Laikos

 

Aktar dwar il-Madonna


 

IL-KANTIKU TA' MARIJA

MAGNIFICAT

 

Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej,

u l-ispirtu tiegħi jifraħ f'Alla s-Salvatur tiegħi, għax hu xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu.

Iva, minn issa 'l quddiem kull nisel isejjaħli hienja,

għax is-setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar;

qaddis hu l-isem tiegħu.

Il-ħniena tiegħu tinfirex f'kull żmien fuq dawk li jibżgħu minnu.

Hu wera l-qawwa ta' driegħu,

xerred lil dawk li huma mkabbra f'qalbhom.

Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom,

u għolla ċ-ċkejknin.

Mela b'kull ġid lil min hu bil-ġuħ,

u l-għonja bagħathom 'il barra b'xejn.

Ħa ħsieb Iżrael qaddej tiegħu,

għax ftakar fil-ħniena tiegħu,

bħalma wiegħed lil missirijietna,

b'riżq Abraham u nislu għal dejjem."

 

[Lq:1:46] - 55