Ara verżjoni oħra tal-filmat tat-talba ...

TALBA TA’ KONSAGRAZZJONI TAL-FAMILJA

LIL OMMNA MARIJA GĦAJNUNA TAL-INSARA

 

Qaddisa Marija Omm Alla, inti ġejt magħżula minn Alla biex tkun l-għajnuna tal-Insara.  Ħares għalhekk, nitolbuk, lilna lkoll u lill-familji tagħna minn kull hemm. Idħol għalina, nitolbuk, u bil-qawwa setgħana tiegħek biegħed minna kull deni li nistgħu nġarrbu, speċjalment minħabba l-mard u l-ħażen.

Agħtina l-barka tiegħek, żomm idejk fuqna u qisna dejjem bħala wliedek; ħarisna minn kull deni u ħsara tar-ruħ u tal-ġisem, iżda fuq kollox għinna biex qatt ma naqgħu fid-dnub. 

Marija Għajnuna tal-Insara, idħol għal dawk kollha li jgħixu fid-djar tagħna li huma kkonsagrati lilek għal dejjem. Ammen.

Marija Għajnuna tal-Insara, itlob għalina