Att ta’ affidament u konsagrazzjoni tad-dinja lill-Verġni Marija

25 ta’ Marzu 1984

 

O Omm tal-bnedmin u tal-popli,

int li taf it-tbatija kollha tagħhom u t-tamiet tagħhom,

int li b’qalb ta’ omm tisma’ t-taqbid bejn it-tajjeb u l-ħażin, bejn id-dawl u d-dlam, li qed jheżżeż id-dinja tal-lum,

ilqa’ l-karba tagħna li, imqanqla mill-Ispirtu s-Santu, qed nagħmlu direttament lill-Qalb tiegħek.

 

Ħaddan, bi mħabba ta’ Omm, din id-dinja umana tagħna, li qed nafdawlek u nikkonsagrawlek, mimlijin tħassib għax-xorti terrena u eterna tal-bnedmin u tal-popli.

 

O Qalb Immakulta,

mill-ġuħ, mill-gwerra, mill-qerda inkalkulabbli tagħna nfusna, eħlisna int;

mid-dnubiet kontra l-ħajja tal-bniedem sa mit-tnissil tiegħu, eħlisna int;

mill-mibegħda, eħlisna int;

minn kull xorta ta’ inġustizzja fil-ħajja soċjali, nazzjonali u internazzjonali, eħlisna int;

mill-ħeffa biex inkasbru l-kmandamenti ta’ Alla, eħlisna int;

mit-tentattiv li nifgaw fil-qlub tal-bnedmin l-istess verità ta’ Alla, eħlisna int;

mit-taħwid tal-kuxjenza, tat-tajjeb u tal-ħażin, eħlisna int;

mid-dnubiet kontra l-Ispirtu s-Santu, eħlisna int, Eħlisna.

 

O Omm ta’ Kristu,

ħalli tidher il-qawwa salvifika bla tarf tal-Fidwa,

biex din twaqqaf il-ħażen.

Fil-qalb Immakulata tiegħek

ħa jfeġġ għal kulħadd id-dawl tat-Tama.

Amen.

 

San Ġwanni Pawlu II

 


 

Atto di affidamento e consacrazione del mondo alla Vergine Maria 25 marzo 1984

 

O Madre degli uomini e dei popoli,

Tu che conosci tutte le loro sofferenze e le loro speranze,

Tu che senti maternamente tutte le lotte tra il bene e il male, tra la luce e le tenebre, che scuotono il mondo contemporaneo,

accogli il nostro grido che, mossi dallo Spirito Santo, rivolgiamo direttamente al tuo Cuore.

Abbraccia, con amore di Madre, questo nostro mondo umano, che ti affidiamo e consacriamo, pieni di inquietudine per la sorte terrena ed eterna degli uomini e dei popoli.

O Cuore Immacolato,

dalla fame, dalla guerra, da una autodistruzione incalcolabile, liberaci;

dai peccati contro la vita dell’uomo sin dai suoi albori, liberaci;

dall’odio, liberaci;

da ogni genere di ingiustizia nella vita sociale, nazionale e internazionale, liberaci;

dalla facilità di calpestare i comandamenti di Dio, liberaci;

dal tentativo di offuscare nei cuori umani la verità stessa di Dio, liberaci;

dallo smarrimento delle coscienze, del bene e del male, liberaci;

dai peccati contro lo Spirito Santo, liberaci.

Liberaci , o Madre di Cristo, 

si riveli l’infinita potenza salvifica della Redenzione,

che esso arresti il male, nel tuo cuore Immacolato.

Si sveli per tutti la luce della Speranza.

Amen

 

San Giovanni Paolo II