MEXXI O KRISTU FIL-VERITÀ

TALBA TAL-PAPA ĠWANNI PAWLU II

Fl-Ewwel Ħadd tal-Avvent

2 ta' Diċembru 1979

 WAQT VISITA LILL-PARROĊĊA RUMANA TA’ SAN KLEMENT FIL-PRATI FISCALI

 

Mexxi!
Mexxini fil-verità!
Mexxina fil-verità!
 

Mexxi, o Kristu,
fil-verità lill-missirijiet u l-ommijiet tal-familja tal-parroċċa:
xprunati u mqawwija
mill-grazzja sagramentali taż-żwieġ
u konxji li huma fuq l-art
is-sinjal viżibbli
tal-imħabba  indistruttibbli tiegħek għall-Knisja,
jalla jkunu jafu jkunu sereni u deċiżi
fl-iffaċċjar b’konsistenza evanġelika
tar-responsabiltajiet tal-ħajja konjugali
u tal-edukazzjoni nisranija tal-ulied.

 

Mexxi, o Kristu, fil-verità
iż-żgħażagħ tal-parroċċa:
sabiex ma jħallux lilhom infushom jinġibdu
mill-idoli l-ġodda,
Bħall-konsumiżmu sfrenat,
il-kuntentizza akkost ta’ kollox,
il-permissiviżmu morali,
il-vjolenza protestatarja,
imma jgħixu bil-ferħ il-messaġġ tiegħek,
li huwa l-messaġġ tal-Beatitudni,
il-messaġġ tal-imħabba lejn Alla
u lejn il-proxxmu,
il-messaġġ tal-impenn morali
għall-bidla awtentika tas-soċjetà.

 

Mexxi, o Krstu, fil-verità
lill-fidili kollha tal-parroċċa:
jalla l-fidi nisranija
tanima ħajjithom kollha
u agħmel li jsiru quddiem id-dinja,
xhieda kuraġġużi
tal-missjoni ta’ salvazzjoni tiegħek,
membri koxjenti
u dinamiċi tal-Knisja,
kuntenti li huma wlied Alla
u, miegħek aħwa, tal-bnedmin kollha!
 

Mexxina, o Kristu, fil-verità!
Dejjem!

 

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb