IL-LECTIO DIVINA FI KLIEM IL-PAPA FRANĠISKU

"It-tradizzjoni Nisranija hi għanja b’esperjenzi u b’riflessjonijiet fuq it-talb bl-Iskrittura Mqaddsa. B’mod partikulari, issaħħaħ il-metodu tal-“lectio divina”, li nibet f’ambjent monastiku, imma llum hu pprattikat anki mill-Insara li jiffrekwentaw il-parroċċi. Dan isir qabelxejn billi wieħed jaqra s-silta mill-Bibbja b’attenzjoni, iżjed minn hekk, ngħid, b’“ubbidjenza” għat-test, biex jifhem dak li jfisser fih innifsu. Imbagħad jidħol fi djalogu mal-Iskrittura, biex dawk il-kelmiet isiru motiv ta’ meditazzjoni u ta’ talb: dejjem b’fedeltŕ għat-test, nibda nistaqsi lili nnifsi dan lili “x’qed jgħidli”. Hu passaġġ delikat dan: ma rridux niżolqu f’interpretazzjonijiet suġġettivistiċi, imma għandna nidħlu fis-saff ħaj tat-Tradizzjoni, li jgħaqqad lil kull wieħed u waħda minna mal-Iskrittura Mqaddsa. U l-aħħar pass tal-lectio divina hija l-kontemplazzjoni. Hawn il-kelmiet u l-ħsibijiet jagħmlu wisa’ għall-imħabba, bħal bejn in-namrati li għalihom xi drabi biżżejjed iħarsu lejn xulxin fis-skiet. It-test bibliku jibqa’, imma bħala mera, bħala ikona biex tiġi kkontemplata. U hekk ikun hemm id-djalogu."

Udjenza Ġenerali fuq it-Talb. 27/01/2021...