Laikos

 

DISKORS TA’ ĠWANNI PAWLU II
FIL-KONKLUŻJONI TAT-TIENI ASSEMBLEA STRAORDINARJA
TAS-SINODU TAL-ISQFIJIET

Is-Sibt, 7 ta’ Diċembru 1985

Għeżież tiegħi fil-Mulej,

1. Niżżi ħajr lill-Mulej għaċ-ċelebrazzjoni li seħħet tas-Sinodu straordinarju, għoxrin sena wara l-konklużjoni tal-Konċilju Ekumeniku Vatikan II. Huwa tassew ġust li ngħollu lejn Alla rwieħna grati u eżultanti, għaliex ikkonċedilna l-kuntentizza ta’ dawn il-jiem, għalkemm relattivament ftit, imma mimlijin b’xogħlijiet intensi, li lejhom id-dinja kollha ndirizzat l-attenzjoni kollha tagħha.

Nesprimi mbagħad il-gratitudni ħajja tiegħi lilkom ilkoll, li ħadtu sehem fl-assemblea tat-tieni Sinodu straordinarju tal-Isqfijiet; lilkom għeżież Kardinali. Arċisqfijiet, isqfijiet u saċerdoti, li skont in-normi attwali tal-Knisja ħadtu sehem fis-Sinodu bħala membri. Ikkonkludejtu sewwa s-Sinodu b’koperazzjoni fraterna, komunikazzjoni miftuħa u libera, komunjoni ntima. Permezz tagħkom kienu ppreżentati lil dan is-Sinodu il-ferħ, it-tamiet, id-dwejjaq u l-biżgħat tal-bnedmin ta’ żmienna. Il-ħsieb tiegħi imur b’mod speċjali għalikom, patriarki u metropoliti, lill-Arċisqof Maġġur u Metropolita, tal-Knejjes tant għeżież orjentali. Fikom naħseb, presidenti tal-Konferenzi Episkopali, li ġejtu mill-kontinenti kollha. Fikom naħseb Kardinali Prefetti tad-dikasteri tal-Kurja Rumana, kollaboraturi tiegħi fil-ministeru universali ta’ Isqof ta’ Ruma. Fikom naħseb, Superjuri Ġenerali tal-Ordnijiet u tal-Kongregazzjonijiet Reliġjużi; u ma ninsiex lis-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni Tejoloġika nternazzjonali, u l-inqas lis-Segretarju tal-Kummissjoni Bibblika. Niżżi ħajr lis-Sinjuri Kardinali Presidenti Delegati, Kardinal Krol, Kardinal Malula, Kardinal Willebrands, għaliex b’mod ta’ min ifaħħru u b’kura wettqu l-uffiċċju tagħhom b’kuxjenza ħajja u skont in-natura tal-istess Sinodu, imma dejjem b’parir u moderazzjoni soda.

Ngħid grazzi speċjali lill-Kardinal Goffredo Danneels. Bħala rapporteur iggwida x-xogħlijiet tas-Sinodu billi osserva x-xogħol tal-membri, billi b’mod fidil fehem l-armonija tal-opinjonijiet u t-trattazzjoni progressiva tal-kwistjonijiet ppreżentati lil din l-assemblea sinodali; flimkien mas-Segretarju Speċjali, ir-Reverendu Prof. Walter Kasper u l-kollaboraturi tiegħu, li ħadtu sehem mingħajr tnikkir b’koperazzjoni pronta u ġeneruża: biex taqdu tassew il-ġrajja sinodali.

Insellem ukoll lkir-reliġjużi irġiel u nisa, lil-lajċi irġiel u nisa, li tkellmu għaliex permezz tagħhom kienu wkoll preżenti f’din l-awla l-ordnijiet u l-qawwiet ħajjin kollha tal-Knisja.

2. Kienet grazzja speċjali l-preżenza fraterna tal-Osservaturi-Delegati tal-Knejjes u l-Komunitajiet tad-dinja kollha, li magħhom il-Knisja kattolika żżomm djalogu tejoloġiku; u l-preżenza tal-Kunsill Mondjali tal-Knejjes. Intom esprimejtu l-opra tagħkom mhux biss bis-sehem grazzjuż tagħkom permezz tal-vot espress fis-Sinodu f’isem kulħadd, imma b’mod speċjali permezz tat-talb. Ir-rit tat-talb li ċċelebrajna f’din l-awla, huwa mpenn ta’ koperazzjoni ekumenika kontinwa.

Il-preżenza tagħkom hawn tfakkar l-att ekkleżjali prudenti bejn Ruma u Kostantinopli, li seħħ għoxrin sena ilu wara l-għeluq tal-Konċilju. B’Ċelebrazzjoni parallela u kontemporanja mwettqa f’din il-Bażilika u fil-Knisja ta’ San Ġorġ al Fanar, kienet dak iż-żmien ippromulgata d-dikjarazzjoni komuni tal-Papa Pawlu VI u tal-patrijarka Atenagora I ta’ tifkira meqjuma, li biha kien iddikjarat li kienu ġew imħassra mit-tifkira u minn ħdan il-Knejjes is-sentenzi ta’ anatemi, maħruġa fl-1054, li kienu jikkostitwixxu sinjal ta’ xiżma, u impediment veru għar-rikonċiljazzjoni fil-karità. Dak kien att ta’ fraternità ekkleżjali u ta’l-ikbar interess pastorali. Ftit ftit il-moħħ beda jinfired mit-tifkiriet ta’ dwejjaq tal-passat, kumbattiv u pikuż, il-karità saret iktar soda, u ġie kkonfermat l-ispirtu ta’ rikonċiljazzjoni. Għal dawn ir-raġunijiet kollha, dik il-ġrajja tibqà emblematika għal dak li jirrigwarda r-rieda li għandha tispira l-kwistjoni kollha tal-għaqda tal-insara kollha: jiġifieri l-maħfra mutwa, li tikber u tesprimi ruħha fil-karità fraterna.

Minn hemm nibtu l-inizjattivi kollha tar-riċerka, tad-djalogu, tal-attività għar-ritorn tal-għaqda sħiħa. It-tifkira ta’ dik il-ġrajja timbuttana biex inġeddu l-ispirtu primittiv sabiex inkomplu, inkabbru u nżidu l-isforz komuni tagħna biex nirrijintegraw l-għaqda, biex inkunu fidili mar-rieda tal-Mulej rigward il-Knisja tiegħu.

3. Jekk irnexxielna b-mod ġdid u b’mod qawwi nirriproduċu l-kondizzjonijiet u l-ispirtu tal-Konċilju Vatikan II, dan nafuh ukoll għall-preżenza tal-mistiedna speċjali, li għal titoli differenti kienu involuti fil-Konċilju Vatikan II. L-opra tagħkom fid-diskussjonijiet fid-diversi sedji u fid-diversi modi kien rabta viżibbli mal-istess natura storika tal-Konċilju. Jiena grat lejkom, għaliex aċċettajtu l-istedina tiegħi biex turu l-laqgħa tagħna bħala “tifkira” ħajja ta’ ġrajjiet, li għalihom ħafna ma setgħux jattendu.

Jiena grat b’mod speċjali lejn il-Kardinal Gabriele Maria Garrone għar-“realazzjoni storika” tenaċi.

Linqas ma nistà ninsa lil dawk kollha, li, impjegati mal-uffiċċji differenti, silfu l-operat tagħhom sabiex ix-xogħol tal-membri tas-Sinodu jkunu jistgħu jiġu attwati: b’mod speċjsali l-venerabbli ħuna Giovanni Schotte, u l-impjegati fis- Segreterija Ġenerali, is-saċerdpoti, is-seminaristi, l-impjegati fl-indikazzjoni tal-postijiet, l-interpreti, it-tekniċi, l-impjegati tal-istampa: rapport ħaj u kontinwu bl-istrumenti tal-komunikazzjoni soċjali, l-impjegati fl-awla Pawlu VI, il-korp tal-Għassiesa, tal-Gwardja Svizzera, u dawk kollha li qatt ma rajna li moħbija għal bosta sigħat tal-jum u tal-lejl silfu l-operat tagħhom għas-sosteniment tas-Sinodu. Fl-aħħarnett nindirizza b’kuraġġ grat lid-direttur u lil dawk li jiffurmaw l-“Scholae Cantorum”, li akkumpanjawna fit-talb tagħna.

4. Għoxrin sena wara l-għeluq tal-Konċilju din il-laqgħa komiuni dehret meħtieġa, anzi assolutament mitluba wara l-wirt kbir u abbundanti tal-Konċilju Ekumeniku Vatikan II. Kien meħtieġ li f’dan il-waqt jimmanifestaw il-ħaqq tagħhom fuq il-Vatikan II dawk li qabel kulħadd kienu msejħa għalih, b’mod speċjali sabiex jevitaw interpretazzjonijiet differenti.

Din il-laqgħa wara l-wirt tal-Konċilju Vatikan II kienet qasira, imma fl-istess ħin, fiċ-ċirkustanza attwali, suffiċjenti. Din kellha sservi – u serviet – biex tesponi talinqas b’xi mod l-esperjenza tas-snin li għaddew bejn l-1962 u l-1965, u b’mod partikolari biex nassumu l-impenn li nattwaw b’mod iktar wiesà l-Konċilju Vatikan II.

Bħal ma jseħħ permezz tas-Sinodu ukoll din id-darba kienet b’mod estrem utli l-informazzjoni mutwa tal-esperjenzi li hija konnessa max-xogħlijiet sinodali. Għal din ir-raġuni il-laqgħa sinodali turi meħtieġa din l-analiżi u dik is-sintesi li huma ndispensabbli għall-Knisja.

5. L-iskop tal-ewwel Sinodu straordinarju tal-1968 kien dak li “jiddefinixxi l- poteri tal-Konferenzi Episkopali, ir-rapporti tagħhom ma’ din is-Sedja Apostolika u fosthom (cf. Pawlu VI, Homilia in Missa ad Synodum Episcoporum operiendum, 11 ta’ Ottubru 1969Insegnamenti di Paolo VI, VII [1969] 671), kif ukoll dak li jitrattaw il-problema tal-kolleġjalità tal-Isqfijiet”. Iżda l-iskop ta’ dan is-Sinodu sttraordinarju kien dak li jimmedita, japprofondixxi u jipprpmwovi l-applikazzjoni tat-tagħlim tal-Vatikan II għoxrin sena wara l-konklużjoni tiegħu.

Diġa sa mill-bidu ta’ dan is-Sinodu deher ċar li dawk li kienu msejħa għalih jaqsmu b’mod sħiħ dan il-għan.

Ir-riżultat tax-xogħlijiet tagħkom – miġbura fil-“Messaġġ” u fir-“Riżoluzzjoni finali” – hija x-xhieda tal-perspettiva tagħkom u tal-interess diliġenti u tas-“sensus Ecclesiae” qawwi tagħkom. Nieħu pjaċir nenfasizza wkoll karatteristika oħra ta’ din l-assemblea sinodali: il-varjetà fl-unità. Is-Santi Padri setgħu jesprimu b’mod liberu l-ħsieb tagħhom. Jixirqilhom apprezzament kienu l-interventi magħmula kemm fl-awla kif ukoll fiċ-ċirkoli. Din il-libertà ma kienet ta’ ebda ostaklu għal-libertà sostanzjali. B’dan il-mod urejtu b’mod eċċellenti l-ispirtu ta’ kolleġġjalità.

Nilqà għalhekk minn idejkom bil-ferħ u bi gratitudni l-iktar ħajja l-“Messaġġ” u r-“Relazzjoni finali”, li juru dan is-sens ta’ komunjoni tagħkom; bil-kunsens tiegħi dawn id-dokumenti jistgħu jkunu mferrxa b’mod uffiċċjali. Jalla l-Mulej ikun irid iva jagħmel li huma jirriżultaw fi frott abbundanti.

Huwa issa dmirkom li tagħmlu li tippenetra b’mod profond fil-Knisja universali, fil-knejjes partikolari tagħkom u fid-diversi komunitajiet il-forza kbira u l-għarfien tal-importanza tal-Konċilju.

F’din l-assemblea wriet ruħha l-kattoliċità: kienu nfatti msejħa hawn, għal dan id-dmir nobbli, persuni minn kull kontinent li jsegwu kulturi differenti, imma li jipprofessaw l-istess fidi. Il-Knisja kollha ħarset bi mħabba kbira lejn dan is-Sinodu u akkumpanjatu bit-talb tagħha. B’sodisfazzjon intimu profond stajt nosserva li ż-żgħażagħ ġabu ruħhom b’dan il-mod; f’dan ir-rigward, jixraqilha senjalazzjoni speċjali is-sedja qrib il-Knisja ta’ San Lawrenz, hawn f’Ruma. Is-Sinodu żvolġa x-xogħlijiet tiegħu taħt is-sinjal tas-Salib, li fi tmiem is-Sena Ġubilari tar-Redenzjoni jien għidt liż-żgħażagħ u li matul is-sena ddedikata għaż-żgħożija kien jinġarr kważi f’pellegrinaġġ sagru.

Is-Sinodu, fl-aħħarnett, imsejjaħ f’isem il-Mulej, bil-ħarsa dejjem fissa fuq il-Mulej, kien manswet għall-azzjoni tal-Ispirtu Santu, li kien il-veru protagonista.

6. B’mod partikolari f’dan is-Sinodu kienet eżaminata n-natura tal-Knisja, inkwantu li hija misteru u komunjoni, jiġifieri “koinonia”. Mit-tweġibiet mogħtija fl-okkażjoni tat-tħejjija tal-assemblea qabel kollox ħareġ dan l-argument: “Il-Knisja li tiċċelebra l-misteri ta’ Kristu fid-dawl tal-kelma ta’ Alla għas-salvazzjoni tsal-bnedmin”. Fir-realtà, il-Knisja, Ġisem Mistiku ta’ Kristu, hija għas-servizz tad-dinja; ma tixtieqx ħaġ’oħra għajr li taqdi, li tippromwovi s-salvazzjoni ntegrali tal-bniedem.

F’dan is-Sinodu għal darb’oħra ħarġet ċara n-natura kolleġgjali tal-episkopat: l-Isqfijiet infatti bħal ma jgħid il-Vatikan II. “mhux biss ġew ikkonsagrati għal dijoċesi speċifika, imma għas-salvazzjoni tad-dinja kollha” (Ad gentes, 38). “”B’dan il-mod l-uffiċċju episkopali jinfirex u b’xi mod jieħu sehem b’mod maġġuri fil-ministeru tal-gwida tal-Knisja universali, inkwantu l-Isqfijiet, imsejħa mill-Papa, b’mod iktar strett jikkoperaw miegħu fl-eżerċizzju tal-uffiċċju pastorali tiegħu” (Pawlu VI, Allocutio ad sodales Consilii Secretariae Generalis Synodi Episcoporum, 27 ta’ Ottubru 1972: Insegnamenti di Paolo VI, X [1972] 1096 s.). Minn hawn toħroġ l-importanza somma ta’ dawn l-assembleji. Fejn jirrigwarda s-suġġerimenti prezzjużi mogħtij a f’dan is-Sinodu, irrid nenfasizza xi wħud:

- ix-xewqa li jitħejja abbozz jew katekiżmu tad-duttrina kattolika kollha, li għalih għandhom jagħmlu referenza l-katekiżmi jew l-abbozzi, tal-knejjes kollha partikolari; din ix-xewqa tikkorrispondi għall-bżonn veru kemm tal-Knisja universali kif ukoll tal-knejjes partikolari;

- l-ipprofondiment minbarra tal-istudju tan-natura tal-Konferenzi Episkopali. Li f’dawn iż-żminijiet tagħna, joffru kontribut prezzjuż lill-ħajja tal-Knisja;

- il-pubblikazzjoni fl-aħħarnett, fi żminijiet qosra, tal-Kodiċi tad-Dritt Kanoniku għall-Knejjes Orjentali skont it-tradizzjoni u n-normi tal-Vatikan II.

7. Ma nistax issa ma nissinifikax is-sodisfazzjon tiegħi u s-sehem tiegħi tat-tħassib pastorali li dan is-Sinodu juri għall-ħutna li qegħdin ibatu.

B’mod għal kollox speċjali ġew imfakkra dawk li jsofru l-vjolenza, fuq quddiem nett ħutna rġiel u nisa tal-Libanu.

Lil dawn ħutna hekk imġarrba minn tant sfortuni nixtieq ngħid li aħna ninsabu qribhom. Il-fidi hija l-qawwa tagħhom, it-tama u l-karità jsostnuhom, biex ma jħallu xejn barra bl-iskop li jiksbu l-paċi. Mill-profond tal-qalb nuru s-sdolidarjetà tagħna lill-Knejjes Venerabbli tal-Orjent.

Bħal ma intom tafu, dan is-Sinodu kien  ippreċedut mill-Assemblea Ġenerali tal-Kulleġġ tas-Santi Padri Kardinali; dan kien aspett ta’ mportanza kbira tal-ħajja tal-Knisja, jiġifieri r-riforma tal-Kurja Rumana; f’dan ix-xogħol kellna preżenti dak li l-esperjenza għallmitna, fid-dawl tal-Konċilju Vatikan II, wara l-approvazzjoni tal-Kostituzzjoni Regimini Ecclesiae Universae. Teżisti għahekk konnessjoni bejn iż-żewġ assembleji.

Fuq dan l-argument kienu kkonsultati wkoll il-Presidenti tal-Konferenzi Episkopali; ladarba l-Kurja Rumana hija strument organiku tal-Papa Ruman fl-eżerċizzju tal-uffiċċju pastorali tiegħu, għall-ġid għas-servizz tal-Knisja kattolika deher opportun għal kollox li nisimgħu il-ħsieb u l-pariri ta’ dawk li jafu b’mod eżawrjenti il-bżonnijiet u t-talbiet tal-Knisja fir-reġġjuni tagħhom. Tali suġgerimenti ġew mizuna b’mod komplet fl-istess laqgħa tas-Santi Padri Kardinali u se jkunu miżmuma b’enfasi kbira sabiex il-Kurja Rumana tkun dejjem iktar kapaċi li twettaq dmirha għall-edifikazzjoni tal-Knisja.

8. Għalhekk jiena perdswasż li s-Sinodu wettaq xogħol meritevoli. Bir-raġun wieħed jistà jiddikjara li s-Sinodu kkawża benefiċċji kbar lill-Konċilju Vatikan II; jipperfezzjona infatti in-normi predisposti minn dak. Juri l-esperjenza miksuba mill-Knisjas universali permezz tal-rgħajja tal-Knejjes partikolari. Huwa hu wkoll strument effikaċi u flessibbli, tempestiv u lest għall-ministeru tal-knejjes lokali kollha (cf. Ġwanmni Pawlu II, Allocutio ad sodales Consilii Secretariae Generalis Synodi Episcoporum, 2, 30 ta’ April 1983: Insegnamenti di Giovanni Paolo II, VI/1 [1983] 1100).

Għal din ir-raġuni jaqbel li fil-Knisja jiġu ċċelebrati Sinodi ordinarji u, jekk ikun hemm bżonn, ukoll straordinarji. Sabiex imbagħad huma jipproduċu frott iktar abbundanti huwa meħtieġ li dawn il-laqgħat jiġu mħejjija b’mod iktar impenjat; jinħtieġ jiġifieri li fil-Knejjes lokali wieħed jaħdem għat-tħejjija tagħhom bis-sehem ta’ kulħadd: il-fażi preparatorja nfatti hija żmien partikolari  għal dak li għandu x’jaqsam mal-pastorali tal-parroċċi, komunitajiet reliġjużi, dijoċesijiet, Sinodu Orjentali u Konferenzi Episkopali.

Mhuwiex biss meħtieġ li tkun attwata din it-tħejjija, imma jkun daqstant ieħor meħtieġ li l-frott tas-Sinodu jkun imwassal lill-Knejjes lokali. B’dan il-mod se jkun attwat moviment vitali, li kapaċi jservi għall-kattoliċità u għall-għaqda tal-imħuħ u tal-qlub.

Dak li jkun għandu dejjem jieħu passi għal reviżjoni wkoll tal-modi u tal-metodi ta’ azzjoni biex jassikura effett ikbar. Dan jirrikjedi studju u xogħol kontinwu.

Kif għandu wieħed jaħseb li japplika dan is-Sinodu għall-ħajja konkreta tal-Knisja? Wieħed jitlob li kulħadd jiddedika ruħu għal din l-applikazzjoni b’imħabba kbira u b’sens ta’ dover, waqt li kontemporanjament jiddedika ruħu għat-talb u għall-penitenza, ħwejjeġ insostitwibbli jekk irridu  niksbu progressi tassew fl-ispirtu. Imiss imbagħad lill-Isqfijiet, bħala rgħajja tal-erwieħ, issapportjati mis-saċerdoti tagħhom, li jedukaw lill-fidili dwar il-ħwejjeġ li s-Sinodu ippropona bħala li jispiraw fiduċja u biex iħeġġuhom biex jiksbu b’żelu mġedded mit-teżori tal-Konċilju inċitament biex jgħixu b’mod nisrani b’mod dejjem iktar xieraq għall-prinċipji tal-fidi.

Kif jaf kulħadd, kull wieħed mill-frott ta’ dan is-Sinodu se jkun attwat bl-għajnuna tal-Kunsill tas-Segreterija Ġenerali eletta fl-1983. Se jkun d-dmir ta’ dan il-Kunsill li jieħu ħsieb is-sessjoni ordinarja li jmiss tas-Sinodu li se sseħħ fl-1987, u li se tkun dwar il-Lajċi fil-Knisja.

9. Għada it-8 ta’ Diċembru, sollennità tal-Immakulata Konċezzjoni tal-Beata Verġni Marija, jaħbat l-għoxrin anniversarju tal-għeluq tal-Konċiljiu. Nistedinkom biex tiċċelebraw miegħi fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan; fil-Vespri mbagħad nuru l-qima tagħna lill-Verġni Omm Alla. Omm il-Knisja u Sultana tal-Appostli fil-Bażilika ta’ Santa Maria Maggiore.

Għidt: Omm il-Knisja; infatti Lilha preżenti b’mod speċjali fil-misteru ta’ Kristu rridu nirrakkomandaw din l-epoka tal-ħajja u tal-missjoni tal-Knisja.

Il-missjoni tal-Knisja tinbena fuq l-istess natura tagħha, jew aħjar fl-istess misteru tal-Knisja. Infatti ladarba l-Knisja hija “fi Kristu kważi sagrament ta’ għaqda ntima ma’ Alla u ta’ għaqda tal-familja umana kollha”, jidhru mela evidenti r-relazzjonijiet u r-rapporti tagħha mal-bnedmin kollha ta’ rieda tajba; ma’ dawk li jipprofessaw r-reliġjonijiet mhux insara, ma’ dawk b’mod speċjali ta’ reliġjon monotejistika “bħall-Musulmani) u b’mod speċjali ma’ dawk li huma marbutin b’mod iktar strett minħabba r-rivelazzjoni divina tat-Testment il-Qadim.

Ejjew nemmnu li r-rikkezzi tal-misteru tal-Ħolqien jinfirxu fuq kulħadd. Ejjew nemmnu li lkoll ġejna mifdija permezz ta’ Kristu u jistgħu jkunu mimsusa mill-impulsi ntimi tal-Ispirtu.

10. Il-Knisja permezz tal-Konċilju, ma riditx affattu tingħalaq fiha nfisha, billi tirreferi għaliha nfisha biss (l-hekk imsejjaħ “ċentriżmu tal-Knisja”), imma għall-kuntrarju, riedet tinfetaħ  b’mod iktar wiesà. Ejjew nagħmlu tagħna din il-wegħda, li anzi hija dmir tagħna; u biex nattwawha ejjew napprofondixxu b’mod maġġuri l-misteru tal-Knisja (cf. Lumen gentium, II); huwa infatti dan is-sors tal-ftuħ u tal-missjoni (fil-missjoni tal-Iben u tal-Ispirtu).

Miċ-ċenaklu tal-feria quinta “in Cena Domini” jirritorna għandna l-kliem ta’ Kristu: “jien se nitlob lill-Missier u Hu se jibgħatilkom Paraklitu ieħor . . .  Spirtu ta’ verità . . . Huwa se jirrendili xhieda, imma intom ukoll se tirrenduli xhieda . . .” (cf. Ġw 14, 16-17.26-27).

Ejjew inżomm b’ċertezza li l-Konċilju Vatikan II kien xhieda ta’ tali natura, addattata sewwa għal żmienna; xhieda tal-Ispirtu Santu flimkien mal-Kulleġġ Apostoliku, li jgħix u jopera fis-suċċessuri leġittimi tagħhom.

Din hija xhieda dwar Kristu, Verb inkarnat, mislub u rxuxtat mill-imwiet; dwar Kristu, li Fih il-Missier “ħabb” id-dinja; dwar Kristu li rrivela lill-bniedem il-bniedem stess  u l-bvokazzjoni l-iktar għolja tiegħu (cf. Gaudium et spes); li barra minnu mhemmx salvazzjoni.

Din ix-xhieda mwettqa u mill-ġdid imħabbra wkoll aħna rridu nagħtu waqt li nkomplu l-opra tal-Konċilju Vatikan II fost il-popli u n-nazzjonijiet li għalihom ġejna mibgħuta.

Fl-aħħarnett nagħtikom, bil-qalb kollha, il-Barka Apostolika, xhieda ta’ mħabbti, u nipproponi u nitlob flimkien magħkom il-Barka Kolleġgjali għall-Knisja u għad-dinja.

 

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb