hekk, omm Sijon issib ruħha mdawra minn ulied ġodda, treddagħhom tajjeb u tħarishom ilkoll.  Din id-dehra mill-aktar ħelwa ssaħħar lil Santa Tereża ta’ Lisieux, li sabet fiha ċavetta deċiżiva għall-interpretazzjoni tal-ispiritwalità  tagħha. (6) 

Ġabra ta’ kliem qawwi: kunu hienja, ifirħu, iddu, kif ukoll konsolazzjoni, għaxqa, abbundanza, ġid, żegħil, eċċ.  Ir-relazzjoni bejn il-fedeltà u l-imħabba kienet falliet u kienu sabu ruħhom fi swied il-qalb u sterilità.  Issa, il-qawwa u l-qdusija t’Alla taw mill-ġdid is-sens u l-milja tal-ħajja u l-hena, espressi f’termini li jappartjeni lill-għeruq ta’ għożża ta’ kull bniedem u li jagħtu lok għal sentimenti uniċi ta’ tenerezza u sigurtà. 

Dan hu profil ġentili imma veru ta’ Alla li jiddi b’diwi matern u b’emozzjonijiet profondi li jittieħdu.  Ferħ kbir (ara Is 66:14) li  ġej minn Alla – b’wiċċ matern u bi driegħ li jgħin – u jinfirex f’poplu magħtub, li għadmu kien iddgħajjef ħafna minħabba l-eluf ta’ umiljazzjonijiet.  Din il-bidla li Alla jagħti minn jeddu u li tinfirex bil-ferħ lejn smewwiet ġodda u art ġdida (ara Is 66:22) ħalli il-poplu kollu jsir jaf bil-glorja t’Alla, ir-redentur fidil. 

Din hi s-sbuħija

3.  “Din hi s-sbuħija tal-konsagrazzjoni: hi ferħ, ferħ, ferħ ...”. (7)  Il-ferħ li jwassal il-faraġ lil kulħadd.  Dawn huma l-kelmiet li Papa Franġisku qal waqt il-laqgħa tiegħu mas-seminaristi u n-novizzi. “M’hemmx qdusija fin-niket”, (80) kompla jgħid il-Papa.  “Issewdu qalbkom bħall-oħrajn li m’għandhomx tama”, kiteb San Pawl (1Tes 4:13).

Il-ferħ mhux xi ornament bla użu, imma hu bżonn, il-bażi tal-ħajja tal-bniedem.  Fit-taħbit tagħhom ta’ kuljum, kull raġel u kull mara jagħmlu minn kollox biex jiksbu l-ferħ u jgħixu fih bl-eżistenza kollha tagħhom.

Fid-dinja ta’ spiss ikun hawn nuqqas ta’ ferħ.  Mhux mistenni minna li nwettqu xi għemejjel epiċi jew li nitkellmu kliem bombastiku, imma li nagħtu xhieda ta’ dak il-ferħ li ġej miċ-ċertezza li nħossuna maħbuba, mill-fiduċja li nkunu salvati. 

Il-memorja qasira li għandna u l-esperjenza dgħajfa tagħna spiss ma jħalluniex infittxu ‘l-artijiet tal-ferħ’ li fihom induqu r-rifless t’Alla.  Għandna elf raġuni għalfejn nibqgħu ngħixu fil-ferħ.  L-għeruq tiegħu jitmantnew mis-smigħ b’fidi u b’perseveranza tal-Kelma t’Alla. Fl-iskola tal-Imgħallem wieħed jisma’: il-ferħ tiegħi ikun fikom u biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ (Ġw 15:11) u hemm nitgħallmu nipprattikaw il-ferħ perfett. 

 “In-niket u l-biża’ jridu jagħmlu l-wisa’ għall-ferħ: “Ifirħu...thennew...aqbżu bil-ferħ magħha, jgħid il-profeta (Is 66:10)  Din hija stedina kbira għall-ferħ. […] Kull Nisrani, speċjalment intom u jien, aħna msejħin biex inwasslu dan il-messaġġ ta’ tama li jagħti serenità u ferħ, il-faraġ t’Alla, it-tenerezza tiegħu lejn kulħadd.  Imma rridu nkunu aħna l-ewwel li nesperjenzaw il-ferħ, li nkunu mfarrġa minnu, li nkunu maħbubin minnu, biex imbagħad inkunu nistgħu nwasslu l-ferħ lill-oħrajn. […].  Ħafna drabi ltqajt ma’ persuni kkonsagrati li jibżgħu mill-faraġ t’Alla.  Jinsabu tturmentati għaliex jibżgħu minn din it-tenerezza t’Alla. Imma la tibżgħux.  Tibżgħux, il-Mulej hu Sid il-faraġ, Sid it-tenerezza. Il-Mulej hu missier u Hu jgħid li jġib ruħu magħna bħalma omm, bit-tenerezza tagħha, iġġib ruħha ma’ tarbija.  La tibżgħux mill-faraġ tal-Mulej.” (9)

Is-sejħa tiegħek

4. “Meta jsejjaħlek, il-Mulej jgħidlek: ‘Int importanti għalija, inħobbok, norbot fuqek.’ Ġesù jgħid dan il-kliem lil kull wieħed u waħda minna! Il-ferħ minn hemm jitwieled! Il-ferħ tal-mument li fih Ġesù ħares lejja.  Li nifhmu u nisimgħu dan, huwa s-sigriet tal-ferħ tagħna.  Li nħossuna maħbuba minn Alla, li nħossu li għalih m’aħniex numri, imma persuni; li nħossu li huwa Hu li jsejħilna.” (10)

Papa Franġisku jiġbdilna l-attenzjoni lejn is-sisien spiritwali tal-umanità tagħna, sabiex nintebħu x’ingħatajna b’xejn permezz ta’ sovrenità divina ħielsa u tweġiba umana libera: Imbagħad Ġesù xeħet fuqu ħarsa ta’ mħabba u qallu: “Ħaġa waħda tonqsok: mur, bigħ li għandek, agħtih lill-fqar, u jkollok teżor is-sema; imbagħad ejja u imxi warajja.” (Mk 10:21)

Il-Papa jfakkar: “Fl-Aħħar Ċena, Ġesù dar lejn l-Appostli b’dawn il-kelmiet: Mhux intom għażiltu lili, imma Jien għażilt lilkom (Ġw 15:16). Dawn il-kelmiet ifakkruna, u mhux biss lilna li aħna saċerdoti, li l-vokazzjoni hija dejjem inizjattiva t’Alla.  Huwa Kristu li sejħilkom biex timxu warajh fil-ħajja kkonsagrata u dan ifisser li għandkom kontinwament tagħmlu ‘esodu’ minnkom infuskom sabiex tiċċentraw ħajjitkom fuq Kristu u l-Vanġelu tiegħu, fuq ir-rieda t’Alla, billi twarrbu l-pjanijiet tagħkom, ħalli tkunu tistgħu tgħidu bħal San Pawl: Ngħix, iżda mhux jien li ngħix, iżda jgħix fija Kristu (Gal 2:20). (11)

Il-Papa jistedinna biex nagħmlu pellegrinaġġ b’lura fiż-żmien, mixja ta’ għarfien li permezz tagħha niskopru lilna nfusna nterrqu fil-mogħdijiet tal-Palestina jew qrib id-dgħajsa tas-sajjied umli tal-Galilea.  Jistedinna nikkontemplaw il-bidu ta’ vjaġġ, jew aħjar ġrajja mibdija minn Kristu, meta x-xbieki tħallew fuq xatt l-għadira, il-mejda tal-ġabbar it-taxxi mitluqa ma’ ġenb it-triq, l-ambizzjonijiet ta’ wieħed żelota minsijin. Kollha mezzi mhux addattati sabiex wieħed jibqa’ mal-Imgħallem. 

Jistedinna sabiex nishru fit-tul, bħal f’pellegrinaġġ interjuri, sa qabel iż-żerniq, meta f’ambjent sħun ta’ relazzjonijiet ta’ ħbiberija, l-intellet jiġi mħajjar jinfetaħ għall-misteru u tittieħed id-deċiżjoni li hu sewwa li wieħed jimxi wara l-Imgħallem għax Hu biss għandu l-kliem tal-ħajja eterna (ara Ġw 6:68). Jistedinna sabiex nagħmlu mill-eżistenza kollha tagħna “pellegrinaġġ ta’ bidla fl-imħabba” (12)

Papa Franġisku jitlobna nieqfu ftit fuq ix-xena tal-bidu: “Il-ferħ tal-mument li fih Ġesù ħares lejja” (13) sabiex niftakru dak li hu importanti u impenjattiv, it-tifsira bażika tal-vokazzjoni tagħna: “Hi tweġiba għal sejħa, sejħa ta’ mħabba” (14).  Jekk irridu nibqgħu ma’ Kristu hemm bżonn li aħna naqsmu ħajjitna, l-għażliet tagħna, l-ubbidjenza tal-fidi, l-hena tal-faqar, ir-radikalità tal-imħabba.

Dan ifisser li titwieled mill-ġdid permezz tal-vokazzjoni. “Nistieden lil kull Nisrani […] sabiex iġedded illum stess il-laqgħa personali tiegħu ma’ Ġesù Kristu, almenu sabiex iħalli lilu nnifsu jiltaqa’ ma’ Kristu, sabiex ifittxu kull jum bla waqfien.” (15)

San Pawl jeħodna lura lejn din il-viżjoni fundamentali: Pedament ieħor ħadd ma jista’ jqiegħed ħlief dak li ġa tqiegħed (1Kor 3:11) It-terminu ‘vokazzjoni’ jindika għotja ħielsa, speċi ta’ maħżen tal-ħajja li ma jieqaf qatt iġedded l-umanità u l-Knisja fil-profondità tal-eżistenza tagħhom. 

Fl-esperjenza tal-vokazzjoni, huwa proprju Alla nnifsu s-suġġett misterjuż fl-att tas-sejħa.  Aħna nisimgħu vuċi li ssejħilna għall-ħajja u għad-dixxipolat tas-Saltna.  Papa Franġisku, filwaqt li jfakkarna fil-kelmiet: “int importanti għalija”, juża t-taħdit dirett, fl-ewwel persuna, b’mod li dan l-għarfien joħroġ.  Jitlob l-għarfien tal-opinjoni tiegħi, il-ġudizzju tiegħi, biex  jisħaq li l-imġiba tiegħi għandha tkun konsistenti mal-għarfien tiegħi nnifsi, mas-sejħa li nisma’ indirizzata lili, mas-sejħa personali tiegħi.  “Nixtieq ngħid lil min iħossu indifferenti  lejn Alla jew lejn il-fidi, lil min jinsab imbiegħed jew li abbanduna lil Alla, u lilna stess, bit-‘tbegħid’ u bl-‘abbandun’ tagħna ta’ Alla, li jista’ jidher insijifikanti imma li fl-istess ħin hu numeruż f’ħajjitna: ħarsu fil-fond ta’ qalbkom, ħarsu fl-intimu tagħkom infuskom, u staqsu lilkom infuskom: għandek qalb imxennqa għal ħaġa kbira jew qalb li traqqdet minn ħafna ħwejjeġ? Qalbek għandha dak it-tiftix bla sabar jew ħallejtha tifga b’affarijet li spiċċaw biex iwebbsuha?” (16)

Ir-relazzjoni ma’ Ġesù Kristu titlob li titmantna minn tiftix bla sabar.  Dan iġibna konxji tal-libertà li biha ngħatajna dan id-don tal-vokazzjoni u jgħinna niġġustifikaw ir-raġunijiet li wassluna għall-għażla tagħna tal-bidu u li bihom inkomplu bil-perseveranza tagħna.  “Li nħalli ruħi tintrebaħ minn Kristu jfisser li għandi dejjem nitħabat ħa nħares lejn dak li għandi quddiemi, lejn l-iskop ta’ Kristu (ara Fil 3:14)” (17) Li nibqgħu nisimgħu lil Alla jitlob minna li dawn il-mistoqsijiet isiru l-linji gwida li jmexxu r-ritmu ta’ ħajjitna. 

Dan il-misteru li ħadd ma jista’ jesprimih, li qiegħed imexxina minn ġewwa fina u li għandu sehem mill-misteru indeskrivibbli t’Alla, jista’ jiġi interpretat biss permezz tal-fidi. “Il-fidi hi t-tweġiba tagħna għal Kelma li tistaqsina personalment, għal ‘Int’ li jsejħlina b’isimna” (18) u “bħala tweġiba għal Kelma li ġiet qabilha, tibqa’ dejjem att ta’ tifkira.  Madankollu, din it-tifkira ma tibqax imwaħħla ma’ ġrajjiet tal-passat imma, billi hi tifkira ta’ wegħda, issir kapaċi tinfetaħ għall-futur, li ddawwal il-passi matul il-mogħdija”. (19) “Il-fidi għandha fiha t-tifkira tal-istorja t’Alla magħna, it-tifkira tal-laqgħa tagħna m’Alla li għamel l-ewwel pass, li joħloqna u jsalvana, li jibdilna.  Il-fidi hi t-tifkira tal-Kelma tiegħu li ssaħħan lil qlubna, tal-azzjoni salvivika tiegħu li biha jirregalalna l-ħajja, isaffina, jikkurana, imantnina. […] Min iġorr fih it-tifkira t’Alla, min iħalli lilu nnifsu jitmexxa mit-tifkira t’Alla tul ħajtu kollha, għandu l-ħila jqajjem dik it-tifkira f’qalb l-oħrajn”. (20)   Din hi t-tifkira tal-fatt li aħna msejħin hawn u issa.    

Misjuba, milħuqa, mibdula

5.  Il-Papa jitlobna sabiex naqraw mill-ġdid l-istorja personali tagħna u nivverifikawha fid-dawl tal-ħarsa ta’ mħabba t’Alla.  Għaliex, jekk il-vokazzjoni hi dejjem inizjattiva tiegħu, aħna ninsabu ħielsa ningħaqdux jew le mal-ekonomija divina-umana, bħala relazzjoni ta’ ħajja fl-agape, il-mixja tad-dixxipulat, “il-fanal fil-mixja tal-Knisja”. (21)  Il-ħajja fl-Ispirtu qatt ma tintemm, imma hi dejjem miftuħa għall-misteru, aħna u niddixxernu sabiex insiru nafu lill-Mulej u nagħrfu li r-realtà tibda minnu.  Meta Alla jsejħilna, iħallina nidħlu fil-mistrieħ tiegħu u jistedinna nistrieħu fih, fi proċess kontinwu ta’ għarfien ta’ mħabba.  Aħna nisimgħu l-Kelma tgħidilna: Int taħseb wisq u tinkwieta fuq ħafna ħwejjeġ (Lq 10:41).  Fil-mogħdija tal-imħabba aħna nimxu ’l quddiem permezz tat-twelid mill-ġdid; il-ħolqien il-qadim jerġa’ jitwieled. Meta wieħed jingħaqad ma’ Kristu, isir ħolqien ġdid (2 Kor 5:17)

Papa Franġisku jindikalna l-isem ta’ dan it-twelid mill-ġdid. “Din it-triq għandha isem, għandha wiċċ, il-wiċċ ta’ Ġesù Kristu.  Hu jgħallimna nsiru qaddisin.  Fil-Vanġelu hu jurina t-triq, it-triq tal-Beatitudnijiet (ara Mt 5:1-12). Din hi l-ħajja tal-Qaddisin, nies li, għall-imħabba t’Alla, qatt ma imponewlu kundizzjonijiet matul ħajjithom”. (22)

Il-ħajja kkonsagrata hi msejħa biex tinkarna l-Bxara t-Tajba, biex timxi wara Kristu, dak li ġie msallab u li rxoxta, sabiex tassumi “il-mod kif Ġesù għex u ġab ruħu bħala l-Kelma Inkarnata fir-relazzjoni tiegħu mal-Missier u ma’ ħutu”. (23) F’termini prattiċi, hi sejħa sabiex nieħdu fuqna l-mod ta’ għajxien tiegħu, sabiex nadattaw l-atteġġjamenti interjuri tiegħu, inħallu lilna nfusna niġu mirbuħa mill-Ispirtu tiegħu, nassorbu l-loġika tal-għaġeb tiegħu u l-iskala tiegħu tal-valuri, li jkollna sehem fir-riskji u fit-tamiet tiegħu.  “Kunu mmexxija minn dik iċ-ċertezza umli imma fl-istess ħin feliċi, ta’ dawk li kienu misjuba, milħuqa u mibdula mis-Sewwa li hu Kristu, u ma tistgħux ma tħabbruhiex”. (24)

Li nibqgħu fi Kristu jippermettilna li nilqgħu l-preżenza tal-Misteru li jgħix fina u li jiftaħ lil qlubna skont il-kobor tal-qalb tiegħu ta’ Iben.  Dawk li jibqgħu fl-imħabba tiegħu, bħall-fergħa li tibqa’ mad-dielja (ara Ġw 15:1-8), jidħlu f’intimità ma’ Kristu u jagħmlu l-frott.  “Ibqgħu fi Kristu! Dan ifisser li nibqgħu marbuta miegħu, fih u bih, u nitkellmu miegħu” (25)

Kristu hu s-siġill li għandna fuq moħħna; hu s-siġill li għandna fuq qalbna: fuq moħħna għaliex aħna dejjem nistqarruh; fuq qalbna għaliex dejjem inħobbuh; hu is-siġill fuq dirgħajna għaliex aħna naħdmu dejjem għalih.” (26)  Il-ħajja kkonsagrata hi, fil-fatt, sejħa kontinwa sabiex nimxu wara Kristu u biex inkunu nixbhuh.  “Il-ħajja kollha ta’ Ġesù, il-mod kif kien iġib ruħu mal-foqra, l-azzjonijiet tiegħu, l-integrità tiegħu, il-ġenerożità sempliċi tiegħu ta’ kuljum, u fl-aħħar, l-għotja sħiħa tiegħu nnifsu – dan kollu hu prezzjuż u hu relatat ma’ ħajjitna” (27)

Il-laqgħa tagħna mal-Mulej ġġegħelna nitħarrku, tħeġġiġna nwarrbu l-interess tagħna fina nfusna. (28)  Relazzjoni mal-Mulej mhix statika, lanqas ma tiffoka fuq l-individwu nnifsu.  “Għaliex meta nqiegħdu lil Kristu fiċ-ċentru ta’ ħajjitna, aħna stess ma nsirux iċ-ċentru! Aktar ma torbot lilek innifsek ma’ Kristu u Hu jsir iċ-ċentru ta’ ħajtek, aktar imexxik ’il barra minnek innifsek, ma jħallikx tagħmel lilek innifsek iċ-ċentru u jiftħek għall-oħrajn”. (29) 

Aħna m’aħniex iċ-ċentru; aħna, biex ngħid hekk, ‘spustjajna ruħna’.  Aħna ninsabu għas-servizz ta’ Kristu u tal-Knisja tiegħu.” (30)

Il-ħajja Nisranija hi deskritta mill-verbi li jindikaw ċaqliq.  Anke meta hi mgħejxa fil-kuntest monastiku u jew ta’ klawsura kontemplattiva, xorta waħda hi ħajja ta’ tiftixa kontinwa.

Huwa impossibbli li nipperseveraw f’evanġelizzazzjoni ferventi jekk m’aħniex konvinti, mill-esperjenza personali tagħna, li mhix l-istess ħaġa li ssir taf lil Kristu bħalma kieku ma ssirx tafu; li mhix l-istess ħaġa li timxi miegħu bħalma kieku timxi bl-amment; mhix l-istess ħaġa li tisma’ l-kelma tiegħu bħalma kieku tinjoraha; u mhix l-istess ħaġa li tikkontemplah, tadurah u ssib il-paċi tiegħek fih, bħalma kieku dan ma tagħmlux.  Mhix l-istess ħaġa li tipprova tibni d-dinja bil-Vanġelu tiegħu bħalma kieku tagħmel hekk bir-raġuni tiegħek biss.  Nafu sew li l-ħajja b’Ġesù ssir aktar mimlija, u li miegħu hu aktar faċli li nsibu sens għal kull ħaġa”. (31)

Papa Franġisku jirrakkomandalna tiftix bla sabar bħal ta’ Santu Wistin ta’ Hippo; “in-nuqqas ta’ sabar f’qalbu li wasslu għal laqgħa personali ma’ Kristu, li wasslu sabiex jifhem li dak Alla mbiegħed li kien qiegħed ifittex kien Alla li jinsab qrib kull bniedem, dak Alla qrib tal-qalb tagħna, li hu aktar intimu għalina milli qatt nistgħu nkunu aħna stess magħna nfusna.”  Din hi tiftixa li ma tintemm qatt. “Santu Wistin ma waqafx, ma qatax qalbu, ma ngħalaqx fih innifsu bħal dawk li ġa waslu, imma kompla bit-tiftix tiegħu.  “In-nuqqas ta’ sabar fit-tiftix għall-verità, fit-tiftix ta’ Alla, isir nuqqas ta’ sabar  ta’ min irid isir jafu dejjem aħjar u ta’ min irid joħroġ minnu nnifsu sabiex iħajjar lil oħrajn isiru jafuh.  Hu preċiżament in-nuqqas ta’ sabar tal-imħabba.” (32)

Fil-ferħ, l-‘iva’ fidila

6. Kull min iltaqa’ mal-Mulej u jimxi warajh fedelment, hu messaġġier tal-ferħ tal-Ispirtu.

“Bis-saħħa ta’ din il-laqgħa – jew laqgħa mill-ġdid – mal-imħabba t’Alla li twarrad fi ħbiberija feliċi, aħna ninħelsu mill-kuxjenza iżolata tagħna u mill-għeluq fina nfusna.” (33)  Il-persuna li tiġi msejħa, din tissejjaħ għaliha nnifisha, jiġifieri għal dak kollu li tista’ tkun.  Forsi, hawn ta’ min jgħid, li l-krizi tal-ħajja kkonsagrata ġejja min-nuqqas ta’ħila li dak li jkun jagħraf sejħa profonda bħal din.  Dan jgħodd anke għal dawk li diġà qed jgħixu din il-vokazzjoni.

Qegħdin ngħixu kriżi ta’ fedeltà, maħsuba bħala rabta konxja ma’ sejħa li hi mogħdija, vjaġġ mill-bidu misterjuż tiegħu sat-tmiem misterjuż tiegħu. 

Forsi ninsabu fi kriżi ta’ umanizzazzjoni. Qegħdin ngħixu l-limitazzjonijiet ta’ konsistenza sħiħa, feruti min-nuqqas ta’ ħila tagħna biex ngħixu ħajjitna bħala vokazzjoni li ġġib l-għaqda u mixja ta’ fidi.

Din il-mixja ta’ kuljun, kemm personali u kemm bħala komunità, jekk hi mmarkata b’ilmenti u mrar li jagħlquna fir-rimors u kważi f’nostalġija permanenti għal toroq li qatt ma mxejna u għal ħolm li qatt ma rrealizzajna, issir mixja ta’ solitudni.  Is-sejħa tagħna sabiex ngħixu f’relazzjoni, fil-milja tal-imħabba, tista’ tinbidel f’xagħri diżabitat.  F’kull età, aħna ninsabu mistiedna biex inżuru mill-ġdid iċ-ċentru profond tal-ħajja personali tagħna, hemm fejn il-motivazzjoni tagħna li ngħixu mal-Imgħallem, bħala dixxipli tal-Imgħallem, issib is-sinjifikat u l-verità tagħha.

Il-fedeltà hi l-għarfien ta’ mħabba li tmexxina b’mod kostanti u dinamiku lejn l- “Int” t’Alla u lejn kull persuna oħra, meta aħna nesperjenzaw fina nfusna il-ħajja ta’ Dak li rxoxta.  “Dawk li jaċċettaw l-offerta tiegħu għas-salvazzjoni jinħelsu mid-dnub, min-niket, minn vojt interjuri u mis-solitudni”. (34)

Id-dixxipulat fidil hu grazzja u l-imħabba fil-prattika; hu eżerċizzju fil-karità sagrifikali. “Meta nivvjaġġaw mingħajr is-Salib, ma nkunux dixxipli tal-Mulej, inkunu tad-dinja. Nistgħu nkunu isqfijiet, saċerdoti,  kardinali jew papiet, imma ma nkunux dixxipli tal-Mulej”. (35)

Li nipperseveraw sal-Golgota, li nesperimentaw il-feriti tad-dubji u taċ-ċaħda, li nifirħu fil-meravilja u s-sbuħija tal-ġrajja tal-Għid sal-manifestazzjoni tal-Pentekoste u tal-evanġelizzazzjoni tal-ġnus: dawn huma tappi ta’ fedeltà feliċi, għaliex jittrattaw dwar  l-iżvujtar tagħna nfusna esperjenzat tul ħajjitna kollha, anke fis-sinjal tal-martirju, u anke fis-sehem tagħna fil-ħajja ta’ Kristu rxuxtat. “U huwa mis-Salib, l-att suprem tal-ħniena u tal-imħabba, li aħna nerġgħu nitwieldu bħala ħolqien ġdid” (Gal 6:15). (36)

Fil-post teologali li fih Alla, filwaqt li juri lilu nnifsu lilna, jurina wkoll lilna nfusna, il-Mulej jitlobna sabiex nergħu mmorru nfittxu, fides quaerens: Fittex bil-ħerqa s-sewwa, il-fidi, l-imħabba u s-sliem flimkien ma’ dawk li jsejħu ’l-Mulej b’qalb safja (2Tim 2, 22)

Il-pellegrinaġġ interjuri jibda b’talba. “L-ewwel nett, id-dixxiplu jrid ikun mal-Imgħallem, biex jisimgħu u jitgħallem minnu.  Dan jgħodd dejjem u jgħodd għal kull mument ta’ ħajjitna. […] Jekk f’qalbna m’hemmx il-ħeġġa t’Alla, ta’ mħabbtu, tat-tenerezza tiegħu, kif nistgħu allura aħna, li aħna nidinbin, nimlew b’ħeġġa l-qalb tal-oħrajn”. (37) Dan hu vjaġġ tul ħajjitna kollha, billi fl-umiltà tat-talb l-Ispirtu s-Santu jikkonvinċina mis-Sinjurija ta’ Kristu ġewwa fina. “Il-Mulej isejħilna biex nimxu warajh b’kuraġġ u b’fedeltà. Hu tana rigal kbir billi għoġbu jagħżilna bħala d-dixxipli tiegħu.  Hu jistedinna biex inxandruh bil-ferħ bħal Dak li rxoxta, imma jitlobna sabiex nagħmlu hekk kemm bil-kelma u kemm bl-eżempju ta’ ħajjitna fil-ħajja ta’ kuljum. Il-Mulej hu l-uniku Alla f’ħajjitna, u Hu jistedinna ninżgħu mill-ħafna idoli u naduraw Lilu biss”. (38)

Il-Papa jidentifika t-talb bħala l-għajn li permezz tagħha l-missjoni tagħti l-fortt. “Nikkultivaw d-dimensjoni kontemplattiva anke qalb il-ħafna impejni urġenti u diffiċli tagħna.  U aktar ma l-missjoni titlobna nersqu lejn it-truf tal-eżistenza, akar qalbkom għandha tkun marbuta ma’ dik ta’ Kristu, kollu ħniena u mħabba”. (39)

Li nkunu ma’ Ġesù, jagħti bixra konemplattiva lill-istorja li taf tara u tisma’ kullimkien il-preżenza tal-Ispirtu u, b’mod speċjali, taf tiddixxerni l-preżenza tal-Ispirtu sabiex tgħix iż-żmien bħala żmien t’Alla.  Meta l-ħarsa tal-fidi ma tkunx hemm, “il-ħajja titlef is-sens bil-mod il-mod; wiċċ ħutna jibda jiċċajpar u jkun impossibli li naraw fihom wiċċ Kristu; il-ġrajjiet tal-istorja jibqgħu ambigwi meta t-tama tintilef”. (40)

Il-kontemplazzjoni tagħti lok għall-attitudni profetika. Il-profeta hu dak “li jżomm għajnejh miftuħa u li jisma’ u jgħid il-kliem ta’ Alla; hu persuna ta’ tliet iżmna; il-wegħda tal-passat, il-kontemplazzjoni tal-preżent u l-kuraġġ li jindika l-mogħdija lejn il-futur”.  (41)

 

 

Il-fedeltà fid-dixxipulat sseħħ u tintwera permezz tal-esperjenza tal-komunità, realtà teoloġika li fiha aħna msejħin biex insostnu lil xulxin fl-“Iva” hienja tagħna għall-Vanġelu. “Hi l-Kelma t’Alla li tispira lill-fidi, tmantniha u tagħtiha s-saħħa.  Hi l-Kelma t’Alla li tmiss il-qalb, tikkonvertiha lejn Alla u għal-loġika tiegħu li hi tant differenti minn tagħna.  Hi l-Kelma t’Alla li ġġedded kontinwament il-komunitajiet tagħna”. (42)

Għalhekk il-Papa jistedinna sabiex inġeddu l-vokazzjoni tagħna u nimlewha bil-hena u bil-ħeġġa, sabiex it-tisħiħ tal-imħabba ikun proċess kontinwu – “timmatura, timmatura u timmatura” (43) – fi żvilupp permanenti li fih l-‘Iva’ tagħna għar-rieda t’Alla tgħaqqad flimkien ir-rieda, l-intellett u s-sentiment.  “L-imħabba qatt ma ssib it-tmiem tagħha jew tħossha sħiħa; matul il-ħajja hi tinbidel u timmatura, u għalhekk  tibqa’ fidila lejha nnifisha” (44)

 

 

 

FARRĠU, FARRĠU LILL-POPLU TIEGĦI

Farrġu, farrġu lill-poplu tiegħi,

jgħid Alla tagħkom.

Kellmu lil qalb Ġerusalemm.

 

 

Nisimgħu

 

7. Bl-użu tal-istess xeħta stilistika li tidher ukoll aktar ’il quddiem fit-test (ara Is 51:17; 52:1 : Stenbaħ, Stenbaħ!), l-orakli tat-tieni parti ta’ Isaija (Is 40-55) jagħmlu supplika sabiex Alla jidħol għal Iżrael fl-eżilju, magħluq fih innifsu  fil-vojt ta’  memorja falluta.  Il-kuntest storiku jappartjeni, b’mod ċar, għall-fażi tal-eżilju fit-tul tal-poplu f’Babilonja (587-538 Q.K.) bl-umiljazzjoni li dan ġab miegħu u s-sens ta’ nuqqas ta’ ħila biex il-poplu jaħrab minnu.  Madankollu, it-tifrik tal-Imperu Assirjan taħt il-pressjoni tal-qawwa ġdida tal-Persjani, immexxija mill-istilla naxxenti Ċiru, jagħti x’jifhem lill-profeta li l-ħelsien dalwaqt kien se jseħħ bla mistenni.  U hekk ġara.  Il-profeta, immexxi mill-ispirazzjoni t’Alla, ħabbar din il-possibbiltà, billi interpreta l-iżvilupp politiku u militari bħala azzjoni mmexxija b’mod misterjuż minn Alla, permezz ta’ Ċiru, u ddikjara li l-ħelsien kien fil-qrib u li dalwaqt kienu se jitilqu lura lejn art missirijiethom.    

Il-kliem li Isaija juża: Farrġu ... kellmu lill-qalb, niltaqgħu magħhom ta’ spiss fit-Testment il-Qadim, u għandhom valur partikulari dawk id-drabi fejn niltaqgħu ma’ taħdidiet mimlija tenerezza u għożża.  Bħal meta Rut tinduna li Bogħaż kien  farraġha u kellem lil qalbha.  (ara Rt 2:12).  Jew inkella fis-silta famuża ta’ Hosegħa li jħabbar lil martu (Gomer) li se jeħodha fid-deżert u jkellem lil qalbha (ara Hos 2: 16-17) għal żmien ġdid ta’ fedeltà.  Hemm ukoll, madankollu, anke paralleli oħrajn simili: bħad-djalogu ta’ Sikem, bin Ħamor, li jieħu grazzja ma’ Dina (ara Ġen 34:1-5) jew dak tal-Levita ta’ Efraim li jitkellem mal-konkubina li kienet ħallietu (ara Imħ 19:3).

Dan hu lingwaġġ li għandu jiġi interpretat fil-kuntest tal-imħabba.  Għalhekk, l-azzjoni u t-taħdit flimkien, li huma kemm delikati kif ukoll inkoraġġanti, ifakkruna fir-rabtiet intensi u emozzjonali ta’ Alla, l-‘għarus’ ta’ Iżrael.  Dan il-faraġ għandu jkun epifanija ta’ għotja reċiproka, logħba ta’ empatija intensa, kommozzjoni u rabta essenzjali. Għalhekk, mhux paroli superfiċjali u banali, imma ħniena u interess profond, tagħniqa li tagħti s-saħħa u akkompanjament paċenzjuż fl-għarfien mill-ġdid ta’ mogħdijiet fidili.

 

 

Inwasslu t-tagħniqa t’Alla

8. “Il-bnedmin illum żgur li għandhom bżonn tal-kliem, imma aktar għandhom bżonn li aħna nagħtu xhieda tal-ħniena u t-tenerezza tal-Mulej li jsaħħnu l-qalb, ikebbsu t-tama mill-ġdid u jiġbdu lill-bnedmin lejn it-tajjeb. X’ferħ hu dak li twassal il-faraġ lill-oħrajn!” (45)

Papa Franġisku jafda din il-missjoni f’idejn irġiel u nisa kkonsagrati: li jiskopru lill-Mulej li jfarraġ bħalma tfarraġ omm, u li jfarrġu l-poplu t’Alla.

Is-servizz fi ħdan il-Knisja ġej mill-ferħ tal-laqgħa mal-Mulej u mis-sejħa tiegħu.  Din il-missjoni għandha l-iskop li twassal il-faraġ t’Alla lill-irġiel u lin-nisa ta’ żmienna, li wieħed jagħti xhieda tal-ħniena tiegħu. (46)

Skont Ġesù, il-faraġ hu rigal tal-Ispirtu, il-Paraklitu, il-Konsolatur li jfarraġna fit-tribulazzjonijiet tagħna u li jqajjem fina t-tama li ma tiddiżappuntax.  B’dan il-mod il-konsolazzjoni Nisranija ssir faraġ, inkoraġġiment u tama.  Hi l-preżenza attiva tal-Ispirtu (ara Ġw 14:16-17), il-frott tal-Ispirtu.  U l-frott tal-Ispirtu huma l-imħabba, l-hena, is-sliem, is-sabar, il-ħniena, it-tjieba, il-fidi, il-ħlewwa u r-rażan. (Gal 5: 22)

F’dinja mimlija nuqqas ta’ fiduċja, skuraġġiment u dipressjoni, f’kultura fejn l-irġiel u n-nisa jinsabu maqbudin fil-fraġilità u d-dgħufija, l-individwaliżmu u l-interess personali, aħna qed niġu mitluba nintroduċu t-twemmin li l-veru hena hu possibbli, twemmin f’tama fattibbli li ma tiddependix biss mit-talent, mis-superjorità u mill-għerf, imma minn Alla.  Kulħadd għandu l-possibbiltà li jiltaqa’ miegħu, jekk ifittxuh b’qalb sinċiera. 

L-irġiel u n-nisa ta’ żmienna qed jistennew kliem ta’ faraġ, id-disponibbiltà tal-maħfra u tal-ferħ tassew.  Aħna qed niġu mitluba li nwasslu lil kulħadd t-tagħniqa t’Alla, ta’ dak Alla li jersaq lejna bl-istess tenerezza ta’ omm – lejna, nisa u rġiel ikkonsagrati, sinjali tal-milja tal-umanità, li niffaċilitaw u mhux nikkontrollaw il-grazzja, (47) li ninsabu milwija f’ġest ta’ konsolazzjoni. 

It-Tenerezza hi tajba għalina

9. Billi aħna xhieda ta’ komunjoni lil hinn minn ħarsitna u mil-limiti tagħna, aħna mitluba nilbsu t-tbissima t’Alla.  Il-komunità hi l-ewwel vanġelu u l-aktar wieħed li jitwemmen li aħna nistgħu nippridkaw.  Aħna qed inkunu mitluba numanizzaw il-komunità tagħna.  “Ħudu ħsieb il-ħbiberija ta’ bejnietkom, il-ħajja tal-familja, l-imħabba ta’ bejnietkom.  Jalla l-monasteru ma jkunx Purgatorju imma familja.  Hemm u għad ikun hemm il-problemi, imma bħal f’familja, bl-imħabba, fittxu soluzzjoni permezz tal-imħabba; teqerdux din biex issolvu dak; tidħlux f’kompetizzjonijiet.  Ħudu ħsieb il-ħajja komunitarja għaliex, meta fil-ħajja tal-komunità jiġri hekk, bħal f’familja, huwa l-istess Spirtu s-Santu li jkun f’nofs il-komunità. […] U dejjem b’qalb kbira.  Tintrabtu ma xejn, tiftaħrux, ħudu paċenzja b’kollox, tbissmu mill-qalb. U dan hu sinjal tal-ferħ”. (48)

Il-ferħ jikkonsolida ruħu fl-esperjenza tal-komunità, dak l-ispazju teoloġiku fejn kull individwu hu responsabbli għall-fedeltà tiegħu lejn il-Vanġelu u għat-tkabbir ta’ kulħadd.  Meta komunità titmantna mill-istess Ġisem u Demm ta’ Ġesù, hi tinġabar madwar l-Iben t’Alla sabiex taqsam flimkien miegħu l-mixja tal-fidi, immexxija mill-Kelma.  Hi ssir ħaġa waħda miegħu, flimkien fil-komunjoni, filwaqt li, mimlija kuraġġ, tgħix id-don tal-imħabba u ċ-ċelebrazzjoni festiva fil-ħelsien u l-ferħ.

“Komunità mingħajr ferħ hi komunità li qiegħda tmut. […] Komunità għanja fil-ferħ hi rigal ġenwin li jingħata mill-Għoli lill-aħwa li jafu kif jitolbu għal dan ir-rigal u li jafu jaċċettaw lil xulxin, filwaqt li jimpenjaw lilhom infushom għall-ħajja komunitarja mimlijin fiduċja fil-ħidma tal-Ispirtu”. (49)

F’dan iż-żmien meta t-tifrik jiġġustifika t-tixrid ta’ individwaliżmu sterili u meta d-dgħufija fir-relazzjonijiet tkisser u teqred r-rispett lejn il-persuna umana, aħna qegħdin inkunu mistiedna sabiex numanizzaw ir-relazzjonijiet komunitarji, ninkoraġġixxu l-komunjoni tal-qalb u tal-ispirtu fis-sens tal-Vanġelu, għaliex “hemm komunjoni ta’ ħajja fost dawk kollha li huma ta’ Kristu.  Hi komunjoni li ġejja mill-fidi” li tagħmel “lill-Knisja, fil-verità l-aktar profonda tagħha, komunjoni m’Alla, intimità m’Alla, komunjoni ta’ mħabba ma’ Kristu u mal-Missier fl-Ispirtu s-Santu, u li testendi fl-komunjoni fost l-aħwa”. (50)

Għal Papa Franġisku, is-sinjal tal-fraternità hi t-tenerezza, “tenerezza Ewkaristika”, għaliex “it-tenerezza hi tajba għalina lkoll”.  Il-fraternità għandha “poter enormi li ssejjaħ lill-bnedmin flimkien. […] Il-fraternità, bid-diversità kollha possibbli tagħha, hi esperjenza ta’ mħabba li tmur lil hinn mill-kunflitti”. (51)

Il-qrubija bħala s-sieħba tagħna

10.  Aħna qed niġu mitluba nagħmlu esodu minna nfusna, u nitilqu għal għonq it-triq tal-adorazzjoni u tas-servizz. (52) “Irridu noħorġu minn dak il-bieb u nfittxu li niltaqgħu man-nies!  Irid ikollkom il-kuraġġ li tmorru kontra l-kurrent ta’ din il-kultura ta’ effiċjenza, din il-kultura tal-ħela.  Li tiltaqgħu u li tilqgħu lil kulħadd, li turu solidarjetà u fraternità: dawn huma dawk l-elementi li jagħmlu lis-soċjetà tagħna tassew umana. Kunu qaddejja tal-komunjoni u tal-kultura tal-laqgħat! Irridkom tkunu kważi ossessjonati b’dan. Kunu hekk mingħajr ma tkunu prużuntużi.” (53)

“Il-fantażma li rridu niġġieldu hu x-xbieha tal-ħajja reliġjuża meqjusa bħala ħarba u bħala konsolazzjoni minn dinja ‘esterna’ diffiċli u kumplessa”. (54)  Il-Papa jħeġġiġna “nitilqu mill-bejta”, (55) biex ngħixu l-ħajja tal-irġiel u n-nisa ta’ żminijietna, li nagħtu lilna nfusna lil Alla u lil għajrna. 

“Il-ferħ ġej mill-ispontanjetà tal-laqgħa! […] U l-ferħ tal-laqgħa miegħu u mas-sejħa tiegħu ma jwassalx biex wieħed jingħalaq fih innifsu, imma li jinfetaħ; iwassal għas-servizz fi ħdan il-Knisja.  San Tumas qal: bonum est diffusivum sui.  It-tajjeb jinxtered.  U l-ferħ jinxtered ukoll.  Tibżgħux turu l-ferħ tagħkom talli weġibtu għas-sejħa tal-Mulej, talli weġibtu għall-għażla tiegħu tal-imħabba u talli qegħdin tagħtu xhieda tal-Vanġelu tiegħu fis-servizz lill-Knisja.  U l-ferħ, il-ferħ veru, hu kontaġjuż; hu ferħ li jittieħed ... u jimbotta lil dak li jkun biex jimxi ’l quddiem”. (56)

Quddiem din ix-xhieda kontaġjuża ta’ ferħ, serenità, fertilità, it-testimonjanza ta’ tenerezza u ta’ mħabba, karità umli, bla arroganza, ħafna nies iħossu l-bżonn li “ jiġu u jaraw”. (57)

Papa Franġisku indika ħafna drabi it-triq tal-attrazzjoni, tal-kuntaġju, it-triq li twassal sabiex il-Knisja tikber, it-triq għal evanġelizzazzjoni ġdida. “Il-Knisja trid tattira.  Qajmu lid-dinja! Kunu xhieda ta’ mod differenti kif taġixxu, kif tgħixu! Hu possibli li tgħixu b’mod differenti f’din id-dinja. […] Hi din ix-xhieda li jien nistenna minnkom”. (58)

Meta qed jafdalna l-inkarigu li inqajmu lid-dinja, Papa Franġisku qiegħed iħeġġiġna sabiex nersqu lejn l-istejjer tal-irġiel u nisa tal-lum, fid-dawl ta’ żewġ kategoriji pastorali li għandhom l-għeruq tagħhom fit-tiġdid tal-Vanġelu: il-qrubija u l-inkontru, żewġ modi li permezz tagħhom Alla wera lilu nnifsu matul l-istorja sal-Inkarnazzjoni. 

Bħal Ġesù mad-dixxipli tiegħu, fi triqitna lejn Għemmaws aħna rridu nilqgħu bħala akkumpanjament  ta’ kuljum il-ferħ u n-niket tal-poplu, nagħtuhom ‘żelu għall-qalb’, (59) filwaqt li b’tenerezza nieħdu ħsieb l-għajjiena u d-dgħajfa, sabiex il-vjaġġ tagħna flimkien ikollu d-dawl u t-tifsira fi Kristu. 

Il-vjaġġ tagħna flimkien “jimmatura f’paternità pastorali, f’maternità pastorali, u meta saċerdot ma jkunx missier għall-komunità tiegħu, meta soru ma tkunx omm għal dawk kollha li magħhom taħdem, dawn jitnikktu.  Din hi l-problema.  Għalhekk ngħidilkom: l-għerq tan-niket fil-ħajja pastorali hu preċiżament in-nuqqas ta’ paternità jew ta’ maternità li tiġi milli wieħed jgħix ħażin din il-konsagrazzjoni, li suppost għandha twassalna għall-fertilità”. (60)

 

Imħabba bla sabar

11. Bħala simboli ħajjin tal-maternità u tal-qrubija tal-Knisja, aħna għandna mmorru għand dawk li qegħdin jistennew il-Kelma ta’ konsolazzjoni u ninkinaw lejhom b’imħabba materna u spirtu patern lejn il-foqra u d-dgħajfa.

Il-Papa jistedinna sabiex ma nipprivatizzawx l-imħabba, imma bin-nuqqas ta’ sabar li jkollu minn ikun ifittex xi ħaġa, “ infittxu bla waqfien it-tajjeb fl-ieħor, fil-persuna maħbuba”. (61)

Il-kriżi tat-tifsira tal-persuna moderna u l-krizi morali u ekonomika tas-soċjetà tal-Punent u tal-istituzzjonijiet tagħha mhumiex fenomeni temporanji taż-żminijiet li fihom qegħdin ngħixu, imma jindikaw mument storiku ta’ importanza straordinarja.  Issa ninsabu msejħin, bħala Knisja, biex noħroġu barra sabiex jirnexxilna naslu fil-periferiji grafiċi, urbani u eżistenzjali – il-periferiji tal-misteru tad-dnub, tal-uġigħ, tal-inġustizzja u tal-miżerja – lejn il-postijiet moħbija tar-ruħ fejn kull persuna tesperjenza l-ferħ u l-uġigħ tal-ħajja. (62)

“Qegħdin ngħixu f’kultura ta’ kunflitt, kultura ta’ tifrik, kultura tal-ħela  […].  Is-sejba ta’ xi vagabond li miet bil-ksieħ mhix aħbar”.  Madankollu, il-faqar għalina hu kategorija teoloġika, “għaliex Alla tagħna, l-Iben t’Alla, baxxa lilu nnifsu, għamel lilu nnifsu fqir biex jimxi fit-triq magħna. […] Knisja fqira għall-foqra tibda billi tersaq lejn il-ġisem ta’ Kristu. Jekk nersqu lejn il-ġisem ta’ Kristu, nibdew nifhmu xi ħaġa, nifhmu fil-fatt fiex jikkonsisti dan il-faqar, il-faqar tal-Mulej”. (63)  Li wieħed jesperjenza f’ħajtu l-beatitudni tal-fqar ifisser li jkun sinjal li d-diqa tas-solitudni u tal-limitazzjoni jkunu ntrebħu mill-ferħ tal-persuna li hi tassew libera fi Kristu u li tgħallmet kif tħobb. 

Waqt iż-żjara pastorali tiegħu f’Assisi, lil Papa Franġisku staqsewh minn xiex għandha titneżża’ l-Knisja. Hu wieġeb: “Minn kull azzjoni li mhix għal Alla, li mhix t’Alla; għandha tinża’ mill-biża’ li tiftaħ il-bibien u li toħroġ tiltaqa’ ma’ kulħadd, speċjalment mal-ifqar fost il-fqar, ma’ dawk l-aktar fil-bżonn, l-aktar imbiegħda, bla ma tistenna aktar.  Ċertament, dan m’għandhiex tagħmlu biex tintilef fin-nawfraġju tad-dinja, imma biex twassal b’kuraġġ id-dawl ta’ Kristu, id-dawl tal-Vanġelu, anke fid-dlam, fejn xejn ma jidher, fejn wieħed jista’ jitfixkel.  Hi għandha tinża’ mit-trankwillità apparenti li jagħtu l-istrutturi, li, għalkemm  neċessarji u importanti, m’għandhom jaħbu qatt il-qawwa vera li hi ġġorr ġewwa fiha: dik ta’ Alla.  Hu huwa l-qawwa tagħna!” (64)

Dan il-kliem jinstema’ bħala stedina għalina “sabiex ma nibżgħux mit-tiġdid li l-Ispirtu s-Santu jaħdem ġewwa fina, sabiex ma nibżgħux mit-tiġdid tal-istrutturi.  Il-Knisja hi libera. Hi tinsab f’idejn l-Ispirtu s-Santu. Dan hu dak li jgħallimna Ġesù fil-Vanġelu: il-ħelsien li għandna bżonn biex insibu dejjem fit-tiġdid tal-Vanġelu f’ħajjitna u fl-istrutturi, il-ħelsien li nagħżlu damiġġani ġodda għal dan it-tiġdid”. (65)  Aħna mistiedna nkunu nisa u rġiel qalbiena, nisa u rġiel tal-fruntiera: “Tagħna mhix fidi tal-laboratorju, imma fidi tal-vjaġġ, fidi storika. Alla wera lilu nnifsu bħala storja, u mhux bħala ġabra ta’ veritajiet astratti. […] Ma tistax iġġib il-fruntiera d-dar, imma trid tmur tgħix fuq il-fruntiera u tkun qalbieni.” (66)

Barra l-isfida tal-beatitudni tal-fqar, il-Papa jistedinna nżuru l-fruntieri tal-ħsieb u tal-kultura, biex nippromwovu d-djalogu, anke f’livell akkademiku, biex nagħtu r-raġunijiet għat-tama fuq bażi ta’ kriterji etiċi u spiritwali, filwaqt li nistaqsu lilna nfusna dwar x’inhu tajjeb.  Il-Fidi qatt ma tirristrinġi l-ispazju għar-raġuni, imma tiftaħha għal viżjoni  ħolistika tal-persuna umana u tar-realtà, u tiddefendiha mill-periklu li l-persuna umana tiġi ridotta għal “materjal uman”. (67)

Il-kultura awtentika, li tintalab bla hedu taqdi l-umanità fil-kundizzjonijiet kollha tagħha, tifaħ mogħdijiet mhux esplorati, tiftaħ bibien biex it-tama tkun tista’ tieħu nifs, tqawwi t-tifsira tal-ħajja u tħares il-ġid komuni. Proċess kulturali awtentiku “jippromwovi umaniżmu integrali u l-kultura tal-inkontru u tar-relazzjoni: dan hu l-mod Kristjan biex nippromwovu l-ġid komuni, il-ferħ tal-għejxien.  Hawnhekk jersqu lejn xulxin il-fidi u r-raġuni, id-dimensjoni reliġjuża bl-aspetti varji tal-kultura umana – l-arti, ix-xjenza, ix-xogħol, il-letteratura....”. (68)  Riċerka kulturali awtentika tiltaqa’ mal-istorja u tiftaħ toroq għat-tiftix ta’ wiċċ Alla. 

L-imkejjen fejn l-għerf jiġi żviluppat u kkomunikat huma wkoll l-imkejjen fejn tinħoloq kultura ta’ qrubija, tal-inkontru u tad-djalogu, li tbaxxi d-difiżi, tiftaħ il-bibien u tibni l-pontijiet. (69)

GĦAR-RIFLESSJONI

12.   Bħala sistema globali kumplessa li magħha ninsabu lkoll marbuta, fejn ebda tradizzjoni lokali ma tista’ taspira li timmonopolizza l-verità, fejn it-teknoloġiji jaffettwaw lil kulħadd, id-dinja l-ħin kollu tisfida lill-Vanġelu u lil dawk li jiffurmaw ħajjithom skont il-Vanġelu. 

F’dan il-proċess storiku, Papa Franġisku qiegħed joħloq, permezz ta’ għażliet u modi ta’għajxien, ermenewtika ħajja ta’ djalogu bejn Alla u d-dinja. Hu jintroduċina għal stil ta’ għerf li għandu għeruqu fil-Vanġelu u fl-eskatoloġija umana, li jinterpreta l-pluraliżmu, ifittex il-bilanċ u jistedinna li niffaċilitaw il-ħila li nkunu responsabbli għall-bidla ħalli l-verità tal-Vanġelu tkun tista’ titwassal aħjar, waqt li aħna nimxu “fil-limiti tal-lingwa u taċ-ċirkustanzi”. (70) Konxji minn dawn il-limiti, kull wieħed u waħda minna jsir “dgħajjef mad-dgħajfin ... kollox ma’ kulħadd” (1Cor 9:22).

Qegħdin inkunu mistiedna biex nippromwovu dinamika ġenerattiva,  u mhux biss amministrattiva, sabiex inħaddnu l-ġrajjiet spiritwali preżenti fil-komunitajiet tagħna u fid-dinja, movimenti u grazzja li l-Ispirtu jħaddem f’kull persuna individwali, meqjusa bħala persuna.  Qegħdin inkunu mistiedna nimpenjaw ruħna ħalli nżarmaw mudelli bla ħajja, ħalli niddeskrivu l-persuna umana bħala mmarkata minn Kristu, li qatt mhu rrivelat għal kollox fil-kliem u l-azzjoni. 

Papa Franġisku jistedinna għal għerf li għandu jintwera b’konsistenza flessibbli, il-ħila tal-persuni kkonsagrati li jwieġbu skont il-Vanġelu, li jaġixxu u li jagħżlu skont il-Vanġelu, bla ma jintilfu qalb l-isferi diversi tal-ħajja, tal-lingwa u tar-relazzjonijiet.  Fl-istess waqt għandhom iżommu quddiem għajnejhom l-għarfien tar-responsabbiltà, tas-sistemi kumplessi li jorbtuna flimkien, tal-finitudni tal-limiti tagħna, u ta’ numru infinit ta’ modi li bihom il-ħajja tesprimi ruħha.  Qalb missjunarja hi qalb li għarfet il-ferħ tas-salvazzjoni ta’ Kristu u li taqsamha ma’ ħaddieħor bħala konsolazzjoni: “[Din il-qalb] tagħraf li kibret fl-għarfien tagħha tal-Vanġelu u tinsab tiddixxerni l-mogħdijiet tal-Ispirtu, u hekk dejjem tagħmel il-ġid li tista’, anke jekk f’dan il-proċess, tħammeġ iż-żarbun tagħha bit-tjun tat-toroq.” (71)

Ejjew nilqgħu dan l-inkoraġġiment li l-Papa qiegħed joffrilna ħalli naraw lilna nfusna  u lid-dinja bl-għajnejn ta’ Kristu u nibqgħu naħsbu fuq dan.

 

Mistoqsijiet minn Papa Franġisku

Irrid ngħidilkom kelma waħda u din il-kelma hi “ferħ”.  Kull fejn hemm persuni kkonsagrati, seminaristi, nisa u rġiel reliġjużi, żagħżagħ, hemm issib il-ferħ, dejjem hemm il-ferħ! Dan hu l-ferħ ta’ arja friska, il-ferħ li wieħed jimxi wara Ġesù; il-ferħ li jagħtina l-Ispirtu s-Santu mhux il-ferħ tad-dinja.  Hemm il-ferħ! Imma – dan il-ferħ minn fejn ġej? (72)

Ħares fil-fond ta’ qalbek, ħares fil-profondità interjuri tiegħek u staqsi lilek innifsek: għandek qalb li tixtieq xi ħaġa kbira, jew qalb li tħannet mill-affarijiet biex torqod? Qalbek żammet dak in-nuqqas ta’ sabar tat-tiftix jew ħallejtha tifga mill-affarijiet li jispiccaw biex webbsuha?  Alla qiegħed jistenniek, qiegħed ifittxek: x’se twieġeb? Indunajt b’din is-sitwazzjoni ta’ ruħek? Jew irqadt? Temmen li Alla qiegħed jistenniek jew għalik din il-verità hi biss “paroli”? (73)

Aħna vittmi ta’ din il-kultura tat-temporanju. Irridkom taħsbu dwar dan: kif nista’ nkun ħieles, kif nista’ neħles minn din il-“kultura tat-temporanju”? (74)

Din hi responsabbiltà primarja tal-adulti kollha, tal-formaturi: li jagħtu eżempju tal-konsistenza lil dawk l-aktar żgħar.  Aħna rridu żagħżagħ konsistenti? Aħna konsistenti? Għall-kuntarju, il-Mulej jgħidilna dak li qal lill-Poplu t’Alla dwar il-Fariżej: “Għamlu dak li jgħidulkom imma tagħmlux bħalhom!”  Konsistenza u awtentiċità! (75)

Nistgħu nistaqsu lilna nfusna: jien anzjuż għal Alla, anzjuż li nxandru, li nagħmlu magħruf?  Jew qed inħalli li jiġbidni dak il-materjaliżmu spiritwali li jġiegħel lin-nies jagħmlu minn kollox għall-imħabba tagħhom infushom? Aħna l-bnedmin ikkonsagrati naħsbu fl-interessi personali tagħna, f’kemm dak li nagħmlu qiegħed jaħdem, fil-karrieri tagħna?  Nistgħu naħsbu f’bosta ħwejjeġ ... Jien, biex ngħid hekk, għamilt lili nnifsi ‘ komdu’ fil-ħajja Nisranija tiegħi, fil-ħajja saċerdotali tiegħi, fil-ħajja reliġjuża tiegħi, kif ukoll fil-ħajja komunitarja tiegħi?  Jew għad għandi dik il-qawwa bla sabar għal Alla, għall-Kelma tiegħu li ġġagħalni ‘noħroġ” minni nnifsi biex nersaq lejn l-oħrajn? (76)

Aħna nħossu n-nuqqas ta’ sabar tal-imħabba? Nemmnu fl-imħabba għal Alla u għall-oħrajn? Jew dan ma jinteressaniex? Mhux b’mod astratt, mhux bil-paroli, imma l-ħija veru li nitaqgħu miegħu, l-oħti li tinsab ħdejja!  Inħossuna kommossi mill-ħtiġijiet tagħhom jew nibqgħu magħluqa fina nfusna, fil-komunitajiet tagħna li ħafna drabi huma għalina “komunitajiet komdi”? (77)

Din hi triq sabiħa, triq sabiħa li jwassal għall-qdusija! Tidħadditx ħażin fuq l-oħrajn. “Imma Father, hemm il-problemi...” Għid lis-superjur jew lis-superjura tiegħek, għid lill-Isqof, li jista’ jirranġahom. Tgħidx lil persuna li ma tistax tgħin. Dan hu importanti: il-fraternità! Imma għidli, int titkellem ħażin dwar ommok, dwar missierek, dwar ħutek? Qatt. Allura għaliex tagħmel hekk fil-ħajja kkonsagrata, fis-seminarju, fil-ħajja saċerdotali tiegħek? Dan biss: aħsbu, aħsbu.... Fraternità! Din hi l-imħabba fraterna. (78)

F’riġlejn is-salib, Marija hi fl-istess ħin il-mara tad-dulur u tal-istennija għassiesa ta’ misteru, ferm akbar min-niket, li kien qiegħed iseħħ dak il-ħin.  Kien donnu li kollox intemm; wieħed seta’ jgħid li kull tama kienet intfiet.  Hi wkoll, f’dak il-mument, waqt li kienet qiegħda tiftakar fil-wegħdi tat-Tħabbira, setgħet tgħid: ma seħħewx, mort imqarrqa.  Imma hi ma qaletx hekk. U allura hi, li kienet imbierka għaliex emmnet, tara twarrad mill-fidi tagħha futur ġdid u tistenna l-għada t’Alla b’ħerqa.  Xi drabi naħseb: aħna nafu kif nistennew għal għada t’Alla?  Jew irriduh illum?  Għaliha l-għada ta’ Alla hu ż-żerniq tal-għodwa tal-Għid, iż-żerniq tal-ewwel jum tal-ġimgħa.  Jagħmlilna tajjeb jekk naħsbu, f’kontemplazzjoni, dwar it-tħaddina tal-omm ma’ binha.  L-uniku musbieħ mixgħul fuq il-qabar ta’ Ġesù kienet it-tama tal-omm li f’dak il-waqt kienet it-tama tal-umanità kollha.  Jien nistaqsi lili nnifsi u nistaqsi lilkom: dan il-musbieħ għadu jixgħel fil-monasteri? Fil-monasteri tagħkom, qegħdin tistennew għal għada t’Alla? (79)

In-nuqqas ta’ sabar tal-imħabba hu dejjem inċentiv biex wieħed jersaq lejn għajru, bla ma jistenna li għajru jurih x’għandu bżonn.  In-nuqqas ta’ sabar tal-imħabba jagħtina d-don ta’ effettività b’saħħitha, u aħna rridu nistaqsu lilna nfusna, kull wieħed u waħda minna: l-effettività spiritwali tiegħi hi b’saħħitha, l-appostolat tiegħi qiegħed jagħti frott? (80)

Fidi awtentika dejjem tinvolvi xewqa profonda li nbiddlu d-dinja. Hawn hi l-mistoqsija li rridu nagħmlu lilna nfusna: aħna għandna viżjoni kbira u forza qawwija?  Barra dan, aħna kuraġġjużi?  Il-ħolm tagħna jtir fil-għoli? Il-ħeġġa fnietna? (ara S 69:10) Jew aħna nies medjokri  u sodisfatti bil-programmi appostoliċi tagħna magħmula fil-laboratorju? (81)

 

Is-Sliema Għalik, Omm il-Ferħ

13. Ifraħ, mimlija bil-grazzja (Lq 1:13) “it-tislima tal-anġlu lil Marija hi stedina għall-ferħ, għal ferħ profond, li jħabbar it-tmiem tan-niket […] Hi tislima li timmarka l-bidu tal-Vanġelu, l-Aħbar it-Tajba”. (82)

Ma’ Marija, il-ferħ jikber.  L-Iben li ġarret f’ġufha hu Alla tal-ferħ, tal-ferħ li jittieħed u li jinvolvi.  Marija tiftaħ beraħ il-bibien ta’ qalbha u tħaffef għal għand Eliżabetta.

“Ferħana fit-twettiq tax-xewqat tagħha, sensittiva fid-dmir tagħha, u ħosbiena fil-ferħ tagħha, hi tħaffef lejn il-muntanja. Lejn fejn, jekk mhux lejn il-quċċata, għandha tħaffef b’tant premura, dik li diġà kienet mimlija b’Alla?” (83)

Hi marret tħaffef (Lq 1:39) biex twassal l-aħbar ta’ ferħ lid-dinja, biex tieħu dak il-ferħ bla tarf li kellha f’ġufha: Ġesù, il-Mulej.  Tħaffef: ma marritx biss bil-ħeffa.  Nisimgħu bl-għaqal tagħha, bil-premura li biha titlaq għall-vjaġġ, bl-entużjażmu tagħha. 

Ara, jiena l-qaddejja tal-Mulej (Lq 1:38).  Il-qaddejja tal-Mulej tmur tiġri b’ħeffa kbira biex issir il-qaddejja tal-poplu kollu.

F’Marija, hemm il-Knisja kollha li tivvjaġġa flimkien: fl-imħabba ta’ dawk li jersqu lejn dawk l-aktar dgħajfa; fit-tama ta’ dawk li jafu li se jkunu akkumpanjati fil-vjaġġ tagħhom u fil-fidi ta’ dawk li għandhom don speċjali x’jaqsmu mal-oħrajn.  F’Marija kull wieħed u waħda minna, immexxija mir-riħ tal-Ispirtu, inwettqu l-vokazzjoni tagħna li nersqu lejn l-oħrajn!

 

 

Kewkba tal-evanġelizzazzjoni l-ġdida

Għinna niddu

Fix-xhieda tagħna ta’ komunjoni,

Ta’ servizz, ta’ fidi mħeġġa u ġeneruża,

Ta’ ġustizzja u ta’ mħabba għall-foqra,

Sabiex il-ferħ tal-Vanġelu

Jitwassal sa truf l-art,

U jdawwal anke t-trufijiet tad-dinja.

Omm tal-Vanġelu ħaj,

Għajn tal-hena għaċ-ċkejknin t’Alla,

Itlob għalina.

Ammen, Allelulja! (84)

 

 

 

 

Ruma, 2 ta’ Frar, 2014

Festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej

 

João Braz Card. de Aviz

Prefett            

                                                           

                                                                                    José Rodríguez Carballo, O.F.M.

                                                                                                Arċisqof Segretarju

 

 

_____________________

 

 

 

 

(1) FRANCESCO, Esortazione apostolica Evangelii gaudium (24 ta’ Novembru 2013), LEV, Città del Vaticano 2013, n. 1.

(2) ANTONIO SPADARO, “Svegliate il mondo!”. Colloquio di Papa Francesco con i Superiori Generali, in: La Civiltà Cattolica, 165 (2014/I), 5.

(3) Ara: FRANCESCO, Esortazione apostolica Evangelii gaudium (24 novembre 2013), LEV, Città del Vaticano 2013,n. 47.

(4) FRANCESCO, Annunciate il Vangelo, se serve anche con le parole, bl-espressjoni ta’ San Franġisk, il-Papa jgħaddi il-messaġġ tiegħu liż-żgħażagħ miġbura f’Santa Maria degli Angeli [Incontro con i giovani dell’Umbria, Assisi (Perugia), 4 t’Ottobru 2013], fiL’Osservatore Romano, il-Ħadd, 6 t’Ottobru 2013, CLIII (229), p. 7.

(5) GIOVANNI PAOLO II, Esortazione apostolica postsinodale Vita consecrata (25 ta’ Marzu 1996), n. 27, fiAAS 88 (1996), 377-486. 10

(6) Għal aktar referenza: ara. SANTA TERESA DI GESÙ BAMBINO, Opere complete, LEV - Ed. OCD, Città del Vaticano - Roma, 1997: Manoscritto A, 76vº; B, 1rº; C, 3rº; Lettera 196.

[7] FRANCESCO, Autentici e coerenti, Papa Franġisku jitkellem dwar is-sbuħija tal-konsagrazzjoni [Incontro con i Seminaristi, i Novizi e le Novizie, Roma, 6 ta’ Lulju 2013], fi:L’Osservatore Romano, it-Tnejn – l-Erbgħa, 8-9 ta’ Lulju 2013, CLIII (155), p. 6.

(8) Ibidem.

(9)] FRANCESCO, L’evangelizzazione si fa in ginocchio, Quddiesa mas-seminaristi u n-novizzi fis-Sena tal-Fidi [Omelia per la Santa Messa con i Seminaristi, i Novizi e le Novizie, Roma, 7 ta’ Lulju 2013], fiL’Osservatore Romano, it-Tnejn – l-Erbgħa, 8-9 ta’ Lulju 2013, CLIII (155), p. 7.

(10) FRANCESCO, Autentici e coerenti, Papa Franġisku jitkellem dwar is-sbuħija tal-konsagrazzjoni [Incontro con i Seminaristi, i Novizi e le Novizie, Roma, 6 ta’ Lulju 2013], fi:L’Osservatore Romano, it-Tnejn – l-Erbgħa, 8-9 ta’ Lulju 2013, CLIII (155), p. 6.

(11) FRANCESCO, Discorso ai Partecipanti all’Assemblea Plenaria dell’Unione Internazionale delle Superiore Generali (Roma, 8 ta’ Mejju 2013), fi: AAS 105 (2013), 460-463. 22

(12)] FRANCESCO, Per salire al monte della perfezione, Messaġġ tal-Papa lill-Karmelitani fl-okkażjoni tal-kapitlu ġenerali [Messaggio al Priore Generale dell’Ordine dei Fratelli della Beata Vergine Maria del Monte Carmelo, in occasione del Capitolo Generale, Roma, 22 ta’ Awwissu 2013], fiL’Osservatore Romano, il-Ġimgħa, 6 ta’ Settembru 2013, CLIII (203), p. 7.

(13) FRANCESCO, Autentici e coerenti, Papa Franġisku jitkellem dwar is-sbuħija tal-konsagrazzjoni [Incontro con i Seminaristi, i Novizi e le Novizie, Roma, 6 ta’ Lulju 2013], fi:L’Osservatore Romano, it-Tnejn – l-Erbgħa, 8-9 ta’ Lulju 2013, CLIII (155), p. 6. 9 Ibidem.

(14) Ibidem.

(15) FRANCESCO, Esortazione apostolica Evangelii gaudium (24 ta’ Novembru 2013), LEV, Città del Vaticano 2013, n. 3.

(16) FRANCESCO, Con l’inquietudine nel cuore, ai capitolari agostiniani il-Papa jitlob li wieħed ifittex dejjem lil Alla u lill-oħrajn [Omelia per l’inizio del Capitolo Generale dell’Ordine di Sant’Agostino, Roma, 28 ta’ Awwissu 2013], fiL’Osservatore Romano, il-Ġimgħa, 30 ta’ Awwissu 2013, CLIII (197), p. 8.  

(17) FRANCESCO, Cammini creativi radicati nella Chiesa, Papa Franġisku ma’ ħutu l-Ġiżwiti f’jum it-tifkira ta Sant’ Injazju ta’ Loyola [Omelia alla Santa Messa nella Chiesa del Gesù in occasione della festa di Sant’Ignazio di Loyola, Roma, 31 ta’Lulju 2013], fiL’Osservatore Romano, il-Ġimgħa, 1 ta’ Awwissu 2013, CLIII (175), p. 8. 25

(18) FRANCESCO, Lettera Enciclica Lumen fidei (29 ta’ Ġunju 2013), n. 8, fiAAS 105 (2013), 555-596.

(19) Ivi, n. 9. 

(20) FRANCESCO, Memoria di Dio, waqt il-Quddiesa fi Piazza San Pietro, il-Papa jitkellem dwar il-missjoni tal-katekista [Omelia alla Santa Messa per la giornata dei Catechisti, Roma, 29 ta’ Settembru 2013], fiL’Osservatore Romano, it-Tnejn, 30 ta’ Settembru – l-Erbgħa, 1 t’Ottobru 2013, CLIII (224), p. 7.

(21) FRANCESCO, Discorso ai Partecipanti all’Assemblea Plenaria dell’Unione Internazionale delle Superiore Generali (Roma, 8 maggio 2013), fiAAS 105 (2013), 460-463.

(22) FRANCESCO, Non superuomini ma amici di Dio, l-Angelus tal-Qaddisin Kollha [Angelus, Roma, 1 ta’ Novembru 2013], fi: L’Osservatore Romano, is-Sibt – il-Ħadd 2-3 ta’ Novembru 2013, CLIII (252), p. 8.

(23) GIOVANNI PAOLO II, Esortazione apostolica postsinodale Vita consecrata (25 ta’ Marzu 1996), n. 22, fi: AAS 88 (1996), 377-486.

(24) FRANCESCO, Nei crocevia delle strade, lill-isqfijiet, is-saċerdoti, ir-reliġjużi u s-seminaristi, il-Papa jafda l-missjoni li jibdlu liż-żgħażagħ sabiex ikunu żgħażagħ tal-fidi [Omelia alla Santa Messa con i Vescovi, con i Sacerdoti, i Religiosi e i Seminaristi in occasione della XXVIII Giornata Mondiale della Gioventù, Rio de Janeiro, 27 ta’ Lulju 2013], fi: L’Osservatore Romano, it-Tnejn – l-Erbgħa 29-30 ta’ Lulju 2013, CLIII (173), p. 4.

(25) FRANCESCO, La vocazione dell’essere catechista, il-Papa jħeġġeġna biex ma nibżgħux noħorġu minna nfusna biex immorru niltaqgħu mal-oħrjan [Discorso ai partecipanti al Congresso Internazionale sulla Catechesi, Roma, 27 ta’ Settembru 2013], fiL’Osservatore Romano, il-Ħadd 29 ta’ Settembru 2013, CLIII (223), p. 7.

(26) AMBROGIO, De Isaac et anima, 75: PL 14, 556-557.

(27) FRANCESCO, Esortazione apostolica Evangelii gaudium (24 ta’ Novembru 2013), LEV, Città del Vaticano 2013, n. 265.

(28) Cf. FRANCESCO, Esortazione apostolica Evangelii gaudium (24 ta’ Novembru 2013), LEV, Città del Vaticano 2013, n. 8.

(29) FRANCESCO, La vocazione dell’essere catechista, il-Papa jħeġġeġna biex ma nibżgħux noħorġu minna nfusna biex immorru niltaqgħu mal-oħrjan [Discorso ai partecipanti al Congresso Internazionale sulla Catechesi, Roma, 27 ta’ SettembrU 2013], fi: L’Osservatore Romano, il-Ħadd 29 ta’ Settembre 2013, CLIII (223), p. 7.

(30) FRANCESCO, Cammini creativi radicati nella Chiesa, Papa Francesco con i confratelli gesuiti nel giorno della memoria di Sant’Ignazio di Loyola [Omelia alla Santa Messa nella Chiesa del Gesù in occasione della festa di Sant’Ignazio di Loyola, Roma, 31 luglio 2013], in: L’Osservatore Romano, giovedì 1º agosto 2013, CLIII (175), p. 8.

(31) FRANCESCO, Esortazione apostolica Evangelii gaudium (24 ta’ Novembru 2013), LEV, Città del Vaticano 2013, n. 266.

(32) FRANCESCO, Con l’inquietudine nel cuore, lill-kapitolari Agostinjani, il-Papa jitlobhom ifittxu dejjem lil Alla u lill-oħrajn [Omelia per l’inizio del Capitolo Generale dell’Ordine di Sant’Agostino, Roma, 28 ta’ Awwissu2013], fiL’Osservatore Romano, venerdì 30 agosto 2013, CLIII (197), p. 8.

(33) FRANCESCO, Esortazione apostolica Evangelii gaudium (24 ta’ Novembru 2013), LEV, Città del Vaticano 2013, n. 8.

(34) Ivi, n. 1.

(35) FRANCESCO, Omelia alla Santa Messa con i Cardinali (Roma, 14 ta’ Marzu 2013), fi: AAS 105 (2013), 365-366.

(36) FRANCESCO, L’evangelizzazione si fa in ginocchio, Quddiesa mas-seminaristi u n-novizzi fis-Sena tal-Fidi [Omelia per la Santa Messa con i Seminaristi, i Novizi e le Novizie, Roma, 7 luglio 2013], fiL’Osservatore Romano, it-Tnejn – l-Erbgħa, 8-9 ta’ Lulju 2013, CLIII (155), p. 7.

(37) FRANCESCO, La vocazione dell’essere catechista, Papa jħeġġeġna biex ma nibżgħux noħorġu minna nfusna biex immorru niltaqgħu mal-oħrjan [Discorso ai partecipanti al Congresso Internazionale sulla Catechesi, Roma, 27 ta’ Settembru 2013], fiL’Osservatore Romano, il-Ħadd, 29 ta’ Settembru 2013, CLIII (223), p. 7.

(38) FRANCESCO, Coerenza tra parola e vita, f’San Paolo, il-Papa  jistedinna sabiex inwarrbu l-allat foloz biex naduraw lill-Mulej [Omelia alla celebrazione eucaristica a San Paolo fuori le Mura, Roma, 14 aprile 2013], fiL’Osservatore Romano, it-Tnejn – l-Erbgħa 15-16 t’April 2013, CLIII (88), p. 8.

(39) FRANCESCO, L’evangelizzazione si fa in ginocchio, Quddiesa mas-seminaristi u n-ovizzi fis-Sena tal-Fidi [Omelia per la Santa Messa con i Seminaristi, i Novizi e le Novizie, Roma, 7 luglio 2013], fi: L’Osservatore Romano, it-Tnejn – l-Erbgħa 8-9 ta’ Lulju 2013, CLIII (155), p. 7.

(40) CONGREGAZIONE PER GLI ISTITUTI DI VITA CONSACRATA E LE SOCIETÀ DI VITA APOSTOLICA, Istruzione Ripartire da Cristo. Un rinnovato impegno della vita consacrata nel Terzo Millennio (19 ta’ Mejju 2002), n. 25, fi: Ench Vat 21, 372-510.

(41) FRANCESCO, L’uomo dall’occhio penetrante, meditazione mattutina nella Cappella della Domus Sanctae Marthae (16 ta’ Diċembru 2013), fi: L’Osservatore Romano, it-Tnejn – l-Erbgħa 16-17 ta’ Diċembru 2013, CLIII (289), p. 7.

(42) FRANCESCO, Quell’attrazione che fa crescere la Chiesa, il-laqgħa mas-saċerdoti u r-reliġjużi fil-katidral ta’ San Rufino [Incontro con il Clero, persone di vita consacrata e membri di Consigli Pastorali, Assisi (Perugia), 4 t’Ottobru 2013], fi :L’Osservatore Romano, il-Ħadd, 6 t’Ottobru 2013, CLIII (229), p. 6.

(43) FRANCESCO, Autentici e coerenti, Papa Franġisku jitkellem dwar is-sbuħija tal-konsagrazzjoni [Incontro con i Seminaristi, i Novizi e le Novizie, Roma, 6 ta’ Lulju 2013], fi :L’Osservatore Romano, it-Tnejn – l-Erbgħa, 8-9 ta’ Lulju 2013, CLIII (155), p. 6.

(44) BENEDETTO XVI, Lettera enciclica Deus caritas est (25 ta’ Diċembru 2005), n. 11, fi: AAS 98 (2006), 217-252. 38

(45) FRANCESCO, L’evangelizzazione si fa in ginocchio, Quddiesa mas-seminaristi u n-novizzi fis-Sena tal-Fidi [Omelia per la Santa Messa con i Seminaristi, i Novizi e le Novizie, Roma, 7 ta’ Lulju 2013], fiL’Osservatore Romano, it-Tnejn – l-Erbgħa 8-9 ta’ Lulju 2013, CLIII (155), p. 7.

(46) Ara: FRANCESCO, Autentici e coerenti, Papa Franġisku jitkellem dwar is-sbuħija tal-konsagrazzjoni [Incontro con i Seminaristi, i Novizi e le Novizie, Roma, 6 luglio 2013], in:L’Osservatore Romano, it-Tnejn – l-Erbgħa 8-9 ta’ Lulju 2013, CLIII (155), p. 6.

(47) Ara: FRANCESCO, Esortazione apostolica Evangelii gaudium (24 ta’ Novembru 2013), LEV, Città del Vaticano 2013, n. 47.

(48) FRANCESCO, Per una clausura di grande umanità, rakkomonadazzjonijiet lill-Klarissi fil-bażilika ta’ Santa Chiara [Parole alle Monache di clausura, Assisi (Perugia), 4 t’Ottobru 2013], fi: L’Osservatore Romano, il-Ħadd, 6 t’Ottobru, CLIII (229), p. 6.

(49) CONGREGAZIONE PER GLI ISTITUTI DI VITA CONSACRATA E LE SOCIETÀ DI VITA APOSTOLICA, Istruzione La vita fraterna in comunità. “Congregavit nos in unum Christi amor (2 ta’ Frar 1994), n. 28: in Ench Vat 14, 345-537.

(50) FRANCESCO, Una grande famiglia fra cielo e terra, fl-udjenza ġenerali il-Papa jitkellem dwar il-komunjoni mal-qaddisin [Udienza generale, Roma, 30 t’Ottobru 2013], fiL’Osservatore Romano, il-Ħamis, 31 t’Ottobru 2013, CLIII (250), p. 8.

(51) ANTONIO SPADARO, “Svegliate il mondo!”. Kollokju ta’ Papa Franġisku mas-Superjuri Ġenerali, fi: La Civiltà Cattolica, 165 (2014/I), 13.

(52) Ara: FRANCESCO, Discorso ai Partecipanti all’Assemblea Plenaria dell’Unione Internazionale delle Superiore Generali (Roma, 8 ta’ Mejju 2013), fiAAS 105 (2013), 460-463.

(53) FRANCESCO, Nei crocevia delle strade, lill-isqfijiet, is-saċerdoti, ir-reliġjużi u s-seminaraisti, il-Papa jafdalhom il-missjoni li jiffurmaw liż-żgħażagħ biex ikunu żgħażagħ tal-fidi. [Omelia alla Santa Messa con i Vescovi, con i Sacerdoti, i Religiosi e i Seminaristi in occasione della XXVIII Giornata Mondiale della Gioventù, Rio de Janeiro, 27 ta’ Lulju 2013], fiL’Osservatore Romano, it-Tnejn–l-Erbgħa, 29-30 ta’ Lulju 2013, CLIII (173), p. 4.

(54) ANTONIO SPADARO, “Svegliate il mondo!”. Kollokju ta’ Papa Franġisku mas-Superjuri Ġenerali, fiLa Civiltà Cattolica, 165 (2014/I), 10.

(55) Ara:  ivi, 6.

(56) FRANCESCO, Autentici e coerenti, Papa Franġisku jitkellem dwar is-sbuħija tal-konsagrazzjoni [Incontro con i Seminaristi, i Novizi e le Novizie, Roma, 6 ta’ Lulju 2013], fi: L’Osservatore Romano, it-Tnejn – l-Erbgħa 8-9 ta’ Lulju 2013, CLIII (155), p. 6.

(57) Ara: FRANCESCO, L’umiltà è la forza del Vangelo, meditazjoni mattutina fil-Kappella ta’ Domus Sanctae Marthae (1 t’Ottobru 2013), fiL’Osservatore Romano, l-Erbgħa, 2 t’Ottobru 2013, CLIII (225), p. 8.

(58) ANTONIO SPADARO, “Svegliate il mondo!”. Kollokju ta’ Papa Franġisku mas-Superjuni Ġenerali, fi: La Civiltà Cattolica, 165 (2014/I), 5. 

(59) Cf. FRANCESCO, Per una Chiesa che riaccompagna a casa l’uomo, il-laqgħa mal-isqfijiet Brażiljani fl-arċiveskovat ta’ di Rio de Janeiro [Incontro con l’Episcopato Brasiliano, Rio de Janeiro, 27 ta’ Lulju 2013],fiL’Osservatore Romano, it-Tnejn – l-Erbgħa, 29-30 ta’ Lulju 2013, CLIII (173), pp. 6-7.

(60) FRANCESCO, Autentici e coerenti, Papa Fraġisku jitkellem dwar is-sbuħija tal-konsagrazzjoni [Incontro con i Seminaristi, i Novizi e le Novizie, Roma, 6 ta’ Lulju 2013], fi: L’Osservatore Romano, it-Tnejn – l-Erbgħa, 8-9 ta’ Lulju 2013, CLIII (155), p. 6.

(61) FRANCESCO, Con l’inquietudine nel cuore, lill-kapitolari Agostinjani l-Papa jitlobhom biex ifittxu dejjem lil Alla u lill-oħrajn. [Omelia per l’inizio del Capitolo Generale dell’Ordine di Sant’Agostino, Roma, 28 t’Awissu 2013], fiL’Osservatore Romano, il-Ġimgħa, 30 t’Awwissu 2013, CLIII (197), p. 8.

(62) Cf. FRANCESCO, Veglia di Pentecoste con i Movimenti, le nuove Comunità, le Associazioni, le Aggregazioni laicali (Roma, 18 ta’ Mejju 2013), fiAAS 105 (2013), 450-452.

 (63) Ibidem.

(64) FRANCESCO, Per una Chiesa spoglia della mondanità, mal-foqra, id-diżokkupati u l-immigrati megħjuna mill-Caritas [Incontro con i poveri assistiti dalla Caritas, Assisi (Perugia), 4 ottobre 2013], fiL’Osservatore Romano, is-Sibt 5 t’Ottobru 2013, CLIII (228), p. 7.

(65) FRANCESCO, Rinnovamento senza timori, meditazzjoni mattutina fil-Kappella ta’ Domus Sanctae Marthae (6 ta’ Lulju 2013), fiL’Osservatore Romano, il-Ħadd, 7 ta’ Lulju 2013, CLIII (154), p. 7.

(66) ANTONIO SPADARO, Intervista a Papa Francesco, fiLa Civiltà Cattolica, 164 (2013/III), 474.

(67) Ara: FRANCESCO, L’apocalisse che non verrà, diskors lid-dinja akkademika u kulturali [Incontro con il mondo della cultura, Cagliari, 22 ta’ Settembru 2013], fi: L’Osservatore Romano, it-Tnejn – l-Erbgħa, 23-24 ta’ Settembru 2013, CLIII (218), p. 7.

(68) FRANCESCO, La scommessa del dialogo e dell’incontro, lill-mexxejja tal-Brażil [Incontro con la Classe Dirigente del Brasile, Rio de Janeiro, 27 ta’ Lulju 2013], fi: L’Osservatore Romano, 29-30 ta’ Lulju 2013, CLIII (173), p. 4.

(69) Ara: FRANCESCO, Uomini di frontiera, il-Papa lill-Komunità ta’ Cività Cattolicà [Discorso alla Comunità degli Scrittori de “La Civiltà Cattolica, Roma, 14 ta’ Ġunju 2013], fiL’Osservatore Romano, is-Sibt, 15 ta’ Ġunju 2013, CLIII (136), p. 7.

(70) FRANCESCO, Esortazione apostolica Evangelii gaudium (24t ta’ Novembru 2013), LEV, Città del Vaticano 2013, n. 45.

(71) Ibidem.

(72) FRANCESCO, Autentici e coerenti, Papa Franġisku jitkellem dwar is-sbuħija tal-konsagrazzjoni [Incontro con i Seminaristi, i Novizi e le Novizie, Roma, 6 ta’ Lulju 2013], fi: L’Osservatore Romano, it-Tnejn – l-Erbgħa, 8-9 ta’ Lulju 2013, CLIII (155), p. 6.

(73) FRANCESCO, Con l’inquietudine nel cuore, lill-kapitolari Agostinjani l-Papa jitlobhom biex ifittxu dejjem lil Alla u lill-oħrajn. [Omelia per l’inizio del Capitolo Generale dell’Ordine di Sant’Agostino, Roma, 28 t’Awissu 2013], fiL’Osservatore Romano, il-Ġimgħa, 30 t’Awwissu 2013, CLIII (197), p. 8.

(74) FRANCESCO, Autentici e coerenti, Papa Franġisku jitkellem dwar is-sbuħija tal-konsagrazzjoni [Incontro con i Seminaristi, i Novizi e le Novizie, Roma, 6 ta’ Lulju 2013], fi: L’Osservatore Romano, it-Tnejn – l-Erbgħa, 8-9 ta’ Lulju 2013, CLIII (155), p. 6.

(75) Ibidem.

(76) FRANCESCO, Con l’inquietudine nel cuore, lill-kapitolari Agostinjani l-Papa jitlobhom biex ifittxu dejjem lil Alla u lill-oħrajn. [Omelia per l’inizio del Capitolo Generale dell’Ordine di Sant’Agostino, Roma, 28 t’Awissu 2013], fiL’Osservatore Romano, il-Ġimgħa, 30 t’Awwissu 2013, CLIII (197), p. 8.

(77) Ibidem.

(78) FRANCESCO, Autentici e coerenti, Papa Franġisku jitkellem dwar is-sbuħija tal-konsagrazzjoni [Incontro con i Seminaristi, i Novizi e le Novizie, Roma, 6 ta’ Lulju 2013], fi: L’Osservatore Romano, it-Tnejn – l-Erbgħa, 8-9 ta’ Lulju 2013, CLIII (155), p. 6.

(79) FRANCESCO, Quelli che sanno aspettare, lis-sorijiet kamaldoleżi, il-Papa jurihom lil Marija bħala mudell ta’ tama [Celebrazione dei Vespri con la Comunità delle Monache Benedettine Camaldolesi, Roma, 21 ta’ Novembru 2013], in: L’Osservatore Romano, is-Sibt 23 ta’ Novembru 2013, CLIII (269), p. 7.

(80) FRANCESCO, Con l’inquietudine nel cuore, lill-kapitolari Agostinjanai l-Papa jitlobhom ifittxu dejjem lil Alla u lill-oħrajn [Omelia per l’inizio del Capitolo Generale Ordine di Sant’Agostino, Roma, 28 t’Awwissu 2013], fiL’Osservatore Romano, il-Ġimgħa 30 t’Awwissu 2013, CLIII (197), p. 8.

(81) FRANCESCO, La compagnia degli inquieti, fil-knisja del Gesù il-Papa ċċelebra l-Quddiesa ta’ ringrazzjament għall-kanonizzazzjoni ta’ Pietro Favre [Omelia alla Santa Messa nella Chiesa del Gesù nella ricorrenza del Santissimo Nome di Gesù, Roma, 3 ta’ Jannar 2014], fiL’Osservatore Romano, is-Sibt, 4 ta’ Jannar 2014, CLIV (02), p. 7.

(82) BENEDETTO XVI, Quella forza silenziosa che vince il rumore delle potenze, ir-riflessjjoni proposta mill-Papa waqt l-udjenza ġenerali fl-awla Paolo VI [Udienza generale, Roma, 19 ta’ Diċembru 2012], fiL’Osservatore Romano, il-Ħamis, 20 ta’ Diċembru 2012, CLII (292), p. 8. 

(83) AMBROGIO, Expositio Evangelii secundum Lucam, II, 19: CCL 14, p. 39.

(84) FRANCESCO, Esortazione apostolica Evangelii gaudium (24 ta’ Novembru 2013), LEV, Città del Vaticano 2013, n. 288.

 

  

Miġjub fil-Malti minn Carm Cachia.