LINJI
GWIDA GĦALL-ĦIDMA FL-UNITA’ PASTORALI
Ġunju 2006
L-Unita’
Pastorali
L-Arċidjoċesi
ta’ Malta hi maqsuma f’16 l-Unita’ Pastorali. Kull waħda hi
magħmula minn numru ta’ Parroċċi li jinsabu qrib xulxin.
L-Iskopijiet
prinċipali tal-ħidma fl-Unita’ Pastorali
biex tinħoloq klima li tgħinna
naħdmu
flimkien
fi ħdan il-Knisja;
biex
insiru nafu u niskopru
lil xulxin u ngħixu
fil-prattika l-ispiritwalita’ tal-komunjoni;
biex
insaħħu
l-parroċċi;
biex
inwasslu
esperjenzi lil xulxin u
nwettqu ħidmiet
partikolari flimkien;
biex ikun hemm
kuntatt
effettiv
bejn il-Knisja ċentrali u l-Parroċċi.
L-Għażla tar-Rappreżentanti tal-Parroċċi u l-Elezzjoni
tal-Moderaturi u s-Segretarji tal-Grupp ta’ Kuntatt fl-Unita’
Pastorali
Il-Kappillani ġew mitluba biex, wara konsultazzjoni fil-KPP,
jinnominaw żewġ persuni bħala rappreżentanti tal-Parroċċa
fl-Unita’ Pastorali. Minn fost ir-rappreżentanti mill-Parroċċi
fi ħdan l-Unita’ Pastorali, permezz ta’ elezzjoni li ssir
waqt laqgħa fil-Kurja, jintgħażlu l-Moderatur/Moderatriċi u
s-Segretarju/a għal-kull Unita’ Pastorali. Hu ppjanat li din
il-ħidma titwettaq sa l-aħħar ta’ Lulju.
Grupp ta’ Animazzjoni għal kull Unita’ Pastorali
Kull Unita’
Pastorali ser ikollha Grupp ta’ Animazzjoni ġdid għat-tliet
snin li ġejjin. Dan ikun magħmul mill-Moderatur/Moderatriċi,
is-Segretarju/a u Kappillan f’isem il-Kappillani
tal-Parroċċi fl-Unita’ Pastorali. Hi responsabbilta’
tal-Moderaturi eżistenti li jaraw li tissejjaħ l-ewwel
laqgħa tal-Grupp ta’ Animazzjoni l-ġdid biex isir il-handing
over tal-ħidma fl-Unita’ Pastorali. Din il-laqgħa
għandha ssir mhux aktar tard minn nofs Settembru.
Ir-rwol tal-membri tal-Grupp ta’ Kuntatt fl-Unita’ Pastorali
·
Il-Moderatur/Moderatriċi:
Kull xahar jattendi/tattendi għal-laqgħa tal-Kunsill
Pastorali Djoċesan fil-Kurja. Isejjaħ/issejjaħ u jmexxi/tmexxi
tliet laqgħat fis-sena tal-Grupp ta’ Kuntatt fl-Unita’
Pastorali. Flimkien mal-membri l-oħra tal-Grupp ta’
Animazzjoni, jikkordina/tikkordina u jsegwi/ssegwi l-ħidma
fl-Unita’ Pastorali. Fix-xhur li fih isiru l-Laqgħat ta’
Kuntatt fl-Unita’ Pastorali ma jsirux il-laqgħat tal-Kunsill
Pastorali Djoċesan.
·
Is-Segretarju/a:
Jibgħat/tibgħat l-Aġenda u jżomm/żżomm il-minuti tal-laqgħat
li jissejjħu mill-Moderatur, u jibgħat/tibgħat kopja tagħhom
lis-Sergreterija Pastorali.
·
Il-Kappillan f’isem il-Kappillani tal-Parroċċi fl-Unita’
Pastorali:
Minn żmien għal żmien isejjaħ laqgħat bejn il-Kappillani
tal-parroċċi biex jinżamm kuntatt dirett bejniethom u jiġu
identifikati ħtiġijiet, ħidmiet u inizjattivi komuni. Frott
dan il-kuntatt, il-Grupp ta’ Kuntatt iħejji l-Aġenda
tal-Laqgħat tal-Grupp ta’ Kuntatt fl-Unita’ Pastorali. Kull
Kappillan għandu jara li fil-laqgħat tal-KPP u fil-ħidma
tal-Parroċċa, jingħata l-ispazju meħtieġ lill-ħidma fi ħdan
l-Unita’ Pastorali.
·
Ir-Rappreżentanti tal-Parroċċi:
Jattendu t-tliet Laqgħat ta’ Kuntatt fl-Unita’ Pastorali u
jżommu lill-membri tal-KPP tal-parroċċa tagħhom infurmati
dwar il-ħidma li tkun qed titwettaq fl-Unita’ Pastorali.
·
Il-Membri kollha flimkien fil-Grupp ta’ Kuntatt ta’ l-Unita’
Pastorali:
Huma responsabbli flimkien tal-ħidma li titwettaq frott
il-Laqgħat ta’ Kuntatt fl-Unita’ Pastorali.
Ħidma Futura
Permezz tal-Assemblea Parrokkjali li ssir f’Ottubru/Novembru
2006, kull Parroċċa tagħmel il-proposti tagħha għall-Ħidma
fl-Unita’ Pastorali. Fil-Laqgħa tal-Grupp ta’ Kuntatt ta’
Diċembru jitħejja
Programm ta’
Ħidma għall-Unita’ Pastorali għas-Sena 2007.
ĦIDMIET TIPIĊI LI TWETTQU FLIMKIEN MILL-PARROĊĊI FL-UNITA’
PASTORALI
Kors għall-Letturi
Kors ta’
Formazzjoni dwar il-Ħajja Nisranija
Direttorju
b’Informazzjoni Reliġjuża tal-Parroċċi fl-Unita’ Pastorali
Kors
Djakonija mill-Caritas
Pellegrinaġġ flimkien f’Jum il-Qalb ta’ Ġesu’
Seminar
dwar l-Ispiritwalita’ tal-Komunjoni
Kuntatti
bejn diversi Kummissjonijiet Parrokkjali
Skambju ta’
Pjanijiet Pastorali tal-Parroċċi
Talb
flimkien mill-membri ta’ Kunsilli Pastorali Parrokkjali
Ċelebrazzjoni Ewkaristika
Laqgħa
għall-membri tal-Kunsilli Pastorali Parrokkjali u
tal-Kummissjonijiet Parrokkjali
Laqgħa dwar
l-Ambjent
Esibizzjoni
minn Artisti Lokali u Taħdita dwar l-Ikoni
Laqgħa /
Seminar għall-Katekisti
Laqgħat ta’
Formazzjoni għall-Adulti
Festa
għall-Familja
Kors
għall-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin
Kors “Aħna
u s-Sinodu”
Barra l-Grupp
ta’ Animazzjoni, twaqqaf Grupp ta’ Azzjoni fl-Unita’
Pastorali
Lejla ta’
Adorazzjoni quddiem Ġesu’ Ewkaristija
Laqgħat
bejn Saċerdoti, Reliġjużi u Kappillani fl-Unita’ Pastorali
Konferenzi
dwar l-Ewkaristija
Eżerċizzi
għaż-Żgħażagħ
Kors dwar
it-Tagħlim Soċjali tal-Knisja
Irtir
għax-Xebbiet Adulti
Quddiesa
għaż-Żgħażagħ kull nhar ta’ Ħadd
Qsim ta’
Nformazzjoni dwar Attivitajiet Varji
Diskussjoni
dwar Diffikultajiet li jinqalgħu fil-Parroċċi
Ġimgħa ta’
Formazzjoni Liturġika mas-Segretarjat Liturġija b’Laqgħat
f’Diversi Parroċċi
Seminar
għall-Koppji Mexxejja tal-Korsijiet Tħejjija għaż-Żwieġ
Taħdita
dwar id-Droga għall-Ġenituri tal-Adolexxenti jew ta’
Żgħażagħ Akbar
Pressjoni
ma’ l-Awtoritajiet Ċivili għal aktar sorveljanza mħabba l-Problema
tad-Droga
Pjan ta’
Ħames Ħidmiet, waħda f’Kull Parroċċa
Irtir
għas-Saċerdoti u r-Reliġjużi Rġiel mill-Unita’ Pastorali
flimkien
Irtir
għar-Reliġjużi Nisa mill-Komunitajiet fl-Unita’ Pastorali
Irtir
għal-Lajċi Impenjati mill-Parroċċi fl-Unita’ Pastorali
Laqgħat
Regolari bejn il-Kappillani tal-Parroċċi fl-Unita’ Pastorali
Laqgħat
bejn il-Kummissjonijiet Familja mill-Parroċċi fl-Unita’
Pastorali
F’waħda
mill-Parroċċi fl-Unita’ twaqqfu l-Kummissjonijiet Żgħażagħ u
Familja
Trasport
Flimkien għal attivitajiet
Nofs ta’
Nhar ta’ Formazzjoni għall-Operaturi Pastorali
Kummissjoni
Żgħażagħ għall-Unita’ Pastorali
Seminar
għall-Youth Leaders
|