| 
												   
												
												
												  
												
												
												
												VERITATIS SPLENDOR 
												
												
												ID-DIJA TAL-VERITÁ 
												
												
												Dwar is-sisien tad-Duttrina
												
												
												Morali tal-Knisja 
												
												
												
												  
  
												
												
												ĠWANNI PAWLU II 
												
												
												ENĊIKLIKA 
												
												
												VERITATIS SPLENDOR 
												
												 
 
												
												
												Lill-Isqfijiet kollha tal-Knisja 
												Kattolika 
												
												
												
												Dwar is-sisien tad-duttrina 
												morali tal-Knisja 
												
												
												  
												
												
												
												Ħuti miqjuma fl-Episkopat, 
												
												
												
												Sliem u barka appostolika. 
												
												
												  
												
												
												
												ID-DIJA TAL-VERITÁ 
												tiddi fl-għemejjel kollha 
												tal-Ħallieq, u l-aktar 
												fil-bniedem maħluq fuq is-sura u 
												x-xbieha ta’ Alla (ara Ġen 1, 
												26): il-veritá ddawwal 
												il-fehma tal-bniedem u ssawwar 
												il-libertá tiegħu u hekk jasal 
												biex jagħraf u jħobb lil Alla. 
												Hu għalhekk li s-salmista jitlob: 
												“Ixħet fuqna, Mulej, id-dawl ta’ 
												wiċċek” (Salm 4, 7). 
												
												 
 
												
												  
												
												
												  
												
												
												
												DAĦLA 
												
												
												ĠESÚ KRISTU, ID-DAWL VERU LI 
												JDAWWAL 
												
												
												KULL BNIEDEM 
												  
												
												
												1. Imsejħin għas-salvazzjoni 
												bil-fidi f’Ġesú Kristu, “Id-dawl 
												veru li jdawwal kull bniedem” (Ġw 
												1, 9), il-bnedmin isiru “dawl 
												fil-Mulej” u “wlied id-dawl” (Ef 
												5, 8) u jitqaddsu billi 
												“joqgħodu għall-kelma tal-veritá” 
												(1 Piet 1, 22). 
												
												
												  
												
												
												Mhux dejjem ħaġa ħafifa toqgħod 
												għall-kelma tal-veritá. Minħabba 
												d-dnub misterjuż tan-nisel, li 
												seħħ bit-tnassis tax-Xitan, dak 
												li hu “giddieb u missier 
												il-gideb” (Ġw 8,44), il-bniedem 
												hu bla heda mħajjar biex 
												ibiegħed ħarstu ‘l hemm minn 
												Alla l-ħaj u veru, u jdawwarha 
												lejn l-idoli (ara 1 Tes 1, 9) u 
												jibdel “il-veritá ta’ Alla ma’ 
												gidba” (Rum 1, 25); b’hekk 
												iddalmet il-ħila tal-bniedem li 
												jagħraf il-veritá
												
												
												u naqset ir-rieda tiegħu li 
												joqgħod għaliha. U hekk waqa’ 
												fir-relattiviżmu u x-xettiċiżmu 
												(ara Ġw 18, 38) u fittex ħelsien 
												qarrieq li hu kollu kemm hu 
												bogħod mill-veritá. 
												
												
												  
												
												
												Iżda ebda dlam tal-qerq u tad-dnub 
												ma jista’ jeqred għal kollox 
												fil-bniedem id-dawl ta’ Alla l-Ħallieq. 
												Fil-fond tal-qalb tal-bniedem 
												tibqa’ x-xewqa tal-veritá 
												assoluta u għatx kbir 
												għall-għarfien sħiħ tagħha. Dan 
												b’mod ta’ l-għaġeb jidher 
												fil-ħerqa bla mistriħ 
												tal-bniedem għat-tfittix 
												kullimkien u f’kull qasam. Dan 
												jidher wisq aktar ukoll 
												fil-ħerqa tal-bniedem ħa jkun 
												jaf xi tfisser il-ħajja. 
												Il-progress fix-xjenza u t-teknika, 
												din ix-xhieda ċara tal-ħila 
												tal-bniedem biex jifhem minghajr 
												qatt ma jaqta’ qalbu, ma 
												jeħilsux il-bniedem mid-dmir li 
												jistħarreg dwar il-problemi 
												reliġjużi l-aktar għoljin, anzi 
												jħeġġuh biex jaffronta taqbid 
												mill-aktar kiefer u deċisiv, dak 
												tal-qalb u tal-kuxjenza morali. 
												  
												
												
												2. Ebda bniedem ma jista’ jevitá 
												din il-mistoqsija fondamentali:
												X’għandi nagħmel? Kif se 
												nagħraf it-tajjeb mill-ħażin?
												Għal din il-mistoqsija l-bniedem 
												jista’ jwieġeb biss bil-qawwa 
												tad-dija tal-veritá li tiddi fil-fond 
												ta’ l-Ispirtu tiegħu, kif 
												jixhdilna s-salmista: “Ħafna 
												jgħidu: ‘Min jurina r-riżq?’ 
												Ixħet fuqna, Mulej, id-dawl ta’ 
												wiċċek” (Salm 4, 7). 
												
												
												  
												
												
												Id-dawl ta’ wiċċ Alla, fil-ġmiel 
												kollu tiegħu, jiddi fuq il-wiċċ 
												ta’ Ġesú Kristu, li hu 
												“ix-xbieha ta’ Alla li ma 
												jidhirx” (Kol 1, 15), “id-dija 
												tal-glorja” tiegħu (Lh 1, 3), 
												“mimli grazzja u veritá” (Ġw 1, 
												14). Hu “t-triq, il-veritá, 
												il-ħajja” (Ġw 14, 6). Għalhekk 
												it-tweġiba deċiżiva għal kull 
												problema tal-bniedem, 
												speċjalment il-problemi 
												reliġjużi u morali, jagħtiha 
												Ġesú Kristu, anzi t-tweġiba hi 
												Ġesú Kristu nnifsu, kif jgħid 
												il-Konċilju Vatikan II: Hu biss
												fil-misteru tal-Verb magħmul 
												bniedem li verament jidher ċar 
												il-misteru tal-bniedem. Għax 
												Adam, l-ewwel bniedem, kien 
												xbieha tal-bniedem li kellu jiġi, 
												Kristu l-Mulej. Hu Kristu, it-tieni 
												Adam, li wera lill-bniedem 
												x’kien fih innifsu meta rrivela 
												l-misteru tal-Missier u ta’ 
												mħabbtu u wrieh ukoll x’kienet 
												is-sejħa tassew għolja tiegħu”. 
												
												
												  
												
												
												Ġesú Kristu, “dawl tal-ġnus”, 
												idawwal wiċċ il-Knisja tiegħu u 
												jibgħatha fid-dinja tħabbar l-Evanġelju 
												lill-ħolqien kollu (ara Mt 16, 
												15). 
												Hekk il-Knisja, il-poplu ta’ 
												Alla fost il-ġnus, 
												waqt li tqis sewwa l-isfidi 
												ġodda ta’ l-istorja u l-isforzi 
												tal-bnedmin biex ifittxu xi 
												tfisser il-ħajja, toffri ‘l 
												kulħadd it-tweġiba li toħroġ 
												mill-veritá dwar Ġesú Kristu u 
												l-Evanġelju tiegħu. Il-Knisja ma 
												tieqaf qatt tħares “id-dmir 
												tagħha li tagħraf is-sinjali 
												taż-żminijiet u tfissirhom fid-dawl 
												ta’ l-Evanġelju, b’mod li tkun 
												tista’ twieġeb, b’mod adatt 
												għaż-żmien li jkun, 
												għall-mistoqsijiet tal-bnedmin 
												dwar xi tfisser il-ħajja u dwar 
												il-ħajja li għad trid tiġi u 
												x’rabtiet hemm bejniethom”. 
												  
												
												
												3. Ir-Rgħajja tal-Knisja, 
												f’xirka mas-suċċessur ta’ San 
												Pietru, huma qrib il-fidili 
												f’dan l-isforz tagħhom billi, bi 
												mħabba u ħniena, ifittxu dejjem 
												kliem ġdid, li bih ikellmu mhux 
												biss lil dawk li jemmnu, imma 
												wkoll lill-bnedmin kollha ta’ 
												rieda tajba. Il-Konċilju Vatikan 
												II hu xhieda tassew ta’ l-għaġeb 
												ta’ din l-imġiba tal-Knisja li, 
												bħala “esperta ta’ l-umanitá”, 
												taqdi kull bniedem u 
												lill-bniedem kollu kemm hu. 
												
												
												
												  
												
												
												Il-Knisja taf li dak li hu 
												mitlub mill-moralitá 
												jolqot fil-fond is-sentiment ta’ 
												kull bniedem, u jimpenja ‘l 
												kulħadd, ukoll lil dawk li la 
												jagħrfu ‘l Kristu u l-Evanġelju 
												tiegħu u lanqas lil Alla. Il-Knisja 
												taf li t-triq 
												tas-salvazzjoni ta’ kulħadd hi 
												proprju fil-mixi fil-ħajja 
												morali, kif fakkar b’mod l-aktar 
												ċar il-Konċilju Vatikan II meta 
												kiteb: “Dawk li bla ħtija 
												tagħhom ma jafux bl-Evanġelju ta’ 
												Kristu u bil-Knisja tiegħu, iżda 
												bis-sinċeritá kollha ta’ qalbhom 
												qed ifittxu lil Alla, u qed 
												iħabirku biex jagħmlu r-rieda ta’ 
												Alla, magħrufa minn dak li 
												tgħidilhom il-kuxjenza tagħhom, 
												bil-ħidma tal-grazzja, jistgħu 
												jiksbu s-salvazzjoni ta’ dejjem”. 
												Il-Konċilju jkompli jgħid: 
												“Il-Providenza ta’ Alla ma 
												ċċaħħadx minn kull għajnuna 
												meħtieġa għas-salvazzjoni lil 
												dawk li mingħajr ebda ħtija 
												tagħhom għad ma waslux 
												għall-għarfien sħiħ ta’ Alla u 
												qed iħabirku, mhux mingħajr l-għajnuna 
												tal-grazzja ta’ Alla biex jgħixu 
												ħajja tajba. Kull ma għandhom 
												tajjeb u veru, il-Knisja tqisu 
												bħala tħejjija għall-Evanġelju 
												mogħti minn Dak li jdawwal kull 
												bniedem biex fl-aħħar jikseb 
												il-ħajja”. 
												  
												  
												
												
												L-GĦAN TA’ DIN L-ENĊIKLIKA 
												  
												
												
												4. Spiss, u l-aktar f’dawn l-aħħar 
												mitejn sena, il-Papiet, kemm 
												individwalment u kemm flimkien 
												mal-Kulleġġ ta’ l-Isqfijiet, 
												żvillupaw u xandru tagħlim 
												morali dwar il-ħafna oqsma 
												differenti tal-ħajja 
												tal-bniedem. F’isem Kristu u 
												bl-awtoritá tiegħu, huma ħeġġu, 
												wissew, għallmu; fit-tħabrik 
												tagħhom favur il-bniedem, huma u 
												jaqdu l-missjoni tagħhom, 
												wettqu, għenu u farrġu. 
												Bl-għajnuna ta’ l-Ispirtu 
												tal-veritá taw sehemhom biex 
												ikun hemm għarfien aħjar ta’ dak 
												li titlob il-moralitá fl-oqsma 
												tas-sesswalitá umana, 
												tal-familja, u tal-ħajja 
												soċjali, ekonomika u politika. 
												It-tagħlim tagħhom, kemm 
												fit-tradizzjoni tal-Knisja u 
												kemm fl-istorja tal-bniedem, hu 
												għarfien dejjem aktar fil-fond 
												tal-moralitá. 
												
												
												  
												
												
												Iżda llum, milli jidher, 
												jeħtieġ li nirriflettu mill-ġdid 
												fuq it-tagħlim morali kollu 
												tal-Knisja, bil-ħsieb preċiż 
												li nfakkru xi veritajiet 
												fondamentali tad-duttrina 
												kattolika li, fiċ-ċirkostanzi 
												ta’ llum, qed jiġu mgħawġa jew 
												imċaħħdin. Fil-komunitá 
												nisranija stess seħħet qagħda 
												ġdida li rat it-tixrid ta’ 
												ħafna dubji u diffikultajiet ta’ 
												natura umana u psikoloġika, 
												soċjali u kulturali, u ta’ 
												natura kollha kemm hi teoloġika 
												wkoll, dwar it-tagħlim morali 
												tal-Knisja. Illum m’għadhiex 
												aktar kwistjoni ta’ xi nuqqas 
												ta’ qbil sistematiku dwar 
												kollox, li qiegħed imur kontra 
												t-tagħlim morali tradizzjonali 
												tal-Knisja, bażat fuq għadd ta’ 
												presupposti antropoloġiċi u 
												etiċi. Dawn il-presupposti 
												għandhom l-għeruq tagħhom 
												fl-influwenza, ftit jew wisq 
												evidenti, ta’ xi fehmiet li 
												jaslu biex jifirdu l-libertá 
												tal-bniedem mir-relazzjoni 
												essenzjali u kostituttiva tagħha 
												mal-veritá. Hekk qed titwarrab 
												id-duttrina tradizzjonali dwar 
												il-liġi naturali u 
												l-universalitá u l-awtoritá li 
												ma tiġi nieqsa qatt tal-preċett 
												tagħha; xi tagħlim morali 
												tal-Maġisteru qed jitqies 
												bħallikieku mhux possibbli li 
												wieħed jaċċettah, anzi qed 
												jitqies ukoll li l-istess 
												Maġisteru m’għandux jindaħal fi 
												kwistjonijiet morali, ħlief 
												forsi biss biex “iħeġġeġ 
												il-kuxjenzi” jew biex 
												“jipproponi xi valuri” ħalli 
												fid-dawl tagħhom kull 
												indcdividwu, mingħajr ħadd ma 
												jindaħallu, jiddeċiedi hu 
												x’għandu jagħmel u x’jagħżel 
												f’ħajtu. 
												
												
												Ta’ min jinnota b’mod 
												partikulari n-nuqqas ta’ qbil 
												li hemm bejn it-tweġib 
												tradizzjonali tal-Knisja u xi 
												fehmiet teoloġiċi li qed 
												jinxterdu wkoll fis-Seminarji u 
												fil-Fakultajiet teoloġiċi, 
												dwar kwistjonijiet li huma ta’ 
												importanza kbira 
												għall-Knisja u għall-ħajja ta’ 
												fidi ta’ l-insara kif huma wkoll 
												għas-soċjetá tal-bnedmin kollha 
												kemm hi. 
												
												
												B’mod partikulari nistaqsu: 
												Il-kmandamenti ta’ Alla, li huma 
												miktubin fil-qalb tal-bniedem u 
												huma parti mill-Patt ta’ Alla, 
												jistgħu verament imexxu 
												l-għażliet li kuljum jagħmlu 
												l-individwi u s-soċjetajiet? 
												Tista’ tobdi ‘l Alla u għalhekk 
												tħobb ‘l Alla u ‘l għajrek 
												mingħajr ma tħares dawn 
												il-kmandamenti fiċ-ċirkustanzi 
												kollha tal-ħajja? Imxerrda ħafna 
												wkoll hi l-fehma li mir-rabta 
												intima li ma titħassar qatt li 
												hemm bejn il-fidi u l-moralitá 
												bħallikieku l-fidi biss meħtieġa 
												biex wieħed ikun membru 
												tal-Knisja u biex tkun imħarsa 
												l-għaqda intima tagħha, waqt li 
												fil-qasam tal-moralitá hu 
												permezz pluraliżmu ta’ fehmiet u 
												ta’ suriet ta’ mġiba skond ma 
												tgħid lil kull individwu 
												l-kuxjenza suġġettiva tiegħu jew 
												skond ma jvarjaw il-qagħdiet 
												soċjali u kulturali. 
												  
												
												
												5. Minħabba dawn iċ-ċirkostanzi 
												li għadhom magħna sa llum, 
												iddeċidejt – kif kont ħabbart 
												fl-ittra Appostolika Spiritus 
												Domini ta’ l-1 ta’ Awissu 
												1987 għeluq it-tieni mitt sena 
												tal-mewt ta’ San Alfons Marija 
												de’ Liguori – li nikteb 
												enċiklika “li titratta aktar 
												fit-tul u aktar fil-fond 
												il-problemi li għandhom x’jaqsmu 
												mas-sisien stess tat-teoloġija 
												morali”, 
												sisien li huma mheżża sewwa minn 
												xi tendenzi tat-teoloġija morali 
												ta’ żmienna. 
												
												
												  
												
												
												Inkellem lilkom, ħuti meqjuma 
												fl-Episkopat, li taqsmu miegħi 
												r-responsabbiltá tal-ħarsien 
												tat-“tagħlim tajjeb” (2 Tim 4, 
												3) bil-ħsieb li nindikaw 
												b’mod l-aktar ċar xi aspetti 
												duttrinali li huma ta’ 
												importanza fondamentali biex 
												naffaċċjaw din il-kriżi, 
												għaliex qed toħloq tant u tant 
												diffikultajiet għall-ħajja 
												morali ta’ l-insara, u tax-xirka 
												tal-Knisja, kif ukoll 
												għall-ħajja soċjali ġusta ta’ 
												solidarjetá. 
												
												
												  
												
												
												Jekk din l-enċiklika, li ilha 
												tant mistennija, qed tiġi 
												stampata issa, dan ġara wkoll 
												għaliex ridt li l-ewwel joħroġ
												il-Katekiżmu tal-Knisja 
												Kattolika billi għandu 
												tifsira sħiħa u sistematika 
												tad-duttrina morali nisranija 
												kollha. Il-Katekiżmu jurina 
												l-ħajja morali ta’ min jemmen, 
												fl-elementi fondamentali tagħha, 
												u fil-ħafna aspetti tagħha bħala 
												l-ħajja ta’ “wlied Alla”. 
												L-insara huma u jagħrfu fil-fidi 
												d-dinjitá ġdida tagħhom, huma 
												msejħin biex minn issa jgħixu 
												“ħajja li tixraq l-Evanġelju ta’ 
												Kristu” (ara Fil 1, 27). Permezz 
												tas-sagramenti u t-talb huma 
												jirċievu l-grazzja ta’ Kristu u 
												d-doni ta’ l-Ispirtu tiegħu, li 
												jagħtuhom il-ħila li jgħixu din 
												il-ħajja”. 
												Għalhekk din l-enċiklika, hija u 
												tagħmel riferenza 
												għall-Katekiżmu bħala “riferenza 
												żgura u awtentika tad-duttrina 
												kattolika” 
												tittratta biss xi problemi 
												fondamentali dwar id-duttrina 
												morali tal-Knisja f’sura ta’ 
												dixxerniment meħtieġ dwar 
												dawk il-problemi ta’ l-etika u 
												tad-duttrina morali li qed jiġu 
												diskussi mill-istudjużi. L-għan 
												proprju ta’ din l-enċiklika dan 
												hu: dwar il-problemi li qed jiġu 
												diskussi, l-ewwelnett nixtiequ 
												nuru f’dawl tassew ċar 
												il-prinċipji tad-duttrina 
												morali, bażati fuq l-Iskrittura 
												u t-Tradizzjoni Appostolika 
												ħajja, 
												imbagħad nuru wkoll f’dawl ċar 
												il-presupposti u l-konsegwenzi 
												tan-nuqqas ta’ ftehim li hemm 
												mad-duttrina morali. 
												  
												  
												
												
												  
												
												
												  
												
												
												  
												
												
												
												KAP I 
												
												
												
												  
												
												
												
												“MGĦALLEM, X’TAJJEB GĦANDI 
												NAGĦMEL” 
												
												
												
												(Mt 19, 16) 
												
												
												
												  
												
												
												KRISTU U T-TWEĠIBA DWAR 
												IL-MISTOQSIJA MORALI 
												
												
												  
												
												
												RESAQ WIEĦED FUQU...(Mt 19, 16) 
												
												
												
												6. Id-djalogu ta’ Ġesú 
												maż-żagħżugħ għani 
												
												li naqraw fil-kap XIX ta’ 
												l-Evanġelju ta’ San Mattew jiswa 
												ħafna biex jagħtina b’mod ħaj u 
												dirett it-tagħlim morali ta’ 
												Kristu. “Resaq wieħed fuqu u 
												qallu: “Mgħallem, x’tajjeb 
												għandi nagħmel biex nikseb 
												il-ħajja ta’ dejjem?” U Ġesú 
												qallu: ‘Għax tistaqsini fuq 
												it-tajjeb? Wieħed hu t-tajjeb. 
												Jekk int trid tidhol fil-ħajja, 
												ħares il-kmandamenti’. ‘Liema?’ 
												staqsieh dak. U Ġesú wieġbu: ‘la 
												toqtolx, la tiżnix, la tistraqx, 
												la tixhidx fil-falz, weġġaħ lil 
												missierek u ‘l ommok, u ħobb ‘l 
												għajrek bħalek innifsek’. Qallu 
												ż-żagħżugħ. ‘Jien dan kollu 
												ħaristu: x’jonqosni iżjed? 
												Wieġeb Ġesú: ‘Jekk trid tkun 
												perfett, mur, bigħ il-ġid li 
												għandek, agħtih lill-foqra, u 
												jkollok teżor fis-sema; imbagħad 
												ejja u imxi warajja’” (Mt 19, 
												16-21). 
												  
												
												
												
												7. “Resaq wieħed...” 
												
												Fiż-żagħżugħ., li 
												l-Evanġelju ta’ San Mattew ma 
												jgħidilniex x’kien jismu, 
												għandna naraw kull bniedem
												li jaf jew ma jafx, 
												jersaq lejn Kristu, il-Feddej 
												tal-bniedem, u jistaqsih dwar 
												il-moralitá. Għaż-żagħżugħ, 
												aktar mill-mistoqsija dwar 
												il-kmandamenti li kellu jħares 
												kienet importanti l-mistoqsija
												dwar it-tifsir sħiħ 
												tal-ħajja. U tassew din hi 
												x-xewqa li hi fil-qalba ta’ kull 
												ma l-bniedem jagħmel u 
												jiddeċiedi, it-tfittix fis-skiet 
												u l-ħerqa fil-fond tal-qalb 
												tal-bniedem li għalihom tqanqlu 
												l-libertá tiegħu. Din 
												il-mistoqsija hi fl-aħħar sejħa 
												lil Dak li hu waħdu Tajjeb li 
												jiġbidna u jsejħilna lejh, hi 
												l-eku tas-sejħa ta’ Alla li hu 
												l-bidu u t-tmiem tal-ħajja 
												tal-bniedem. Proprju għalhekk 
												il-Konċilju Vatikan II talab 
												tiġdid fit-teoloġija morali, 
												b’mod li turi bit-tagħlim tagħha 
												s-sejħa għolja li l-insara 
												għandhom fi Kristu, 
												it-tweġiba waħdanija li biss 
												tista’ ttemm ix-xewqat kollha 
												tal-qalb tal-bniedem. 
												
												
												  
												
												
												
												Alla sejjaħ lill-Knisja biex 
												tkun tista’ sseħħ din 
												il-“laqgħa” ma’ Kristu. 
												
												
												Il-Knisja “dan tixtieq li kull 
												bniedem isib ‘il Kristu, u li 
												Kristu stess jimxi ma’ kull 
												bniedem”. 
												  
												
												
												MGĦALLEM, X’TAJJEB GĦANDI 
												NAGĦMEL BIEX NIKSEB IL-ĦAJJA TA’ 
												DEJJEM” (Mt 19,16) 
												  
												
												
												8. 
												
												Il-mistoqsija li ż-żagħżugħ 
												għamel lil Ġesú ta’ Nazaret 
												ħarġet mill-fond ta’ qalbu: 
												hi mistoqsija essensjali 
												għall-ħajja ta’ kull bniedem li 
												teħtieġ tweġiba, għax hi 
												mistoqsija dwar dak li hu 
												moralment tajjeb u għandu jsir u 
												dwar il-ħajja ta’ dejjem. 
												Iż-żagħżugħ li kellem ‘il Kristu 
												kien jaf sewwa bir-rabta li hemm 
												bejn il-ġid morali u t-tmiem 
												sħiħ tad-destin tiegħu. Hu 
												Iżraelita twajjeb li għex, biex 
												ngħidu hekk, taħt id-dell 
												tal-Liġi tal-Mulej. Jekk għamel 
												il-mistoqsija lil Ġesú, nistgħu 
												nissopponu li għamilha għax 
												miġbud mill-persuna ta’ Kristu, 
												u dan qajjem fih innifsu 
												mistoqsijijiet ġodda dwar x’inhu 
												moralment tajjeb. Għaraf 
												il-ħtieġa li jersaq lejn Dak li 
												ta bidu għax-xandir tiegħu 
												b’eżortazzjoni fondamentali 
												ġdida: “Iż-żmien huwa mitmum, u 
												s-Saltna ta’ Alla waslet: indmu 
												u emmnu fil-Bxaa t-tajba” (Mk 1, 
												15). 
												
												
												  
												
												
												
												Jeħtieġ li l-bniedem ta’ żmienna 
												wkoll jerġgħu jduru lejn Kristu 
												biex jilqgħu minn għandu 
												t-tweġiba dwar x’inhu tajjeb u 
												x’inhu ħażin. 
												
												Hu l-Imgħallem, l-Irxoxt, li 
												għandu l-ħajja fih innifsu, li 
												hu dejjem mal-Knisja tiegħu u 
												fid-dinja kollha. Hu jfisser 
												lill-insara l-Kotba Mqaddsa, u, 
												huwa u jirrivela r-rieda sħiħa 
												tal-Missier, jgħallem il-veritá 
												dwar l-imġiba morali. Kristu 
												l-għajn ewlenija u l-quċċata ta’ 
												l-ekonomija tas-salvazzjoni, l-Alpha 
												u l-Omega, il-bidu u t-tmiem 
												ta’ l-istorja kollha tal-bniedem 
												(ara Apok 1, 8; 21, 6; 22,13), 
												juri x’inhi l-qagħda tal-bniedem 
												u x’inhi s-sejħa sħiħa tiegħu. 
												Għalhekk, “il-bniedem li jrid 
												jagħraf fil-fond lilu nnifsu 
												–mhux biss fl-aspetti u 
												l-kwalitajiet ta’ ħajtu li hu 
												jagħraf minnufih, li spiss huma 
												imperfetti, jinsabu barra minnu 
												nnifsu, u kemm-il darba 
												superfiċjali u qarrieqa – għandu 
												jersaq lejn Kristu, bil-qtigħ 
												il-qalb u d-dubji tiegħu, 
												bid-dgħufija u l-ħażen tiegħu, 
												bil-ħajja u bil-mewt tiegħu. 
												Għandu, biex ngħidu hekk, jidħol 
												fih kollu kemm hu, għandu “jieħu 
												għalih” u jagħmel tiegħu 
												l-veritá kollha kemm hi ta’ 
												l-Inkarnazzjoni u tal-Fidwa biex 
												jerġa’ jsib lilu nnifsu. Jekk 
												dan il-proċess iseħħ fil-fond 
												tal-bniedem, dan ikollu l-frott 
												mhux biss ta’ l-adorazzjoni ta’ 
												Alla, imma wkoll ta’ l-istagħġib 
												kbir bih innifsu”. 
												
												
												  
												
												
												Jekk mela rridu naslu fil-qalba 
												tat-tagħlim ta’ l-Evanġelju dwar 
												l-imġiba morali, u nifhmu dak 
												kollu li fiha hu għoli u ma 
												jitbiddel qatt, għandna ngħarblu 
												bir-reqqa kollha t-tifsira 
												tat-tweġiba ta’ Ġesú, immexxijin 
												minnu. B’għarfien psikoloġiku 
												mill-aktar fin, Ġesú wieġeb 
												liż-żagħżugħ qisu qed jeħodlu 
												idu biex imexxih pass pass ‘il 
												quddiem ħa jwasslu għall-veritá 
												sħiħa. 
												  
												
												
												“WIEĦED HU T-TAJJEB” (Mt 19, 17) 
												
												
												9. Ġesú qallu: “Għax tistaqsini 
												fuq it-tajjeb? Wieħed hu 
												t-Tajjeb. Jekk int trid tidħol 
												fil-ħajja, ħares il-kmandamenti” 
												(Mt 19, 17). Fl-Evanġelju ta’ 
												San Mark u ta’ San Luqa 
												l-mistoqsija hi b’dan il-kliem 
												li ġej: “Għaliex qiegħed 
												issejjaħli ‘tajjeb’? Ħadd ma hu 
												tajjeb ħlief Alla biss” (Mk 10, 
												18; ara Lq 18, 19). 
												
												
												  
												
												
												Qabel ma wieġeb 
												għall-mistoqsija, Kristu wissa 
												liż-żagħżugħ biex jgħarbel lilu 
												nnifsu ħa jara għaliex għamel 
												il-mistoqsija: “L-Imgħallem 
												tajjeb” lil dak li staqsieh – u 
												lilna lkoll – jgħidlu li 
												t-tweġiba għall-mistoqsija: 
												“X’tajjeb għandi nagħmel biex 
												nikseb il-ħajja ta’ dejjem?” 
												tista’ tinsab biss jekk wieħed 
												idur b’qalbu kollha lejn Dak li 
												hu waħdu “t-Tajjeb”. “Ħadd ma hu 
												tajjeb ħlief Alla biss” (Mk 
												10,18; ara Lq 18, 19) Alla 
												waħdu jista’ jwieġeb 
												għall-mistoqsija dwar x’inhu 
												t-tajjeb, għax Hu biss hu 
												t-Tajjeb. 
												
												
												
												  
												
												
												
												Tfittex int innifsek x’inhu 
												t-tajjeb mhux ħlief li ddur lejn 
												Alla, 
												li hu l-milja tat-tjieba. Ġesú 
												juri li l-mistoqsija magħmula 
												lilu miż-żagħżugħ hi, fl-aħħar 
												mill-aħħar, mistoqsija 
												reliġjuża u li t-tjieba, li 
												tiġbed u fl-istess ħin torbot 
												lill-bniedem, għandha l-bidu 
												tagħha f’Alla, hi l-istess Alla. 
												Alla biss jistħoqqlu tħobbu 
												“b’qalbek kollha, b’ruħek 
												kollha, u b’moħħok kollu” (Mt 
												22, 37). Hu l-għajn ta’ l-hena 
												tal-bniedem. Ġesú jreġġa’ lura 
												l-mistoqsijiet ta’ Alla, li hu 
												waħdu Tajjeb, il-milja 
												tal-ħajja, l-għan aħħari ta’ 
												kull għemil tal-bniedem, 
												l-hena perfett. 
												  
												
												
												10.
												
												
												Il-Knisja mgħallma bi kliem 
												l-Imgħallem, temmen li l-bniedem 
												maħluq xbieha tal-Ħallieq 
												tiegħu, mifdi bid-demm ta’ 
												Kristu, u mqaddes bil-preżenza 
												ta’ l-Ispirtu s-Santu, għandu 
												bħala l-għan aħħari ta’
												ħajtu li jkun 
												“għat-tifħir tal-glorja” 
												ta’ Alla (ara Ef 1, 12), 
												billi jfittex li kull ħaġa li 
												jagħmel tirrifletti d-dija ta’ 
												dik il-glorja. “Agħraf lilek 
												innifsek, o ruh taq’ ġmiel li ma 
												bħalu, int xbieha ta’ Alla”
												– jikteb San Ambroġ – 
												“Agħraf lilek innifsek, o 
												bniedem, int il-glorja ta’ 
												Alla (1Kor 14, 7). Isma’ kif 
												int glorja ta’ Alla. Il-Profeta 
												jgħid: Il-għerf tiegħek ta’ 
												l-għaġeb, ma nwassalx għalih 
												(Salm 138, 6): jiġifieri 
												fl-għemil tiegħi l-kobor tiegħek 
												sar aktar ta’ l-għaġeb, 
												fil-fehma tal-bniedem jixxandar 
												l-għerf tiegħek. Meta nqis lili 
												nnifsi, li int tagħraf 
												mill-ħsibijiet moħbija u 
												mis-sentimenti l-aktar għolja 
												tiegħi, jien nagħraf il-misteri 
												ta’ l-għerf tiegħek. Agħraf mela 
												lilek innifsek bniedem u ara 
												kemm int kbir, u ishar fuqek 
												innifsek...”. 
												  
												
												
												
												Dak il-bniedem hu u dak li 
												għandu jidher meta Alla juri 
												lilu nnifsu. 
												
												Id-Dekalogu għandu s-sisien 
												tiegħu fuq dan il-kliem: “Jien 
												hu l-Mulej, Alla tiegħek, li 
												ħriġtek mill-art ta’ l-Eġittu, 
												minn dar il-jasar. Ma jkollokx 
												allat oħra għajri” (Eż 20, 2-3). 
												Alla “fl-għaxar kelmiet” 
												tal-Patt ma’ Iżrael, u fil-liġi 
												kollha, għarraf lilu nnifsu u 
												ġie magħruf bħala Dak li hu 
												“waħdu t-Tajjeb”, bħala Dak li, 
												għalkemm daħal id-dnub fin-nofs, 
												baqa’ l-“mudell” ta’ kull għemil 
												morali, skond il-kmandament: 
												“Għandkom tkunu qaddisin, għax 
												qaddis jien, il-Mulej Alla 
												tagħkom” (Lev 19, 2); bħala Dak 
												li baqa’ fidil fl-imħabba tiegħu 
												għall-bniedem, u tah il-Liġi 
												tiegħu (ara Eż 19, 9-24; 20, 
												18-21), biex titwaqqaf mill-ġdid 
												l-armonija li kien hemm fil-bidu 
												mal-Ħallieq u mal-ħolqien kollu 
												u biex, fuq kollox, jerġgħu lura 
												għall-imħabbtu: “Nitlajja 
												f’nofskom u nkun Alla tagħkom u 
												intom tkunu l-poplu tiegħi” (Lev 
												26, 12). 
												
												
												
												Il-ħajja morali tidher bħala 
												tweġiba 
												
												dovuta għal ħafna inizjattivi li 
												minn rajh Alla jkattar 
												għall-imħabba tiegħu 
												għall-bniedem. Hi tweġiba ta’ 
												mħabba skond id-Dewtronomju
												dwar l-aqwa kmandament: 
												“isma’, o Iżrael, Alla tagħna 
												l-Mulej, il-Mulej waħdu. Ħobb 
												mela l-Mulej Alla tiegħek 
												b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, 
												u b’saħħtek kollha. Żomm 
												f’qalbek dan il-kliem u dawn 
												il-kmandamenti, li qiegħed 
												nagħtik illum. Tennihom lil 
												uliedek” (Dewt 6, 47) B’dan 
												il-mod il-ħajja morali, marbuta 
												ma l-imħabba mogħtija minn Alla 
												minn rajh, trid turi l-glorja 
												tiegħu: “Biżżejjed għal min 
												iħobb lil Alla li jkun jogħġob 
												lil min iħobb, għax wieħed 
												m’għandux jistenna ħlas aqwa 
												mill-istess imħabba: għax 
												l-imħabba ġejja minn Alla nnifsu 
												hu mħabba”. 
												  
												
												
												11. Il-Kliem “wieħed hu 
												t-tajjeb” ireġġagħna għall-ewwel 
												tavla” tal-kmandamenti, li 
												twassalna biex ngħarfu ‘l Alla 
												bħala l-Mulej u li lilu biss 
												għandha tingħata qima 
												għall-qdusija bla qjies tiegħu 
												(ara Eż 20, 2-11). Ħaġa tajba 
												tkun ta’ Alla u tobdih, 
												timxi flimkien miegħu fiċ-ċokon 
												tiegħek, int u tagħmel dak li hu 
												ġust u tħobb u tkun ħanin (ara 
												Mikea 6, 8). Tagħraf il-Mulej 
												bħala Alla hu l-ewwel kap, 
												il-qofol tal-Liġi, li minnu 
												joħorġu u lejh iwasslu 
												l-kmandamenti partikulari 
												kollha. Bil-moralitá 
												tal-kmandamenti jidher ċar li 
												l-poplu ta’ Iżrael hu tal-Mulej, 
												għax Alla biss hu waħdu 
												t-Tajjeb. Din hi x-xhieda 
												tal-Kotba Mqaddsa li għandhom 
												kull paġna tagħhom mimlija 
												bl-għarfien ħaj tal-qdusija bla 
												qjies ta’ Alla: “Qaddis, qaddis, 
												qaddis, il-Mulej Alla ta’ 
												l-eżerċti” (Is 6, 3). 
												
												
												  
												
												
												Iżda, jekk Alla waħdu hu 
												t-tajjeb, ebda sforz 
												tal-bniedem, u lanqas il-ħarsien 
												strett tal-kmandamenti ma 
												jwasslu biex “isseħħ” il-Liġi, 
												jiġifieri li tagħraf il-Mulej 
												bħala Alla u tagħtih il-qima li 
												tistħoqq lilu biss (ara Mt 
												4,10). “Is-sbuħija” tiġi biss 
												b’don ta’ Alla: għax hi 
												stedina għal sehem fit-Tjieba 
												ta’ Alla li dehret u ngħatat 
												f’Ġesú, dak li ż-żagħżugħ għani 
												sejjaħlu: “Mgħallem tajjeb” (Mk 
												10, 17; Lq 18, 18). Dak li 
												ż-żagħżugħ kien forsi għadu qed 
												jintebaħ bih u fl-aħħar ġie 
												rivelat għal kollox minn Ġesú 
												stess bl-istedina: “Ejja, imxi 
												warajja” (Mt 19, 21). 
												
												
												  
												
												 “JEKK 
												INT TRID TIDĦOL FIL-ĦAJJA, ĦARES 
												IL-KMANDAMENTI” (Mt 19, 17). 
												  
												
												
												12. 
												
												Alla biss jista’ jwieġeb 
												għall-mistoqsija x’inħu 
												t-tajjeb, għax hu waħdu 
												t-Tajjeb. Iżda Alla ġa wieġeb 
												għal din il-mistoqsija: dan 
												għamlu meta ħalaq il-bniedem 
												u mexxieh b’imħabba u għerf 
												lejn l-għan aħħari tiegħu 
												permezz ta’ liġi miktuba f’qalbu 
												stess (ara Rum 2, 15), “il-liġi 
												tan-natura”. Din “m’hijiex ħlief 
												id-dawl tal-fehma li tnissel 
												fina minn Alla bih nagħrfu 
												x’għandna nagħmlu u x’ma 
												għandniex nagħmlu. Dan id-dawl u 
												din il-liġi Alla tahom 
												lill-bniedem fil-ħolqien”. 
												Dan għamlu wkoll fil-ġrajja 
												ta’ Iżrael l-aktar 
												bl-“għaxar kelmiet” jew 
												kmandamenti fis-Sinaj li bihom 
												ta bidu għall-poplu tal-Patt 
												(ara Eż 24) u sejjaħlu biex ikun 
												għalih “poplu minn fost il-popli 
												kollha”, “ġens qaddis” (Eż 19, 
												56) biex bih tiddi qdusitu fost 
												il-ġnus (ara Għerf 18, 4; Eżek 
												20, 41). Id-don tad-Dekalogu hu 
												wegħda u sinjal tal-Patt 
												il-Ġdid li bih il-liġi 
												tinkiteb mill-ġdid fil-fond 
												tal-qalb tal-bniedem (ara Ġer 
												31, 31-34) u tieħu l-post 
												tal-liġi tad-dnub, li ħassret 
												il-qalb tal-bniedem (ara Ġer 17, 
												1). Tingħata mbagħad “qalb 
												ġdida” għax fiha tgħammar “ruħ 
												ġdida”, l-Ispirtu ta’ Alla (ara 
												Eżek 36, 24-28). 
												
												
												  
												
												
												Minħabba f’hekk, wara li Ġesú 
												tenna b’mod l-aktar ċar: “Wieħed 
												hu t-tajjeb”, liż-żagħżugħ 
												qallu: “Jekk int trid tidħol 
												fil-ħajja, ħares il-Kmandamenti” 
												(Mt 19, 17). B’dan il-mod 
												tintwera r-rabta li ma bħala 
												li hemm bejn il-ħajja ta’ dejjem 
												u l-ħarsien tal-kmandamenti ta’ 
												Alla, għaliex il-kmandamenti 
												ta’ Alla juru lill-bniedem 
												it-triq tal-ħajja u jwassluh 
												għaliha. Minn fomm Ġesú stess, 
												Mose ġdid, jingħataw mill-ġdid 
												lill-bnedmin il-kmandamenti 
												tad-Dekalogu; Hu jwettaqhom għal 
												kollox u jurihomlna bħala triq u 
												kondizzjoni għas-salvazzjoni. 
												Il-kmandamenti huma marbutin ma’ 
												wegħda: fil-Patt il-Qadim 
												il-wegħda kienet ta’ art li fiha 
												l-poplu kien jista’ jgħix ħieles 
												u skond il-ġustizzja (ara Dewt 
												6, 20-25); fil-Patt il-Ġdid 
												il-wegħda hi dwar “is-Saltna 
												tas-smewwiet”, kif ħabbar Ġesú 
												huwa u jagħti bidu għad-“Diskors 
												tal-muntanja” – li jxandar 
												fit-tul u b’mod sħiħ il-Liġi 
												l-Ġdida (ara Mt 5-7) diskors li 
												hu marbut b’mod ċar mad-Dekalogu 
												mogħti minn Alla lil Mosé fuq 
												is-Sinaj. Il-frażi “ħajja ta’ 
												dejjem” tfisser l-istess realtá 
												tas-Saltna, għax il-ħajja ta’ 
												dejjem hi tisħib fl-istess ħajja 
												ta’ Alla; isseħħ fil-milja 
												kollha tagħha wara l-mewt, iżda 
												hi bil-fidi minn issa stess dawl 
												tal-veritá, għajn ta’ tifsir 
												għall-ħajja, bidu ta’ tisħib 
												fil-qofol tal-mixi wara Kristu. 
												Dan għaliex Ġesú, wara l-laqgħa 
												maż-żagħżugħ għani, qal 
												lid-dixxipli: “Kull min iħalli 
												‘l daru jew ‘il ħutu jew 
												il-missieru jew ‘l ommu jew ‘l 
												uliedu jew ir-raba’ tiegħu 
												minħabba f’ismi jerġa’ jircievi 
												kollox għal mitt darba iktar, u 
												jieħu b’sehmu l-ħajja ta’ 
												dejjem” (Mt 19, 29). 
												
												
												13. It-tweġiba ta’ Ġesú ma 
												kinitx biżżejjed għaż-żagħżugħ, 
												li kompla jistaqsi 
												lill-Imgħallem dwar 
												il-kmandamenti li għandhom 
												jitħarsu: “‘liema?’ staqsieh” 
												(Mt 19, 18). Staqsa x’għandu 
												jagħmel fil-ħajja biex juri 
												l-għarfien tiegħu tal-qdusija 
												ta’ Alla. Wara li dawwar ħsieb 
												iż-żagħżugħ lejn Alla, Ġesú 
												jsemmilu xi kmandamenti 
												tad-Dekalogu li huma dwar 
												il-proxxmu. Ġesú wieġbu; ‘la 
												toqtolx, la tiżnix, la tisraqx, 
												la tixhidx fil-falz, weġġah lil 
												missierek u ‘l ommok u ħobb lil 
												għajrek bħalek innifsek’” (Mt 
												19, 18-19). 
												
												
												  
												
												
												Mill-kontest tad-djalogu u 
												l-aktar meta nqabblu dak li 
												jgħid San Mattew ma’ dak li 
												jgħidu San Mark u San Luqa dwar 
												din il-grajja, jidher li Ġesú ma 
												riedx isemmi kull kmandament u 
												l-kmandamenti kollha meħtieġa 
												“għad-dħul fil-ħajja”, iżda 
												aktar ried jgħarraf liż-żagħżugħ 
												biċ-“ċentralitá” tad-Dekalogu
												imqabbel ma’ kull kmandament 
												ieħor, għax id-Dekalogu juri 
												lill-bniedem x’ifisser “Jien hu 
												l-Mulej Alla tiegħek”. Iżda ma 
												nistgħux ma nintebħux liema 
												kienu l-kmandamenti ta’ dik li 
												ngħidulha “it-tieni tavla” 
												tad-Dekalogu li jinġabru f’dak 
												li hu l-pedament tagħhom, 
												il-kmandamenti ta’ l-imħabba 
												tal-proxxmu: “Ħobb ‘l 
												għajrek bħalek innifsek” (Mt 19, 
												19; Mk 12, 31). Dan 
												il-kmandament b’mod ċar juri 
												d-dinjitá speċjali tan-natural 
												tal-bniedem “li fost 
												il-ħlejjaq kollha, Alla lilu 
												biss ried minħabba fih innifsu”. 
												Il-kmandamenti tad-Dekalogu 
												m’humiex ħlief rifrazzjoni 
												tal-kmandament waħdieni dwar 
												il-ġid tal-persuna li mill-ħafna 
												suriet ta’ ġid tagħha tikseb 
												l-identitá ta’ kreatura 
												spiritwali u korporali 
												fir-relazzjonijiet tagħha ma’ 
												Alla, ma’ għajrha u mad-dinja 
												madwarha. Kif jgħallem il-Katekiżmu 
												tal-Knisja Kattolika 
												l-għaxar kamandamenti ġew 
												rivelati minn Alla. Fl-istess 
												ħin jgħallmuna x’inhi verament 
												in-natura tal-bniedem. Juru 
												x’inhuma d-dmirijiet 
												fondamentali tiegħu. 
												
												
												  
												
												
												Il-kmandamenti li Ġesú fakkar 
												liż-żagħżugħ li tkellem miegħu 
												iridu jħarsu l-ġid 
												tal-persuna tal-bniedem, maħluq 
												xbieha ta’ Alla, permezz 
												tal-ħarsien ta’ ġidu 
												kollu. “La toqtolx, tiżnix, la 
												tisraqx, la tixhidx fil-falz” 
												huma normi morali, f’sura ta’ 
												projbizzjonijiet. Kamandamenti 
												f’sura negattiva jfissru b’mod 
												aktar qawwi l-ħtieġa assoluta li 
												tkun imħarsa l-ħajja 
												tal-bniedem, ix-xirka 
												tal-persuni fiż-żwieġ, 
												il-proprjetá privata, l-imħabba 
												għall-veritá u l-fama t-tajba 
												tan-nies.  
												
												
												
												  
												
												
												Huma kmandamenti li juru 
												x’għandhom ikunu 
												l-kundizzjonijiet fondamentali 
												għall-imħabba tal-proxxmu, u 
												fl-istess ħin huma għarfien ta’ 
												dawn il-kondizzjonijiet. Huma 
												l-ewwel pass fil-mixi lejn 
												il-ħelsien, u bidu tiegħu. 
												“L-ewwel ħelsien mela – jikteb 
												Santu Wistin – hu l-ħelsien minn 
												kull għemil ħażin...bħalma huwa 
												l-qtil, l-adulterju, it-tinġis 
												taż-żina, is-serq, il-qerq, 
												is-sagrileġġ u l-bqija. Meta 
												l-bniedem jibda ma jagħmilx dan 
												(u kull bniedem nisrani 
												m’għandux jagħmlu), jibda jerfa’ 
												ħarstu lejn il-ħelsien; iżda dan 
												huwa biss bidu, mhux ħelsien 
												perfett...” 
												  
												
												
												14. Dan żgur ma jfissirx li 
												Kristu ried li l-imħabba 
												tal-proxxmu tiġi qabel l-imħabba 
												ta’ Alla jew li tinfired minnha. 
												Hu veru l-kuntrarju, kif jidher 
												mid-djalogu ma’ wieħed għaref 
												fil-Liġi: lil dan l-għaref li 
												għamel lil Ġesú tista’ tgħid 
												l-istess mistoqsija li kien 
												għamillu ż-żagħżugħ, indikalu 
												ż-żewġ kmandamenti ta’ l-imħabba 
												ta’ Alla u tal-proxxmu (ara 
												Lq 10, 25-27) u wissieh li biss 
												il-ħarsien tagħhom seta’ jwassal 
												għall-ħajja ta’ dejjem: “Agħmel 
												hekk u tgħix” (Lq 10, 28). 
												L-Imgħallem wieġeb bil-parabbola 
												tas-Samaritan it-tajjeb, 
												parabbola li hi l-aqwa u l-aħjar 
												mezz biex nifhmu l-kmandament 
												ta’ l-imħabba tal-proxxmu (Lq 
												10, 30-37). 
												
												
												  
												
												
												Iż-żewġ kmandamenti li “huma 
												l-qofol tal-Liġi kollha u 
												tal-Profeti” (Mt 22, 40) 
												għandhom rabta li ma bħalha 
												bejniethom u qishom jidħlu 
												f’xulxin. Kristu bi kliemu u 
												b’għemilu ta xhieda ta’ 
												l-għaqda bejniethom ta’ dawn 
												iż-żewġ kmandamenti, għaqda li 
												ma tista’ tiġi nieqsa qatt: 
												il-missjoni tiegħu laħqet 
												il-qofol tagħha fuq is-Salib, li 
												bih ġejna mifdijin (ara Ġw 3, 
												14-15), li hu sinjal ta’ 
												l-imħabba waħda tiegħu 
												għall-Missier u għall-ġens kollu 
												tal-bnedmin (ara Ġw 13, 1). 
												
												
												  
												
												
												Madankollu, kemm il-Patt 
												il-Qadim u kemm il-Patt il-Ġdid 
												jgħidu ċar li ma jistax ikun 
												hemm vera mħabba ta’ Alla 
												mingħajr l-imħabba tal-proxxmu,
												li sseħħ bil-ħarsien 
												tal-kmandamenti. Dan jiktbu 
												b’qawwa li ma bħalha San Ġwann; 
												“Jekk xi ħadd jgħid: ‘Jien nħobb 
												‘l Alla’, u jobgħod lil ħuħ, dan 
												ikun giddieb, għax min ma jħobbx 
												lil ħuħ li jara kif jista’ jħobb 
												lil Alla li hu qatt ma rah?” (1 
												Ġw 4, 20). 
												
												
												  
												
												
												L-Evanġelista jtenni t-tagħlim 
												morali tal-predikazzjoni ta’ 
												Kristu, tagħlim imfisser b’mod 
												ċar u tassew ta’ l-għaġeb 
												fil-parabbola tas-Samaritan 
												it-tajjeb (Lq 10, 30-37) u 
												fid-“diskors” dwar il-ġudizzju 
												ta’ l-aħħar (ara Mt 25, 31-46). 
												  
												
												
												15. Fid-“diskors fuq 
												il-muntanja” li hi l-magna 
												charta 
												tat-tagħlim morali ta’ 
												l-Evanġelju, Ġesú qal: “Xejn 
												taħsbu li ġejt inwaqqa’ l-Liġi 
												jew il-Profeti; jiena ma ġejtx 
												inwaqqagħhom, iżda biex 
												inwassalhom għall-perfezzjoni” 
												(Mt 5, 17). Kristu hu l-muftieħ 
												biex nifhmu l-Iskrittura “Intom 
												tistudjaw 
												l-Iskrittura...hemmhekk issibu 
												x-xhieda fuqi” (Ġw 5, 39); hu 
												l-qofol ta’ l-ekonomija 
												tas-salvazzjoni, u jiġbor fih 
												it-Testment il-Qadim u 
												t-Testment il-Ġdid, il-wegħdiet 
												tal-Liġi u s-sħubija tagħhom 
												fl-Evanġelju; Hu r-rabta ħajja u 
												ta’ dejjem bejn il-Patt il-Qadim 
												u l-Patt il-Ġdid. San Ambroġ, 
												huwa u jfisser kliem San Pawl” “L-iskop 
												tal-Liġi hu Kristu” (Rum 10, 4), 
												jikteb: “Il-milja tal-Liġi
												u mhux in-nuqqasijiet 
												tagħha, hi fi Kristu; 
												għax Hu ġie mhux biex ineħħi 
												l-Liġi imma biex iwassalha 
												għall-perfezzjoni, għaliex kif 
												hemm il-veritá fit-Testment 
												il-Qadim, imma l-veritá sħiħa hi 
												fit-Testment il-Ġdid, hekk 
												il-Liġi mogħtija permezz ta’ 
												Mosé hi biss xbieha tal-liġi 
												vera. Il-liġi ta’ Mosé hi xbieha 
												tal-veritá. 
												
												
												  
												
												
												
												Ġesú wassal għall-perfezzjoni 
												l-kmandamenti ta’ Alla, 
												
												
												u l-aktar il-kmandament ta’ 
												l-imħabba tal-proxxmu, billi 
												wassal għat-tifsir sħiħ u għoli 
												tagħhom dak li kienu jitolbu:
												l-imħabba tal-proxxmu tinbet
												f’qalb li tħobb, u għax 
												tħobb għandha l-ħila tagħmel 
												kull ma titlob, għoli kemm hu 
												għoli. Ġesú wera li 
												l-kmandamenti ma għandniex 
												nifhmuhom bħallikieku qed 
												jgħidulna biss l-inqas li wieħed 
												ma jistax ma jagħmilx, iżda huma 
												iktar it-triq li fiha jrid jimxi 
												min irid jikseb il-perfezzjoni 
												morali u spiritwali li tagħha 
												l-imħabba hi l-qofol (ara Kol 3, 
												14). Hekk il-kmandament “La 
												toqtolx” hu stedina 
												għall-imħabba kollha ħerqa biex 
												tkun imħarsa u tiġi ‘l quddiem 
												ħajjet il-proxxmu; il-kmandament 
												li jipprojbixxi ż-żina hu 
												stedina biex wieħed iħares lejn 
												l-oħrajn b’ħarsa ta’ safa’, hekk 
												li juri kull rispett lejn 
												it-tifsira tal-ġisem 
												għaż-żwieġ”. “Smajtu x’intqal 
												lin-nies ta’ dari: ‘La toqtolx’. 
												Mela jekk xi ħadd joqtol, ikun 
												ħaqqu l-kundanna. Imma jien 
												ngħidilkom li l-kundanna 
												tistħoqq ukoll lil min jinkorla 
												għal ħuħ...Smajtu x’intqal: 
												‘La tagħmilx adulterju’; imma 
												jien ngħidilkom li kull min 
												iħares lejn mara u jixtieqha 
												jkun ġa għamel adulterju magħha 
												f’qalbu’” (Mt 5, 21-22, 27-28).
												Kristu nnifsu hu “t-tmiem” 
												ħaj tal-Liġi, għaliex hu 
												juri t-tifsir sħiħ tal-Liġi 
												bl-għoti tiegħu nnifsu kollu 
												kemm hu: Hu nnifsu jsir 
												il-Liġi ħajja u personali, 
												li jistedinna biex nimxu warajh; 
												bl-Ispirtu s-Santu jagħtina 
												l-grazzja li nissieħbu f’ħajtu u 
												f’imħabbtu, u jagħtina l-qawwa 
												biex nagħtu xhieda għalih 
												bl-għażliet u l-għemejjel tagħna 
												(ara Ġw 13, 34-35). 
												  
												
												
												“JEKK TRID TKUN PERFETT” (Mt 19, 
												21) 
												
												
												16. It-tweġiba dwar 
												il-kmandamenti ma kinitx 
												biżejjed għaż-żagħżugħ li staqsa 
												lil Ġesú. “Jien dan kollu 
												ħaristu. X’jonqosni iżjed?” 
												(Mt 19, 20). Hi ħaġa tassew 
												iebsa tgħid b’kuxjenza ċara, 
												“Jiena dan kollu ħaristu” 
												jekk tqis tassew t-toqol ta’ dak 
												li titlob il-Liġi ta’ Alla u 
												jinsab fiha. Iż-żagħżugħ għani, 
												minkejja li ta din it-tweġiba u 
												minn tfulitu ħares l-ideal 
												morali bis-serjetá u 
												l-ġenerożitá kollha, għaraf li 
												kien għadu ħafna ‘l bogħod, u 
												quddiem Ġesú ntebaħ li kien 
												nieqes minn xi ħaġa. Dan 
												l-għarfien miż-żagħżugħ 
												tal-faqar tiegħu, wassal lil 
												Ġesú għall-aħħar tweġiba. Huwa u 
												jagħraf ix-xewqa taż-żagħżugħ 
												għal xi ħaġa aqwa, aktar ‘il fuq 
												mit-tifsiraleġistika 
												tal-kmandamenti, l-Imgħallem 
												tajjeb stiednu jaqbad it-triq 
												tal-perfezzjoni: “Jekk trid 
												tkun perfett, mur, bigħ il-ġid 
												li għandek, agħtih lill-foqra, u 
												jkollok teżor fis-sema, imbagħad 
												ejja u imxi warajja” (Mt 19, 
												21).  
												
												
												  
												
												
												Kif qrajna u fissirna t-tweġiba 
												ta’ qabel ta’ Ġesú, hekk issa 
												rridu naqraw u nfissru din 
												it-tweġiba, jiġifieri fid-dawl 
												tat-tagħlim morali kollu kemm hu 
												ta’ l-Evanġelju, u l-aktar 
												fid-dawl tad-Diskors 
												tal-Muntanja, fid-dawl 
												tal-beatitudni (ara Mt 5, 3-12), 
												li l-ewwel waħda fosthom hi 
												l-hena tal-foqra, “il-foqra 
												fl-ispirtu” kif isejħilhom San 
												Mattew (Mt 5, 3) jiġifieri 
												l-umli u ċ-ċkejknin. 
												
												
												  
												
												
												F’dan is-sens nistgħu ngħidu li
												l-beatitudnijiet ukoll 
												jinsabu fit-tweġiba li Ġesú ta 
												liż-żagħżugħ li staqsieh: 
												“X’tajjeb għandi nagħmel biex 
												nikseb il-ħajja ta’ dejjem?” 
												Kull beatiduni, bil-mod proprja 
												tagħha, twiegħed dak il-“id” li 
												jiftaħ il-ħajja ta’ dejjem 
												għall-bniedem, anzi li hu stess 
												huwa l-ħajja ta’ dejjem. 
												 
												
												
												  
												
												
												Proprjament il-beatitudnijiet
												ma humiex normi speċjali 
												dwar l-imġiba, imma jitkellmu 
												dwar qagħdiet u 
												dispożizzjonijiet fondamentali, 
												għalhekk m’humiex eżattament 
												l-istess ħaġa bħal kmandamenti.
												Iżda min-naħa l-oħra ma 
												hemm ebda firda jew oppożizzjoni
												bejn il-beatitudnijiet u 
												l-kmandamenti: it-tnejn huma 
												għall-ġid, għall-ħajja ta’ 
												dejjem. Id-Diskors tal-Muntanja 
												jibda bit-tmien beatitudnijiet 
												iżda fid-Diskors tintwera 
												r-relazzjoni li għandhom 
												mal-kmandamenti (ara Mt 5, 
												20-48), għaliex id-Diskors 
												tal-Muntanja juri li 
												l-kmandamenti huma miftuħin u 
												diretti lejn il-perfezzjoni, li 
												hi proprja tal-beatitudnijiet. 
												Il-beatitudnijiet huma 
												l-ewwelnett wegħdiet, li 
												minnhom indirettament joħprġu 
												direttivi dwar il-ħajja 
												morali. Fis-superjoritá 
												oriġinali tagħhom huma sura ta’
												xbieha ta’ Kristu magħmula 
												minnu stess u proprju 
												għalhekk huma stedina 
												għall-mixi warajh u għal xirka 
												fil-ħajja miegħu 
												
												
												  
												
												
												17. Ma nafux kemm fehem 
												iż-żagħżugħ ta’ l-Evanġelju 
												t-tifsir għoli u impenjattiv ta’ 
												l-ewwel tweġiba ta’ Ġesú: “Jekk 
												int trid tidħol fil-ħajja, ħares 
												il-kmandamenti”; iżda hi ħaġa 
												żgura li l-ħerqa li wera 
												ż-żagħżugħ għall-ħarsien 
												tal-kmandamenti morali kollha, 
												kienet għalqa tajba li fiha 
												kienet tista’ tinbet u tikber 
												ix-xewqa għall-perfezzjoni, 
												jiġifieri jagħmel dak li jfissru 
												bil-mixi wara Kristu. Id-djalogu 
												ta’ Ġesú maż-żagħżugħ jgħinna 
												nifhmu l-kondizzjonijiet 
												meħtieġa għall-kobor morali 
												tal-bniedem imsejjaħ 
												għall-perfezzjoni: 
												iż-żagħżugħ, li ħares 
												il-kmandamenti, wera li ma kienx 
												jista’ bil-ħila tiegħu biss 
												jagħmel il-pass li kellu jiġi 
												wara: biex jagħmlu kien 
												jeħtieġlu libertá umana matura: 
												“Jekk trid”, u d-don tal-grazzja 
												ta’ Alla: “Ejja, imxi warajja”. 
												
												
												
												  
												
												
												
												Il-perfezzjoni titlob dik 
												il-maturitá fl-għoti tiegħu 
												nnifsu li għaliha hi msejħa 
												l-libertá tal-bniedem. 
												
												
												Ġesú juri liż-żagħżugħ li 
												l-kmandamenti huma l-ewwel 
												kondizzjoni biex tinkiseb 
												il-ħajja ta’ dejjem, waqt li 
												l-bejgħ ta’ kull ma kellu 
												ż-żagħżugħ ħa jimxi wara l-Mulej 
												għandha sura ta’ proposta, 
												ta’ kondizzjoni: “Jekk trid...”
												Kliem Ġesú juri d-dinamiżmu 
												tal-libertá miexja lejn il-kobor 
												sħiħ tagħha u fl-istess ħin 
												jagħti xhieda tar-rabta 
												fondamentali li hemm bejn 
												il-libertá u l-liġi ta’ Alla.
												Il-libertá tal-bniedem u 
												l-liġi ta’ Alla m’humiex kontra 
												xulxin, iżda, għall-kuntrarju, 
												isejħu ‘l xulxin. Id-dixxiplu 
												ta’ Kristu jaf li s-sejħa tiegħu 
												hi sejħa għall-libertá: “Intom, 
												ħuti, intom ġejtu msejħa 
												għall-ħelsien” (Gal 5, 13), 
												itenni San Pawl ferħan u 
												mkabbar. Iżda minnufih jagħmel 
												għażla: “Imma, tinqdewx b’dan 
												il-ħelsien għall-ġisem, iżda 
												aqdu lil xulxin fl-imħabba” (ibid).
												Il-qawwa li biha San Pawl 
												jeħodha kontra dawk li kienu qed 
												ifittxu l-ġustifikazzjoni 
												tagħhom bil-Liġi ma għandha 
												x’taqsam xejn mal-“ħelsien” 
												qarrieq tal-bniedem 
												mill-kmandamenti li, 
												għall-kuntrarju, huma għall-qadi 
												ta’ l-imħabba: “Kull min iħobb, 
												ikun iħares il-bqija tal-liġi, 
												għax il-kmandamenti ‘la 
												tagħmilx adulterju, la toqtolx, 
												la tisraqx, la tkunx rgħib’ 
												u kull preċett ieħor, hu liema 
												hu, kollha jinġabru f’kelma 
												waħda: “Ħobb ‘l 
												għajrek bħalek innifsek” 
												(Rum 13, 8-9). 
												
												
												  
												
												
												Santu Wistin stess, wara li 
												tkellem fuq il-ħarsien 
												tal-kmandamenti bħala l-ewwel 
												sura ta’ libertá mhux perfetta, 
												kompla jgħid: “Għaliex, forsi xi 
												ħadd jistaqsi, m’hijiex libertá 
												perfetta? Dan għaliex nilmaħ 
												fil-membri ta’ ġismi liġi oħra 
												titqabad kontra l-liġi ta’ 
												moħħi...Min-naħa l-libertá u 
												min-naħa l-oħra l-jasar; għad 
												mhux libertá sħiħa, mhux libertá 
												pura, mhux libertá bla ebda 
												nuqqas, għax għad ma hemmx 
												l-eternitá. Min-naħa għadna 
												dgħajfa, u min-naħa l-oħra 
												ksibna l-libertá. Kull ma hu 
												dnub fina tneħħa bil-Magħmudija; 
												iżda, nistaqsu, issa li tneħħa 
												kull ħażen, ma baqa’ fina ebda 
												dgħufija? Kieku ma baqax 
												dgħufija, hawn fid-dinja konna 
												ngħixu bla dnubiet. Min jisogra 
												jgħid dan ħlief min hu supperv u 
												ma jistħoqqlux il-ħniena 
												tal-ħelsien?...Mela għax għad 
												fadal xi dgħufija nissogra ngħid 
												li meta naqdu ‘l Alla aħna 
												ħielsa, u meta naqdu l-liġi 
												tad-dnub aħna għandna lsiera”. 
												  
												
												
												18. Dawk “li jgħixu skond 
												il-ġisem” iqisu bħala toqol 
												il-liġi ta’ Alla, anzi sura ta’ 
												ċaħda jew b’xi mod, ta’ nuqqas 
												tal-libertá tagħhom; għall 
												kuntrarju min hu mqanqal 
												mill-imħabba u “jimxi 
												fl-Ispirtu” (ara Gal 5, 16) 
												jixtieq jgħin lill-oħrajn u 
												fil-Liġi ta’ Alla jsib it-triq 
												fondamentali u meħtieġa 
												għall-imħabba li jagħżel 
												bil-libertá kollha u jgħixha; 
												anzi jintebaħ b’qawwa fih 
												innifsu – “ħtieġa” vera u mhux 
												xi ħaġa li jrid jagħmel għax 
												imġiegħel bilfors – li twasslu 
												biex ma jiqafx jagħmel biss 
												l-inqas li titlob minnu l-Liġi, 
												imma jagħmel kull ma titlob 
												fil-“milja” kollha tagħha. 
												Għadha mixja mhux żgura, mixja 
												dgħajfa sakemm għadna ngħixu 
												f’din id-dinja, iżda mixja li 
												tista’ titjieb permezz 
												tal-grazzja li tagħtina 
												l-ħelsien sħiħ ta’ wlied Alla 
												(ara Rum 8, 21), u għalhekk 
												bil-ħajja morali tagħna nwieġbu 
												għas-sejħa għolja li biha sirna 
												“wlied fl-Iben”. 
												
												
												  
												
												
												Din is-sejħa għall-imħabba 
												perfetta m’hijiex biss għal ftit 
												bnedmin. L-istedina: 
												“Mur, bigħ il-ġid li għandek, 
												agħtih lill-foqra”, flimkien 
												mal-wegħda: “u jkollok teżor 
												fis-sema” hi għal kulħadd 
												għax hi s-sbuħija fondamentali 
												tal-kmandament ta’ l-imħabba 
												tal-proxxmu, kif l-istedina ta’ 
												wara: “imbagħad ejja u imxi 
												warajja” hi s-sura speċifika 
												ġdida tal-kmandament ta’ 
												l-imħabba ta’ Alla. 
												Il-kmandamenti u l-istedina 
												magħmula minn Ġesú liż-żagħżugħ 
												għani huma għall-qadi ta’ dik 
												l-imħabba waħda u indiviżibbli 
												li minn rajha tfittex dik 
												il-perfezzjoni li l-qjies tagħha 
												hu Alla waħdu: “Kunu perfetti 
												bħalma hu perfett Missierkom li 
												hu fis-smewwiet” (Mt 5, 48). 
												Fl-Evanġelju ta’ San Luqa, Ġesú 
												jkompli jfisser din 
												il-perfezzjoni b’dan il-mod: 
												“Ħennu, bħalma hu ħanin 
												Missierkom” (Lq 6, 36). 
												  
												
												
												 “EJJA U IMXI WARAJJA” (Mt 19, 
												21) 
												
												
												19. It-triq u fl-istess ħin 
												in-natura stess ta’ din 
												il-perfezzjoni hi l-mixi wara 
												Kristu: fil-mixi wara Kristu 
												tħalli kull ma għandek, lilek 
												innifsek ukoll. Din fl-aħħħar 
												mill-aħħar hi l-konklużjoni 
												tad-djalogu ta’ Ġesú 
												maż-żagħżugħ: “ejja u imxi 
												warajja” (Mt 19, 21). Hi 
												stedina, li l-għoli ta’ l-għaġeb 
												tagħha għarfuh id-dixxipli wara 
												l-qawmien ta’ Kristu 
												mill-imwiet, meta l-Ispirtu 
												s-Santu wassalhom għall-veritá 
												kollha (ara Ġw 16, 13). 
												
												
												  
												
												
												Kristu nnifsu jieħu 
												l-inizjattiva u jistieden 
												għall-mixi warajh. Is-sejħa 
												qabel xejn issir lil dawk li 
												jafdalhom xi missjoni speċjali. 
												L-ewwel lit-Tnax, iżda hi ħaġa 
												ċara li kull min jemmen hu 
												msejjaħ biex ikun dixxiplu ta’ 
												Krsitu (ara Atti 6, 1). Għalhekk
												timxi wara Kristu hu 
												l-pedament essenzjali u naturali 
												tad-duttrina morali nisranija;
												kif il-poplu ta’ Iżrael mexa 
												wara Alla, li mexxiehom 
												mid-deżert sa l-Art imwiegħda 
												(ara Eż 13,21), hekk id-dixxiplu 
												jrid jimxi wara Ġesú li lejh hu 
												miġbud mill-Missier innifsu (ara 
												Ġw 6, 44). 
												
												
												  
												
												
												Dan ma jfissirx biss li tkun 
												lest tisma’ t-tagħlim u tobdi 
												l-kmandamenti iżda hi ħaġa aktar 
												radikali, tingħaqad 
												mal-persuna stess ta’ Kristu, 
												tissieħeb f’ħajtu u f’xortih,
												u fl-ubbidjenza kollha 
												mħabba u ħielsa tiegħu. 
												Id-dixxiplu ta’ Ġesú, ta’ dak 
												Ġesú li fih l-Għerf sar bniedem, 
												huwa u jimxi warajh bil-fidi, 
												jsir dixxiplu ta’ Alla 
												(ara Ġw 6, 45). Dan għaliex Ġesú 
												hu d-dawl tad-dinja, id-dawl 
												tal-ħajja (ara Ġw 8, 12), 
												ir-ragħaj li jmexxi n-ngħaġ 
												tiegħu u jmantnihom (ara Ġw 
												10,11-16); hu t-triq, il-veritá 
												u l-ħajja (ara Ġw 14, 6); hu dak 
												li jwassalna għand il-Missier, 
												tant li meta naraw lilu, l-Iben, 
												inkunu naraw il-Missier (ara Ġw 
												14, 6-10). Għalhekk tkun tixbaħ 
												lil Iben, li hu “x-xbieha ta’ 
												Alla li ma jidhirx” (Kol 1, 15), 
												ifisser tkun tixbaħ 
												lill-Missier. 
												  
												
												
												20. 
												
												Ġesú jitlobna nimxu warajh u 
												nimxu fit-triq ta’ l-imħabba 
												tiegħu, imħabba li biha ta lilu 
												nnifsu kollu kemm hu lil ħutu 
												għall-imħabba ta’ Alla. “Dan 
												hu l-kmandament tiegħi, li 
												tħobbu ‘l xulxin bħalma 
												ħabbejtkom jien” (Ġw 15, 
												12). Il-kelma “bħalma” tfisser
												imitazzjoni ta’ Kristu, 
												ta’ mħabbtu li fissirha 
												bil-ħasil tas-saqajn: “Mela jekk 
												jien, li jien il-Mulej u 
												l-Imgħallem, ħsiltilkom 
												saqajkom, hekk intom għandkom 
												taħslu saqajn xulxin. Għax jien 
												tajtkom eżempju biex kif jien 
												għamilt magħkom hekk tagħmlu 
												intom ukoll” (Ġw 13, 14-15). 
												L-imġiba ta’ Ġesú, kliemu, 
												għemilu u l-kmandamenti tiegħu, 
												huma r-regola tal-ħajja morali 
												nisranija. Dawn l-għemejjel 
												tiegħu, u l-aktar il-passjoni u 
												l-mewt tiegħu fuq is-salib, huma 
												rivelazzjoni ħajja ta’ l-imħabba 
												tiegħu għall-Missier u 
												għall-bnedmin ukoll. Hu f’din 
												l-imħabba li Ġesú jrid li jkunu 
												jixbħuh dawk li jimxu warajh. 
												Dan hu l-kmandament “ġdid”:
												“Nagħtikom kmandament ġdid 
												li tħobbu lil xulxin. Bħalma
												ħabbejtkom jien hekk ukoll 
												ħobbu intom lil xulxin. Minn dan 
												jagħraf kulħadd li intom 
												dixxipli tiegħi, jiġifieri, jekk 
												ikollkom l-imħabba bejnietkom” 
												(Ġw 13, 34-35). 
												
												
												  
												
												
												Din il-kelma “bħalma” turi wkoll
												il-qjies ta’ l-imħabba 
												ta’ Ġesú li bih id-dixxipli 
												għandhom iħobbu ‘l xulxin. Wara 
												li qal: “Dan hu l-kmandament 
												tiegħi li tħobbu ‘l xulxin 
												bħalma ħabbejtkom jien” (Ġw 15, 
												12). Ġesú kompla jgħid kliem li 
												kien ifisser l-offerta ta’ ħajtu 
												b’sagrifiċċju fuq is-salib, 
												ix-xhieda ta’ l-imħabba 
												“għall-aħħar” (Ġw 13, 1): “Ħadd 
												ma għandu mħabba akbar minn din, 
												li wieħed jagħti ħajtu 
												għall-ħbiebu” (Ġw 15, 13). 
												
												
												  
												
												
												Liż-żagħżugħ, li Ġesú stiednu 
												biex jimxi warajh fit-triq 
												tal-perfezzjoni talbu biex ikun 
												perfett fil-kmandament ta’ 
												l-imħabba, fil-kmandament 
												“tiegħu”, biex jissieħeb miegħu 
												f’dan l-għoti sħiħ tiegħu 
												nnifsu, jiġifieri biex ikun 
												jixbħu fl-istess imħabba ta’ 
												l-Imgħallem “it-tajjeb”, dak li 
												ħabb “għall-aħħar”. Dan Ġesú 
												jitolbu mingħand kull bniedem li 
												jrid jimxi warajh: “Jekk xi ħadd 
												irid jiġi warajja, għandu jiċħad 
												lilu nnifsu, jerfa’ salibu u 
												jimxi warajja” (Mt 16, 24). 
												  
												
												
												21. 
												
												Timxi wara Kristu 
												
												ma jfissirx li tkun tixbħu biss 
												minn barra, għax il-mixi wara 
												Kristu jimpenja l-bniedem 
												sal-fond ta’ l-eżistenza kollha 
												tiegħu. Tkun dixxiplu ta’ Kristu 
												jfisser li ssir bħalu, hu 
												li ħa s-sura ta’ lsir u ċekken 
												lilu nnifsu sal-mewt tas-salib 
												(ara Fil 2, 5-8). Kristu permezz 
												tal-fidi jgħammar fil-qlub ta’ 
												dawk li jemmnu (ara Ef 3,17) u 
												hekk id-dixxiplu jsir jixbaħ 
												lill-Mulej u jkun bħalu. Dan hu
												frott tal-grazzja u 
												tal-preżenza ta’ l-Ispirtu 
												s-Santu li jaħdem fina. 
												
												
												
												  
												
												
												In-nisrani li jsir ħaġa waħda 
												ma’ Kristu, isir membru 
												tal-ġisem tiegħu li hu l-Knisja
												(ara 1 Kor 12, 13.27). 
												Bil-ħidma ta’ l-Ispirtu s-Santu, 
												il-Magħmudija tagħti lin-nisrani 
												xebħ sħiħ ma’ Kristu fil-misteru 
												ta’ l-Għid tal-mewt u 
												tal-qawmien tiegħu għall-ħajja,
												tlibbsu ‘l Kristu (ara 
												Gal 3, 27): “Nifirħu u nroddu 
												ħajr – itenni Santu Wistin huwa 
												u jkellem l-imgħammdin ġodda - 
												...mhux biss sirna nsara, imma 
												sirna Kristu... Stagħġbu, 
												ifirħu: sirna Kristu!” 
												
												
												  
												
												
												Mejjet għad-dnub, l-imgħammed 
												jikseb ħajja ġdida (ara Rum 6, 
												3-11), jgħix għal Alla fi Kristu 
												Ġesú, imsejjaħ biex jimxi skond 
												l-Ispirtu, u juri frott 
												l-Ispirtu f’ħajtu (ara Gal 5, 
												16-25). It-tisħib 
												fl-Ewkaristija, is-sagrament 
												tal-Patt il-Ġdid (ara 1 Kor II, 
												23-29), hu l-milja tax-xebh sħiħ 
												ma’ Kristu, l-għajn “tal-ħajja 
												ta’ dejjem” (ara Ġw 6, 51-58), 
												il-bidu u l-qawwa ta’ dak 
												l-għoti sħiħ tiegħek innifsek, 
												li – kif jixhdilna San Pawl – 
												Ġesú riedna nfakkru 
												fiċ-ċelebrazzjoni tal-misteri 
												qaddisa u f’ħajjitna: “Kull meta 
												tieklu dan il-ħobż u tixorbu dan 
												il-kalċi intom ixxandru l-mewt 
												tal-Mulej sa ma jiġi” (1 Kor 11, 
												26). 
												  
												  
												
												
												“GĦAL ALLA KOLLOX JISTA’ JKUN” 
												(Mt 19,26) 
												  
												
												
												22. Ta’ dwejjaq hu l-għeluq 
												tad-djalogu ta’ Ġesú 
												maż-żagħżugħ għani: 
												“Iż-żagħżugħ, kif sema’ dan, 
												telaq b’qalbu sewda, għax kien 
												għani ħafna” (Mt 19, 22). Mhux 
												l-għani biss, imma d-dixxipli 
												wkoll tħawdu bl-istedina li 
												għamel Ġesú biex jimxi warajh, 
												għaliex dan il-mixi jisboq 
												ix-xewqa kollha tal-bniedem u 
												l-ħila kollha tiegħu: 
												“id-dixxipli stagħġbu ħafna meta 
												semgħu dan, u qalu: “Mela min 
												jista’ jsalva?” (Mt 19, 25). 
												Iżda l-Imgħallem semmielhom 
												il-qawwa ta’ Alla: “Għal 
												bnedmin dan ma jistax ikun, għal 
												Alla kollox jista’ jkun” (Mt 19, 
												26). 
												
												
												  
												
												
												Fl-istess kap ta’ l-Evanġelju 
												ta’ San Mattew (Mt 19, 3-10) 
												Ġesú, huwa u jfisser il-Liġi ta’ 
												Mosé dwar iż-żwieġ, neħħa 
												d-dritt tal-kitba tad-divorzju u 
												reġġa’ lura l-Liġi ta’ Mosé 
												għall-ħarsien tal-prinċipju” 
												aktar iebes tal-bidu: il-pjan 
												oriġinali ta’ Alla 
												għall-bniedem, li l-bniedem ma 
												kellux aktar ħila għalih wara 
												d-dnub: “Kien minħabba l-ebusija 
												ta’ qalbkom li Mosé takom 
												il-permess tibagħtu n-nisa 
												tagħkom; iżda ma kienx hekk 
												fil-bidu” (Mt 10, 8). Meta Ġesú 
												fakkar dan “il-prinċipju”, 
												id-dixxipli tħawdu u fissru 
												t-taħwid tagħhom b’dan il-kliem: 
												“mela la darba din hi 
												l-kondizzjoni tar-raġel 
												mal-mara, ma jaqbilx li wieħed 
												jiżżewweġ” (Mt 19, 10). U Ġesú, 
												b’riferenza ċara għall-kariżma 
												taċ-ċelibat “minħabba s-Saltna 
												tas-smewwiet” (Mt 19, 12), huwa 
												u jagħti regola ġenerali, ħabbar 
												l-għajnuna ġdida u ta’ l-għaġeb 
												li kienet se tingħata 
												lill-bniedem mill-grazzja ta’ 
												Alla: “Mhux kulħadd jifhimha din 
												il-ħaġa, imma dawk li lilhom 
												jingħata li jifmuha” (Mt 19, 
												11). 
												
												
												  
												
												
												Il-bniedem ma jistax jixbaħ ‘il 
												Kristu fl-imħabba tiegħu u 
												jħobbu bil-ħila tiegħu biss: 
												jista’ jkollu l-ħila għal din 
												l-imħabba biss b’don li 
												jingħatalu. Kif il-Mulej 
												Ġesú rċieva l-imħabba 
												tal-Missier, hekk hu minn rajh 
												jagħtiha lid-dixxipli: “Kif 
												ħabbni Missieri, hekk ħabbejtkom 
												jien. Ibqgħu fl-imħabba tiegħi” 
												(Ġw 15, 9). Id-don ta’ Kristu 
												hu l-Ispirtu stess, u 
												l-imħabba hija l-ewwel “frott” 
												ta’ l-Ispirtu (ara Gal 5, 22): 
												“L-imħabba ta’ Alla ssawbet fi 
												qlubna permezz ta’ l-Ispirtu 
												s-Santu li kien mogħti lilna” 
												(Rum 5, 5). U Santu Wistin 
												jistaqsi lilu nnifsu: “L-imħabba 
												twassal għall-ħarsien 
												tal-kmandamenti, jew il-ħarsien 
												tal-kmandamenti jwassal 
												għall-imħabba? Iżda hemm xi ħadd 
												li jaħseb li l-imħabba ma tiġix 
												l-ewwel? Min ma jħobbx m’għandux 
												raġuni biex iħares 
												il-kmandamenti”. 
												  
												
												
												23. “Il-liġi ta’ l-Ispirtu li 
												jagħti l-ħajja fi Kristu Ġesú 
												ħelsitni mil-liġi tad-dnub u 
												tal-mewt” (Rum 8, 2). B’dan 
												il-kliem l-Appostlu San Pawl 
												iwassalna biex inqisu 
												x’relazzjoni hemm bejn il-liġi 
												(antika) u l-grazzja (il-liġi 
												l-ġdida), fid-dawl ta’ 
												l-istorja tas-salvazzjoni li 
												ntemmet fi Kristu. Jagħraf li 
												l-Liġi kienet għat-tagħlim 
												tal-bniedem midneb biex ikun 
												jista’ jqis in-nuqqas tal-ħila 
												tiegħu u tneħħilu l-fehma li hu 
												kien biżżejjed għalih innifsu 
												ħalli hekk jasal biex jitlob u 
												jirċievi “l-ħajja fl-Ispirtu”. 
												F’din il-ħajja ġdida biss jista’ 
												jkun hemm ħarsien sħiħ 
												tal-kmandamenti ta’ Alla. Dan 
												għaliex niksbu l-ġustifikazzjoni 
												bil-fidi fi Kristu (ara Rum 3, 
												28): din “il-ġustizzja” li 
												titlobha l-liġi imma ma tistax 
												tagħtiha lil ħadd, kull nisrani 
												jsibha rivelata u mogħtija lilu 
												mill-Mulej Ġesú. Mill-ġdid Santu 
												Wistin b’mod ta’ l-għaġeb jiġbor 
												fil-qosor it-tagħlim ta’ San 
												Pawl dwar il-liġi u l-grazzja: 
												“Il-Liġi ngħatat biex infittxu 
												l-grazzja; il-grazzja ngħatat 
												biex isseħħ il-liġi”. 
												
												
												  
												
												
												L-imħabba u l-ħajja skond 
												l-Evanġelju m’għandniex naħsbu 
												li huma, l-ewwel u qabel kollox, 
												xi sura ta’ kmandament, għaliex 
												huma ‘l fuq minn kull ħila 
												tal-bniedem, u jistgħu jseħħu 
												biss bħala frott tad-don ta’ 
												Alla, li jfejjaq, isaħħaħ u 
												jbiddel qalb il-bniedem 
												bil-grazzja tiegħu: “Alla ta’ 
												l-liġi permezz ta’ Mosé, imma 
												l-grazzja u l-veritá seħħu 
												permezz ta’ Ġesú Kristu” (Ġw 1, 
												17). 
												
												
												  
												
												
												Minħabba f’dan, il-wegħda 
												tal-ħajja ta’ dejjem hi marbuta 
												mad-don tal-grazzja, u d-don ta’ 
												l-Ispirtu li rċevejna hu “rhan 
												tal-wirt tagħna” (Ef 1, 14). 
												  
												
												
												 “ARA JIENA NAGĦKOM DEJJEM, SA 
												L- AĦĦAR TAŻ-ŻMIEN” (Mt 28,29) 
												  
												
												
												25. Id-djalogu maż-żagħżugħ 
												għani Ġesú jkomplih b’xi 
												mod f’kull żmien tal-ġrajja 
												tal-bniedem, illum ukoll. 
												Il-mistoqsija “Mgħallem, 
												x’tajjeb għandi nagħmel biex 
												nikseb il-ħajja ta’ dejjem?” 
												toħroġ mill-qalb ta’ kull 
												bniedem, u hu dejjem Kristu biss 
												li jagħti tweġiba sħiħa u 
												definittiva. L-Imgħallem, li 
												jgħallem il-kmandamenti ta’ 
												Alla, li jsejjaħ għall-mixi 
												warajh u jagħti l-grazzja 
												għall-ħajja ġdida jinsab dejjem 
												jaħdem fostna skond ma wiegħed: 
												“Ara, jiena magħkom dejjem sa’ 
												l-aħħar taż-żmien” (Mt 28, 20)
												Kristu hu dejjem mal-bniedem 
												f’kull żmien permezz tal-ġisem 
												tiegħu, li hu l-Knisja: 
												għalhekk il-Mulej wiegħed 
												l-Ispirtu s-Santu lid-dixxipli 
												tiegħu biex jibqa’ magħhom u 
												jfakkarhom u jgħallimhom 
												il-kmandamenti tiegħu (ara Ġw 
												14, 26) u jkun dejjem il-bidu 
												ta’ ħajja ġdida fid-dinja (ara 
												Ġw 3, 5-8; Rum 8, 1-13). 
												
												
												  
												
												
												Il-kmandamenti morali mogħtijin 
												minn Alla fil-Patt il-Qadim u 
												mfissra għalina b’mod perfett 
												fil-Patt il-Ġdid u għal dejjem 
												permezz ta’ l-istess Iben ta’ 
												Alla magħmul bniedem, 
												għandhom ikunu mħarsa 
												bil-fedeltá kollha u mwettqin 
												fil-prattika mill-kulturi 
												kollha tul iż-żminijiet. Id-dmir 
												li jfissruhom Ġesú tah 
												lill-Appostli u lis-suċċessuri 
												tagħhom, bl-għajnuna speċjali 
												ta’ l-Ispirtu tal-veritá: “Min 
												jisma’ lilkom ikun jisma’ lili” 
												(Lq 10, 16). L-Appostli, 
												imdawlin u mqawwijin minn dan 
												l-Ispirtu, qdew id-dmir li 
												jxandru l-Evanġelju u juru 
												“t-triq” tal-Mulej (ara Atti 18, 
												25), huma u jgħallmu qabel xejn 
												il-mixi wara Krsitu u 
												l-limitazzjoni tiegħu: “Għalija 
												l-ħajja hi Kristu” (Fil 1, 21). 
												
												
												26. 
												
												Fil-katekeżi 
												morali ta’ l-Appostli, 
												
												
												flimkien ma eżortazzjonijiet u 
												direttivi marbutin ma’ qagħdiet 
												storiċi u kulturali speċifiċi, 
												insibu duttrina etika b’regoli 
												preċiżi dwar l-imġiba. Dan 
												narawh mill-ittra 
												tagħhom, li huma parti 
												mill-Iskrittura, u li juruna 
												kif, taħt it-tmexxija ta’ 
												l-Ispirtu s-Santu, il-preċetti 
												tal-Mulej għandhom ikunu mħarsa 
												f’qagħdiet kulturali differenti 
												(ara Rum 12, 15; 1 Kor 11-14; 
												Gal 5-6; Ef 4-6; Kol 3-4; 1 Piet 
												u Ġakbu). L-Appostli, mibgħutin 
												biex iħabbru l-Evanġelju sa 
												mill-bidu tal-Knisja, bil-qawwa 
												tar-responsabbiltajiet pastorali 
												tagħhom, kienu jgħassu fuq 
												l-imġiba tajba ta’ l-insara, 
												bl-istess mod kif kienu jfittxu 
												s-sħubija tal-fidi u jgħaddu 
												għal ta’ warajhom id-doni ta’ 
												Alla permezz tas-Sagramenti. 
												L-ewwel insara, kemm dawk li 
												kienu ġejjin minn fost il-Lhud u 
												kemm dawk li kienu ġejjin minn 
												fost il-pagani, kienu jintgħażlu 
												mill-pagani mhux biss minħabba 
												l-fidi u l-liturġija tagħhom, 
												imma wkoll mix-xhieda ta’ 
												l-imġiba morali tagħhom, 
												imnebbħa mil-Liġi l-ġdida. 
												Dan għaliex il-Knisja hi 
												fl-istess ħin xirka ta’ fidi u 
												ta’ ħajja: ir-regola tagħha hi: 
												“il-fidi li taħdem permezz ta’ 
												l-imħabba” (Gal 5, 6). 
												
												
												  
												
												
												Ebda ħsara ma għandha ssir 
												fl-armonija bejn fidi u ħajja; 
												l-għaqda tal-Knisja tindarab 
												mhux biss meta l-insara jiċħdu 
												jew jgħawġu l-veritajiet 
												tal-fidi, imma wkoll meta 
												jittraskuraw id-dmirijiet li 
												għalihom isejħilhom l-Evanġelju 
												(ara 1 Kor 5, 9-13). L-Appostli 
												għalhekk ma aċċettawx li jkun 
												hemm xi firda bejn l-impenn 
												tal-qalb u l-għemil li juri u 
												jwettaq dan l-impenn (ara 1 Ġw 
												2, 3-6). Sa minn żmien 
												l-Appostli, ir-Ragħajja 
												tal-Knisja bla tlaqliq 
												ikkundannaw l-imġiba ta’ dawk li 
												ġabu firdiet bit-tagħlim tagħhom 
												jew b’għemilhom. 
												  
												
												
												27. Id-dmir 
												li jħarsu l-fidi u t-tagħlim 
												morali u jġibuhom ‘il quddiem fi 
												ħdan l-għaqda tal-Knisja, Ġesú 
												fdah lill-Appostli (ara Mt 28, 
												19-20) u dan id-dmir ikompli 
												fil-ministeru tas-suċċessuri 
												tagħhom. Dan jinsab fit-Tradizzjoni 
												ħajja li biha – kif jgħallem 
												il-Konċilju Vatikan II – 
												“Il-Knisja fit-tagħlim tagħha, 
												fil-ħajja u l-kult tagħha żżomm 
												għal dejjem u twassal minn 
												ġenerazzjoni għall-oħra dak li 
												hi. It-Tradizzjoni li ġejja 
												mill-Appostli timxi ‘l quddiem 
												fil-Knisja bl-għajnuna ta’ 
												l-Ispirtu s-Santu”. 
												Fl-Ispirtu s-Santu l-Knisja 
												tilqa’ u twassal minn żmien għal 
												żmien l-Iskrittura Mqaddsa bħala 
												xhieda tal-“ħwejjeġ kbar” li 
												l-Mulej jagħmel tul il-ġrajja 
												tad-dinja (ara Lq 1, 49), b’fomm 
												Missirijiet u d-Dutturi 
												tal-Knisja tistqarr il-veritá 
												dwar il-Verb magħmul bniedem, 
												turi bil-fatti l-kmandamenti u 
												l-imħabba tiegħu fil-ħajja 
												tal-Qaddisin u fis-sagrifiċċju 
												tal-Martri tagħha, tiċċelebra 
												t-tama tagħha fih fil-liturġija: 
												permezz ta’ din it-Tradizzjoni 
												l-insara jisimgħu “l-leħen ħaj 
												ta’ l-Evanġelju”, 
												bħallikieku kien tifsira li 
												toqgħod fuqha ta’ l-għerf u 
												r-rieda ta’ Alla. 
												
												
												
												10.
												 
												
												
												Fi ħdan it-Tradizzjoni, taħt 
												il-ħarsien ta’ l-Ispirtu 
												s-Santu, tiżviluppa tifsira 
												vera tal-Liġi tal-Mulej. 
												L-istess Spirtu, li hu l-bidu 
												tar-Rivelazzjoni tal-kmandamenti 
												u tal-preċetti ta’ Ġesú, jiżgura 
												li jkunu mħarsa bil-qima kollha, 
												li jkunu mfissrin tajjeb u 
												adattati kif għandu jkun għal 
												kull żmien u ċirkostanza. 
												“Il-ħarsien fil-prattika” ta’ 
												dawn il-kmandamenti hu sinjal u 
												frott ta’ għarfien aktar 
												fil-fond tad-don 
												tar-Rivelazzjoni u fid-dawl 
												tal-fidi jingħata tifsir 
												lill-qagħdiet storiċi u 
												kulturali ġodda. Iżda dan jista’ 
												biss iwettaq il-qawwa li ma tiġi 
												nieqsa qatt tar-Rivelazzjoni 
												skond it-tifsir li jingħatalha 
												mit-Tradizzjoni l-kbira 
												tat-tagħlim u tal-ħajja 
												tal-Knisja, li tagħha huma 
												xhieda t-tagħlim ta’ Missirijiet 
												il-Knisja, il-ħajja 
												tal-Qaddisin, il-liturġija 
												tal-Knisja u t-tagħlim 
												tal-Maġisteru. 
												
												
												  
												
												
												B’mod partikulari, kif jgħid 
												il-Konċilju, id-dmir 
												awtentiku tat-tifsir tal-klema 
												ta’ Alla miktuba u mwassla 
												bit-Tradizzjoni ġie fdar 
												lill-Magisteru ħaj tal-Knisja,
												li jħaddem l-awtoritá tiegħu 
												f’isem Ġesú Kristu”. 
												Għalhekk il-Knisja fil-ħajja 
												tagħha u fit-tagħlim tagħha 
												tidher bħala “kolonna u pedament 
												tal-veritá” (1 Tim 3, 15), 
												tal-veritá wkoll dwar l-imġiba 
												morali, ukoll dawk dwar l-ordni 
												soċjali, u tagħti ġudizzju dwar 
												kull materja umana, meta 
												d-drittijiet fondamentali 
												tal-persuna tal-bniedem jew 
												is-salvazzjoni ta’ l-erwieħ dan 
												jitolbuh”. 
												
												
												  
												
												
												Hu proprju dwar kwistjonijiet li 
												spiss qed jiġu diskussi 
												fit-teoloġija morali llum u dwar 
												tendenzi u teoriji li ġew 
												żviluppati, li l-Maġisteru, 
												b’fedeltá sħiħa lejn Ġesú 
												Kristu, u huwa u jkompli 
												t-tradizzjoni tal-Knisja, jħoss 
												b’urġenza akbar id-dmir li 
												jagħti l-ġudizzju u t-tagħlim 
												tiegħu, bħala għajnuna 
												lill-bniedem fil-mixi tiegħu 
												lejn il-veritá u l-libertá. 
												  
												
												
												  
												
												
												 
 
												
												
												KAP 2 
												
												
												
												  
												
												
												
												“TIMXUX MAX-XEJRA TA’ DIN-DINJA” 
												
												
												
												(Rum 12,2) 
												
												
												
												  
												
												
												IL-KNISJA U L-ISTĦARRIĠ TA’ XI 
												OPINJONIJIET 
												
												
												FIT-TEOLOĠIJA MORALI LLUM 
												
												
												“GĦALLEM SKOND ID-DUTTRINA 
												TAJBA” (ara Titu 2,1) 
												
												
												28. Il-meditazzjoni li għamilna 
												fuq id-djalogu bejn Ġesú u 
												ż-żagħżugħ għani wasslitna biex 
												niġbru t-tifsir ewlieni kollu 
												kemm hu tar-Rivelazzjoni dwar 
												l-għemil morali fit-Testment 
												il-Qadim u t-Testment il-Ġdid. 
												Dan hu: il-bniedem u kull 
												għemil tiegħu hu subordinat 
												għal Alla, li “hu waħdu 
												t-Tajjeb”; ir-relazzjoni bejn 
												il-ġid morali ta’ kull 
												għemil tal-bniedem u l-ħajja 
												ta’ dejjem; il-mixi wara Kristu
												li jiftaħ għall-bniedem 
												it-triq għall-perfezzjoni 
												fl-imħabba; u fl-aħħarnett, 
												id-don ta’ l-Ispirtu s-Santu,
												għajn u bidu tal-ħajja 
												morali “tal-ħlejjaq ġodda” (ara 
												2 Kor 5, 17). 
												
												
												  
												
												
												
												Il-Knisja, 
												hija u taħseb dwar il-moralitá, 
												dejjem żammet quddiemha kliem 
												Ġesú, liż-żagħżugħ għani. Dan 
												għax l-Iskrittura dejjem hi 
												għajn ħajja u hienja 
												tad-duttrina morali tal-Knisja, 
												kif fakkarna sewwa l-Konċilju 
												Vatikan II: l-Evanġelju hu 
												l-għajn “ta’ kull veritá 
												għas-salvazzjoni u għat-tagħlim 
												morali”. 
												Il-Knisja dejjem għażżet 
												bil-fedeltá kollha dak li 
												tgħallem il-kelma ta’ Alla mhux 
												biss dwar il-veritajiet li 
												għandna nemmnu, imma wkoll dwar 
												l-għemil morali, jiġifieri kull 
												għemil li jogħġob lil Alla (ara 
												1 Tes 4, 1), u hekk kellha 
												żvillup fit-tagħlim l-istess 
												kif kellha żvillupp 
												fil-veritajiet li rridu nemmnu. 
												
												
												  
												
												
												Il-Knisja, taħt il-ħarsien ta’ 
												l-Ispirtu s-Santu, li jwassalha 
												għall-veritá kollha (ara Ġw 16, 
												13) qatt ma waqfet u qatt ma hi 
												se tieqaf tikkontempla l-misteru 
												tal-Verb magħmul bniedem” li fih 
												“verament jiddi l-misteru 
												tal-bniedem”. 
												  
												
												
												29. Ir-riflessjoni morali 
												tal-Knisja, li dejjem seħħet 
												fid-dawl ta’ Kristu “l-Imgħallem 
												tajjeb”, ġiet żviluppata wkoll 
												f’sura teoloġika speċifika, li 
												tissejjaħ Teoloġija morali,
												li hi xjenza li tilqa’ u 
												tgħarbel ir-Rivelazzjoni ta’ 
												Alla u fl-istess waqt twieġeb 
												għal dak li titlob ir-raġuni 
												tal-bniedem. It-Teoloġija Morali 
												hi riflessjoni dwar 
												il-“moralitá”, jiġifieri dwar 
												l-għemil tajjeb jew ħażin 
												tal-bniedem u dwar il-persuna li 
												tagħmlu: f’dan is-sens tgħodd 
												għall-bnedmin kollha, iżda hi 
												wkoll “teoloġija” għaliex tara 
												l-bidu u t-tmiem ta’ kull għemil 
												morali f’Dak li hu “waħdu 
												t-tajjeb”, li ta lilu nnifsu 
												lill-bnedmin u offrielu l-hena 
												tal-ħajja divina. 
												
												
												
												  
												
												
												Il-Konċilju Vatikan II ħeġġeġ 
												l-istudjużi biex b’attenzjoni 
												speċjali jġeddu t-teoloġija 
												morali b’mod li 
												l-espożizzjoni xjentifika 
												tagħha, bażata dejjem aktar fuq 
												it-tagħlim ta’ l-iskrittura, 
												turi kemm hi għolja s-sejħa 
												tan-nisrani fi Kristu, u d-dmir 
												ta’ l-insara li jagħmlu frott 
												bl-imħabba għall-ħajja 
												tad-dinja”. 
												L-istess Konċilju stieden 
												lit-teoloġi biex, “waqt li 
												jżommu l-metodi u l-esiġenzi 
												tax-xjenza teoloġika”, 
												ifittxu mezzi aktar adatti 
												ħa jwasslu d-duttrina morali 
												lill-bnedmin ta’ żmienhom, 
												għaliex hi ħaġa d-depożitu jew 
												il-veritá tal-Fidi u ħaġ’oħra hu 
												l-mod kif titħabbar, għalkemm 
												it-tifsir u t-tagħrif jibqgħu 
												l-istess”. 
												Għalhekk hemm din l-istedina 
												għall-insara kollha, u b’mod 
												speċjali t-teoloġi: “L-insara 
												għandhom jgħixu f’rabta liema 
												bħala mal-bnedmin l-oħra ta’ 
												żmienhom u jħabirku biex jifhmu 
												b’mod perfett kif dawn jaħsbu u 
												jħossu, skond il-kultura 
												tagħhom”. 
												
												
												  
												
												
												L-isforzi ta’ ħafna teologi, 
												imħeġġin mill-Konċilju, ġa taw 
												xi frott permezz ta’ 
												riflessjonijiet interessanti u 
												ta’ siwi dwar veritajiet 
												tal-fidi li rridu nemmnuhom u 
												ngħixuhom f’sura aktar adatta 
												għal dak li jħossu u jistaqsu 
												l-bnedmin ta’ żmienna. 
												Il-Knisja, u speċjalment 
												l-Isqfijiet li lilhom qabel Ġesú 
												Kristu ried jafda l-ministeru 
												tat-tagħlim, laqgħu bil-qalb din 
												il-ħidma, u ħeġġu t-teoloġi biex 
												ikomplu din il-ħidma mqanqla 
												mill-“biża tal-Mulej (li) hu 
												l-għajn ta’ l-għerf” (Prov. 1, 
												7), biża tassew għoli u veru. 
												
												
												  
												
												
												Fl-istess waqt, 
												fid-diskussjonijiet teoloġiċi 
												ta’ wara l-Konċilju żviluppaw 
												xi interpretazzjonijiet 
												tal-morali nisranija li ma 
												jaqblux mat-“tagħlim tajjeb” 
												(2 Tim 4, 3). Żgur li 
												l-Maġisteru tal-Knisja ma jridx 
												jimponi fuq l-insara xi metodu 
												teoloġiku speċjali, u wisq inqas 
												xi metodu filosofiku; biex 
												il-Kelma ta’ Alla tkun “imħarsa 
												bil-qima kollha u mfissra 
												bil-fedeltá kollha”, 
												il-Maġisteru hu fid-dmir li 
												jgħid li xi fehmiet teoloġiċi u 
												xi dikjarazzjonijiet filosofiċi 
												xejn ma jaqblu mal-veritá. 
												  
												
												
												30. Jiena u nkellimkom b’din 
												l-enċiklika, ħuti meqjuma 
												fl-Episkopat, nixtieq ngħidilkom
												liema huma l-prinċipji li 
												jmorru kontra “t-tagħlim 
												tajjeb”, waqt li nfakkar 
												liema huma l-elementi 
												tat-tagħlim morali tal-Knisja li 
												llum jidhru li qegħdin mheddin 
												minn żbalji, ambigwitá u 
												traskuraġni. 
												
												
												
												13.
												 
												
												
												Dawn fl-aħħar mill-aħħar huma 
												elementi li minnhom tiddependi 
												“t-tweġiba għall-problemi tassew 
												tqal dwar il-qagħda tal-bniedem, 
												problemi li kemm dari u kemm 
												illum iħawdu ħafna qlub 
												il-bnedmin: x’inhu l-bniedem? 
												x’tifsir għandha u x’inhu 
												t-tmiem ta’ ħajjitna? x’inhu 
												t-tajjeb u x’inhu d-dnub? minn 
												fejn ġejja t-tbatija? u għaliex 
												inbatu? liema hi t-triq li 
												twassalna biex niksbu l-hena 
												tassew? x’inhuma l-mewt, 
												il-ġudizzju, l-ħlas wara l-mewt? 
												x’inhu fl-aħħarnett il-misteru 
												għoli li jħaddan il-ħajja kollha 
												tagħna u li minnu ġejjin u lejh 
												sejrin?. 
												
												
												  
												
												
												Dawn il-mistoqsijiet, u oħrajn 
												bħalhom, bħalma huma: x’inhi 
												l-libertá u x’inhi r-relazzjoni 
												tagħha mal-veritá li tinsab 
												fil-liġi ta’ Alla? x’sehem 
												għandha l-kuxjenza fl-iżvilupp 
												morali tal-bniedem? kif se 
												nagħrfu b’liema mod 
												id-drittijiet u d-dmirijiet 
												tal-persuna umana jaqblu jew le 
												mal-veritá morali? – dawn 
												il-mistoqsijiet jistgħu 
												jinġabru fil-qosor fil-mistoqsija 
												fondamentali li żagħżugħ 
												għani għamel lil Ġesú: “Mgħallem 
												tajjeb x’għandi nagħmel biex 
												nikseb il-ħajja ta’ dejjem?” 
												Il-Knisja, mibgħuta minn 
												Ġesú biex ixxandar l-Evanġelju u 
												“tgħallem il-ġnus kollha...u 
												tgħallimhom iħarsu dak kollu” li 
												ordnalha (ara Mt 28, 19-20), 
												illum ukoll ittenni t-tweġiba 
												ta’ l-Imgħallem, tweġiba li 
												għandha d-dawl u l-qawwa biex 
												tista’ tħoll kwistjonijiet tqal 
												u komplikati ħafna. Dan id-dawl 
												u din il-qawwa jġiegħlu l-Knisja 
												tkompli dejjem ir-riflessjoni, 
												mhux biss dommatika imma wkoll 
												morali, tagħha bl-għajnuna ta’ 
												ħafna xjenzi, għax hekk hu 
												meħtieġ, l-aktar fi żminijietna.
												 
												
												
												  
												
												
												F’dan l-istess dawl u qawwa 
												l-Maġisteru tal-Knisja jaqdi 
												d-dmir tiegħu ta’ dixxerniment
												billi jilqa’ u jgħix 
												it-twissija li l-Appostlu San 
												Pawl għamel lil Timotju: 
												“Nitolbok bil-ħerqa, quddiem 
												Alla u Kristu Ġesú, li għandu 
												jagħmel ħaqq mill-ħajjin u 
												mill-mejtin, f’isem id-dehra 
												tiegħu u s-saltna tiegħu, xandar 
												il-kelma, sus il-fidili f’waqtu 
												u barra minn waqtu ċanfar, 
												widdeb, wissi bis-sabar kollu u 
												bit-tagħlim. Għax għad jiġi 
												żmien meta għat-tagħlim tajjeb 
												ma jibqgħalhomx sabar, iżda 
												widnejhom jikluhom u jiġbru 
												madwarhom qabda mgħallmin skond 
												ma jixtiequ, u jwarrbu widnejhom 
												mis-sewwa biex jiġġerrew wara 
												l-ħrejjef. Imma int oqgħod 
												dejjem b’għajnejk miftuħa, 
												stabar fit-tiġrib, agħmel ħidma 
												ta’ evanġelista, aqdi sewwa 
												l-ministeru tiegħek” (2 Tim 4, 
												1-5; ara Titu 1, 10. 13-14). 
												  
												
												
												  
												
												
												“TAGĦRFU L-VERITÁ U L-VERITÁ 
												TEĦLISKOM’ (Ġw 8, 32) 
												
												
												31. Il-problemi morali li spiss 
												qegħdin jiġu studjati llum 
												f’diskussjonijiet dwar 
												il-morali, u qed ikollhom 
												soluzzjonijiet differenti, huma 
												marbutin, b’mod jew ieħor, 
												mal-problema kruċjali tal-libertá 
												tal-bniedem. 
												
												
												  
												
												
												Ma hemm ebda dubju li n-nies ta’ 
												llum għandhom sens tassew kbir 
												tal-libertá. “In-nies ta’ 
												żmienna dejjem aktar qegħdin 
												jagħrfu d-dinjitá tal-persuna 
												umana”, naqraw fid-dikjarazzjoni 
												konciljari dwar il-libertá 
												reliġjuża li tibda bil-kliem 
												Dignitatis humanae.
												Għalhekk il-ħtieġa li 
												l-bnedmin kollha jkunu jistgħu 
												jgawdu l-libertá responsabbli 
												tagħhom u jagħmlu użu minnha 
												fil-ġudizzji tagħhom, mingħajr 
												ma jkunu sforzati, immexxijin 
												biss mill-kuxjenza tagħhom 
												fil-qadi ta’ dmirijiethom”. 
												B’mod partikulari qed jingħaraf 
												dejjem aktar id-dritt 
												għal-libertá reliġjuża u 
												r-rispett għall-kuxjenza 
												fil-mixi tagħha lejn il-veritá, 
												bħala l-pedament tad-drittijiet 
												tal-persuna, meqjusin kollha 
												flimkien. 
												
												
												Dan l-għarfien aktar għoli 
												tad-dinjitá tal-persuna umana u 
												li ma hemmx oħra bħala, u 
												tar-rispett li jixraq 
												lill-kuxjenza fil-mixi tagħha, 
												juru sewwa dak li nkiseb 
												miċ-ċiviltá ta’ żmienna. Dan 
												l-għarfien, veru fih innifsu, 
												ġie mfisser b’mod ftit u xejn 
												adatti, iżda xi wħud minnhom 
												tbiegħdu mill-veritá 
												tal-bniedem, bħala ħolqien u 
												xbieha ta’ Alla, u għalhekk 
												iridu jiġu korretti jew 
												imsoffija fid-dawl tal-fidi. 
												  
												
												
												32. Xi kurrenti tal-ħsieb illum
												tant jgħollu l-libertá li 
												jqisuha xi ħaġa assoluta, għajn 
												u bidu tal-valuri kollha. 
												Jimxi ma’ dan il-kurrent dak 
												it-tagħlim li tilef kull sens 
												ta’ traxxendenza jew jiċħad ‘l 
												Alla għal kollox. 
												
												
												  
												
												
												Dawn il-kurrenti jagħtu 
												lill-kuxjenza ta’ kull individwu 
												l-awtoritá ta’ tribunal l-aktar 
												għoli, li jiddeċiedi dwar 
												moralitá u jagħti ġudizzju 
												definittiv u ċert dwar x’inhu 
												tajjeb u x’inhu ħażin. 
												Mal-prinċipju, li jrid li wieħed 
												jimxi skond ma tgħidlu 
												l-kuxjenza tiegħu, iżidu bla 
												ebda raġuni prinċipju ieħor li 
												jgħid illi ġudizzju hu dejjem 
												veru la joħroġ mill-kuxjenza 
												proprja ta’ dak li jkun. Iżda 
												b’dan il-mod jiġi fix-xejn dak 
												li, bil-qawwa kollha, titlob 
												il-veritá, u floku jidħol 
												kriterju ta’ sinċeritá, ta’ 
												awtentiċitá u ta’ “paċi miegħek 
												innifsek”, u hekk jiġri li kull 
												ġudizzju dwar il-moralitá jkun 
												jiddependi biss mill-fehma ta’ 
												l-individwu. 
												
												
												  
												
												
												Minnufih jidher li dan 
												il-proċess mhux ħlief proċess li 
												jwassal għall-kriżi dwar 
												il-veritá. Meta tintilef 
												il-fehma tal-veritá universali 
												ta’ dak li hu tajjeb, veritá li 
												l-bniedem jista’ jagħraf 
												bil-ħila tiegħu, bilfors 
												tinbidel ukoll il-fehma dwar 
												il-kuxjenza. Il-kuxjenza ma 
												tiqiesx aktar skond ma hi 
												fin-natura oriġinali tagħha, 
												jiġifieri att ta’ l-intelliġenza 
												tal-persuna umana li tapplika 
												l-veritá universali dwar dak li 
												hu tajjeb għal kull każ 
												speċifiku, u hekk tagħti 
												ġudizzju dwar l-imġiba tajba li 
												trid turi ruħha issa u f’dan 
												il-waqt. Iżda għall-kuntrarju 
												qed jiġri li qed jingħata 
												lill-kuxjenza ta’ kull individwu 
												l-privileġġ li tiffissa, bla ma 
												ħadd jindaħlilha, regola dwar 
												it-tajjeb u l-ħażin, u dwar 
												imġiba tajba jew ħażina. Din 
												il-fehma taqbel ħafna ma’ etika 
												individwalistika – skond din 
												l-etika l-individwu quddiemu 
												għandu biss il-veritá tiegħu,
												li ma tkunx l-istess 
												bħall-veritá ta’ l-oħrajn. Dan 
												jispiċċa biex iwassal 
												għall-individwaliżmu li jispiċċa 
												biex jiċħad l-istess natura 
												umana. 
												
												
												Dawn il-fehmiet differenti taw 
												il-bidu lil dawk il-kurrenti ta’ 
												ħsieb li jżommu li hemm 
												oppożizzjoni sħiħa u radikali 
												bejn il-liġi morali u 
												l-kuxjenza, bejn in-natura u 
												l-libertá. 
												  
												
												
												33. 
												
												Flimkien 
												
												ma’ din l-eżaltazzjoni 
												tal-libertá, u kuntrarju 
												għaliha, b’mod li ma tistenniehx
												il-kultura ta’ llum qed 
												tiddubita għal kollox jekk hemmx 
												tassew libertá. Hemm xi 
												xjenzi li ġeneralment jissejħu 
												“xjenzi umani”, għax jistudjaw 
												l-imġiba kollha tal-bniedem (bvehavioural 
												sciences), u bir-raġun kollu 
												ġibdu l-attenzjoni dwar għadd 
												ta’ kondizzjonamenti soċjali u 
												psikoloġiċi li jinfluwenzaw 
												ħafna l-użu tal-libertá. 
												L-għarfien ta’ dawn 
												il-kondizzjonamenti u l-istudji 
												li saru dwarhom huma kisbiet 
												tassew pedagoġija u 
												l-amministrazzjoni 
												tal-ġustizzja. Iżda xi wħud, 
												b’mod jew ieħor, marru ‘l hemm, 
												minn dak li ħareġ minn dawn 
												l-osservazzjonijiet u waslu biex 
												jiddubitaw dwar il-libertá 
												tal-bniedem jew ukoll jiċħduha. 
												
												
												  
												
												
												Ta’ min ifakkar ukoll xi fehmiet 
												li jagħmlu użu ħażin ta’ 
												interpretazzjoni xjentifiċi, 
												frott tar-riċerka antropoloġika 
												(dwar in-natura tal-bniedem). 
												Mill-ħafna drawwiet, suriet ta’ 
												mġiba u istituzzjonijiet li 
												naraw fost il-bnedmin, 
												bl-argumenti tagħhom waslu, jekk 
												mhux għaċ-ċaħda tal-valuri 
												universali tal-bniedem, almenu 
												għar-relattiviżmu fil-moralitá. 
												  
												
												
												34. “Mgħallem, x’tajjeb għandi 
												nagħmel biex nikseb il-ħajja ta’ 
												dejjem?” Din il-mistoqsija 
												morali, li għaliha Kristu 
												wieġeb, ma tistax tħalli 
												fil-ġenb il-kwistjoni 
												tal-libertá, anzi tqisha 
												kwistjoni ċentrali, għaliex bla 
												libertá m’hemmx moralitá: 
												“il-bniedem idur għat-tajjeb 
												biss jekk ikun ħieles”. 
												Imma b’liema sura ta’ libertá?
												Il-Konċilju, lill-bnedmin 
												ta’ żmienna li “japprezzaw 
												ħafna” l-libertá u li “jfittxuha 
												bil-ħeġġa kollha”, għalkemm 
												“spiss jifhmuha ħażin 
												bħallikieku kollox permess jekk 
												ikun jogħġob, il-ħażin ukoll”, 
												uriehom x’inhi l-libertá 
												“vera”. “Il-libertá vera hi 
												fil-bniedem sinjal ċar ħafna 
												tax-xbieha ta’ Alla. Alla 
												ried il-bniedem “iħallih 
												fir-rieda tiegħu” (ara Sir 15, 
												14), biex minn rajh ifittex 
												il-Ħallieq tiegħu u f’rabta 
												miegħu jasal għall-perfezzjoni 
												hienja u sħiħa”. 
												Għalkemm kull bniedem għandu 
												d-dritt li jkun rispettat 
												fit-tfittix tiegħu għall-veritá, 
												hemm qabel id-dmir morali, dmir 
												gravi, li wieħed ifittex 
												il-veritá u jħaddanha meta jsir 
												jafha. 
												Din il-fehma kien itenniha 
												bil-qawwa kollha l-Kardinal John 
												Henry Newman, difensur magħruf 
												tad-drittijiet tal-kuxjenza: 
												“Il-kuxjenza għandha drittijiet 
												għax għandha dmirijiet”. 
												
												
												  
												
												
												Xi fehmiet tat-teoloġija morali 
												ta’ żmienna saħħu l-fehmiet 
												suġġettivi u individwalisti li 
												ġa semmejna, billi taw tifsira 
												ġdida lir-relazzjoni li hemm 
												bejn il-libertá u l-liġi morali, 
												bejn in-natura umana u 
												l-kuxjenza bil-kriterju ġdid li 
												daħħlu ħa jqisu l-valur morali 
												ta’ kull għemil. Dawn 
												il-fehmiet, għalkemm huma ħafna, 
												kollha jaslu biex inaqqsu jew 
												jiċħdu d-dipendenza 
												tal-libert´mill-veritá. 
												
												
												
												  
												
												
												Jekk irridu nqisu b’mod kritiku 
												dawn il-fehmiet, biex naraw 
												x’hemm fihom li hu leġittmu, ta’ 
												siwi u validu, u naraw ukoll 
												x’hemm fihom ta’ ambigwitá, ta’ 
												periklu u ta’ żball, irridu 
												nqisuhom fid-dawl tal-libertá li 
												tiddependi fondamentalment 
												mill-veritá: il-qawwa ta’ din 
												id-dipendenza toħroġ ċara 
												mill-kliem awtorevoli ta’ 
												Kristu: “U tagħrfu l-veritá, u 
												l-verita teħliskom” (Ġw 8, 32). 
												  
												
												
												
												1.
												
												
												LIBERTÁ U LIĠI 
												
												
												  
												
												
												
												“Mis-siġra tat-tagħrif 
												tat-tajjeb u l-ħażin, la tikolx 
												minnha” (Ġen 
												2,17) 
												  
												
												
												35. Fil-ktieb tal-Ġenesi naqraw: 
												“Il-Mulej Alla ordna 
												lill-bniedem u qallu: ‘Mis-siġar 
												kollha tal-ġnien tista’ tiekol, 
												imma mis-siġra tat-tagħrif 
												tat-tajjeb u l-ħażin, la tikolx 
												minnha, għax dak in-nhar li 
												tiekol minnha żgur li tmut’” 
												(Ġen 2, 16-17). 
												
												
												  
												
												
												B’din it-tixbiha r-Rivelazzjoni 
												tgħallimna li hu Alla li 
												jgħid x’inhu t-tajjeb u x’inhu 
												l-ħażin, u mhux il-bniedem. 
												Il-bniedem hu ħieles, għax 
												jista’ jifhem u jilqa’ 
												l-kmandamenti ta’ Alla. Kellu 
												libertá sħiħa, għaliex kien 
												jista’ jiekol “mis-siġar kollha 
												tal-ġnien”; iżda ma kinitx 
												libertá bla limiti, għaliex 
												kellu jżomm ‘il bogħod 
												“mis-siġar tat-tagħrif 
												tat-tajjeb u tal-ħażin”, għax 
												kellha tilqa’ r-regola morali li 
												Alla jagħti lill-bniedem; 
												fil-fatt meta l-bniedem jilqa’ 
												din ir-regola, ikun iwassal 
												il-libertá għall-perfezzjoni. 
												Alla, li hu waħdu t-Tajjeb, jaf 
												sewwa x’inhu t-tajjeb 
												għall-bniedem u mqanqal minn 
												imħabbtu għall-bniedem, juri 
												x’inhu t-tajjeb lill-bniedem 
												fil-kmandamenti. 
												
												
												  
												
												
												Għalhekk il-liġi ta’ Alla la 
												tnaqqas u lanqas tneħħi 
												l-libertá tal-bniedem, anzi 
												tħarishielu u ġġibhielu ‘l 
												quddiem. Għall-kuntrarju xi 
												fehmiet kulturali ta’ żmienna 
												taw bidu għal ħafna kurrenti ta’ 
												ħsieb fl-etika mibnijin fuq 
												konflitt li jaħsbu li hemm bejn 
												il-libertá u liġi. Dan huwa 
												tagħlim li jagħti lil kull 
												individwu jew lil kull soċjetá 
												s-setgħa li tgħid x’inhu 
												t-tajjeb u x’inhu l-ħażin: 
												il-libertá tal-bniedem imbagħad 
												tkun tista’ “toħloq il-valuri” u 
												jkollha primat fuq il-veritá, 
												bħallikieku l-veritá toħroġ 
												mil-libertá u mhux bil-maqlub. 
												B”hekk il-libertá tkun qed 
												tippretendi għaliha 
												awtonomija morali li 
												fil-fatt ma tkunx ħlief 
												setgħa assoluta. 
												  
												
												
												36. Din il-pretensjoni ta’ llum 
												għall-awtonomija ma naqsitx 
												li tolqot ukoll it-teoloġija 
												morali kattolika. Għalkemm 
												it-teoloġija morali kattolika 
												qatt ma riedet tqiegħed 
												il-libertá tal-bniedem kontra 
												l-liġi ta’ Alla, u lanqas qatt 
												waslet biex tiddubita 
												mill-pedament reliġjuż 
												fondamentali tar-regola morali, 
												iżda waslet biex taħsibha 
												mill-ġdid dwar il-parti li 
												għandhom il-fidi u r-raġun 
												fl-għarfien tar-regoli 
												tal-morali, jiġifieri dawk 
												ir-regoli li għandhom x’jaqsmu 
												mad-drawwiet ta’ “din id-dinja”, 
												jiġifieri ma’ l-imġiba miegħek 
												innifsek, ma’ l-oħrajn mad-dinja 
												madwarek. 
												
												
												  
												
												
												Għandna nammettu li f’din 
												il-ħidma tat-teoloġija morali 
												għat-tiġdid fil-ħsieb hemm xi 
												fehmiet pożittivi li l-akbar 
												għadd tagħhom jagħmlu parti 
												mill-aħjar tradizzjonijiet 
												tat-tagħlim kattoliku. 
												Bl-inkoraġġament tal-Konċilju 
												Vatikan II, 
												inbeda djalogu mal-kultura ta’ 
												llum, li wera ċar li r-regoli 
												morali li jinsabu fil-liġi 
												morali naturali 
												għandhom karattru li jaqbel 
												mar-raġuni tal-bniedem u 
												għalhekk jista’ jifhimhom 
												kulħadd u jistgħu jitwasslu lil 
												kulħadd. Twettqu ukoll 
												il-kwalitajiet li jinsabu 
												fl-istess obbligi morali li 
												joħorġu minn din il-liġi, 
												obbligi li ma jorbtux ir-rieda 
												tal-bniedem, qabel ma jingħarfu 
												mir-raġuni u, fil-prattika, 
												mill-kuxjenza personali tiegħu. 
												
												
												  
												
												
												Iżda għax insew li r-raġuni 
												tal-bniedem tiddependi 
												mill-Għerf ta’ Alla u nsew 
												il-ħtieġa, minħabba l-qagħda 
												tan-natura umana midruba 
												mid-dnub, tar-Rivelazzjoni 
												divina bħala realtá 
												għall-għarfien tal-veritajiet 
												morali, ukoll dawk ta’ l-ordni 
												naturali, 
												xi wħud waslu biex jgħidu li 
												r-raġuni għandha setgħa sħiħa
												fuq in-normi morali li 
												jirregolaw il-ħajja f’din 
												id-dinja: huma biss normi dwar 
												moralitá “umana” u jfissru 
												liġijiet li l-bniedem minn rajh 
												għamel għalih innifsu u li 
												ħerġin biss mir-raguni 
												tal-bniedem. Għalhekk dawn 
												il-liġijiet ma jistax ikun li 
												għamilhom Alla; nistgħu ngħidu 
												li għamilhom Alla biss fis-sens 
												li dawn il-liġijiet tagħmilhom 
												minn rajha r-raġuni tal-bniedem, 
												isiru bis-saħħa ta’ mandat sħiħ 
												mogħti fil-bidu minn Alla 
												lill-bniedem. Dawn il-fehmiet, 
												li huma kontra l-iskrittura u 
												t-tagħlim minn dejjem 
												tal-Knisja, wasslu biex jingħad 
												li Alla ma għamilx il-liġi 
												naturali, u li l-bniedem, huwa u 
												jagħmel użu mir-raġuni tiegħu, 
												għandu sehem fil-liġi ta’ 
												dejjem, li ma għandux jagħmilha 
												hu. 
												  
												
												
												37. Xi teoloġi moralisti, għax 
												riedu jżommu l-karattru nisrani 
												tal-ħajja morali, waslu biex 
												jagħmlu għażla – għażla li hi 
												kontra t-tagħlim kattoliku, 
												bejn l-ordni etiku li ġej 
												mill-bniedem u hu biss ta’ din 
												id-dinja, u ordni 
												tas-salvazzjoni; skond dan 
												l-ordni jiksbu l-importanza 
												tagħhom biss xi intenzjonijiet u 
												xi drawwiet spiritwali dwar Alla 
												u l-proxxmu. Dan wassal biex 
												jiċħdu li fir-Rivelazzjoni 
												divina hemm xi veritajiet morali 
												speċifiċi u determinanti li 
												jgħoddu għal kulħadd u huma għal 
												dejjem. Il-Kelma ta’ Alla, 
												jgħidu, tħeġġeġ bis, hi 
												parenesi ġenerika, li 
												mbagħad ir-raġuni ħielsa 
												tal-bniedem tiddetermina permezz 
												ta’ regoli “oġġettivi”, 
												jiġifieri adatti 
												għaċ-ċirkostanzi storiċi li jkun 
												hemm. Din is-sura ta’ awtonomija 
												tasal biex tiċħad ukoll 
												l-awtoritá tal-Knisja li 
												tgħallem u tal-Maġisteru tagħha 
												dwar ċerti normi morali fuq dak 
												li jsejħulu “l-ġid tal-bniedem”. 
												Dawn in-normi ma jagħmlux parti 
												mid-depożitu tar-Rivelazzjoni, u 
												fihom infushom ma jiswew xejn 
												għas-salvazzjoni spiritwali. 
												
												
												Ma hemm ħadd li ma jarax li dan 
												it-tifsir ta’ l-awtonomija 
												tar-raġuni tal-bniedem iġib 
												miegħu għadd ta’ fehmiet li 
												bl-ebda mod ma jaqblu 
												mad-duttrina kattolika. 
												
												
												F’qagħda bħal din, jeħtieġ li, 
												fid-dawl tal-Kelma ta’ Alla u 
												tat-tradizzjoni ħajja 
												tal-Knisja, jitfissru b’mod 
												l-aktar ċar il-fehmiet 
												fondamentali dwar il-libertá 
												tal-bniedem u l-liġi morali u 
												r-relazzjoni għolja u intima li 
												hemm bejniethom. Hekk biss 
												tista’ tingħata tweġiba 
												għat-talbiet leġittmi tar-raġuni 
												tal-bniedem, b’mod li jiġu 
												milqugħin dawk l-elementi ta’ 
												siwi li jinsabu fit-teoloġija 
												morali ta’ żmienna mingħajr ma 
												ssir ebda ħsara lill-wirt morali 
												tal-Knisja permezz ta’ fehma 
												żbaljata ta’ awtonomija. 
												  
												
												
												
												Alla lill-bniedem ħallieh 
												“f’idejn ir-rieda tiegħu” 
												
												
												(Sir 15,14) 
												
												
												38. Il-Konċilju Vatikan II, huwa 
												u jiċċita kliem Bin Sirak ried 
												ifisser b’dan il-mod x’inhi 
												“il-libertá vera”, li hi “sinjal 
												mill-aqwa tax-xbieha ta’ Alla 
												fil-bniedem”. “Alla ried iħalli 
												l-bniedem ‘f’idejn ir-rieda 
												tiegħu’, hekk li minn rajh 
												ifittex il-Ħallieq tiegħu u 
												f’rabta sħiħa miegħu jasal għal 
												perfezzjoni hienja u sħiħa”. 
												Dan il-kliem juri kemm hu għoli
												t-tisħib fis-setgħa ta’ Alla 
												li għaliha ġie msejjaħ 
												il-bniedem: juru li s-setgħa 
												tal-bniedem b’xi mod hi setgħa 
												fuq il-bniedem innifsu. Din 
												il-fehma dejjem dehret f’kull 
												riflessjoni teoloġika fuq 
												il-libertá tal-bniedem, u ġiet 
												imfissra bħala sura ta’ 
												regalitá. San Girgor ta’ Nissa, 
												biex insemmu eżempju, kiteb: 
												“Ir-ruħ turi d-dinjitá regali u 
												għolja tagħha...meta tiddikjara 
												li ma tagħraf ebda sid, u 
												tagħmel kollox kif trid hi; 
												b’setgħa għolja u sħiħa tmexxi 
												lilha nnifisha kif jogħġobha. 
												Ħaġa bħal din għal min tgħodd 
												jekk mhux għal xi 
												sultan?...Hekk, in-natura umana 
												maħluqa biex taħkem fuq 
												il-ħlejjaq l-oħra kollha, 
												minħabba x-xebħ li għandha 
												mas-Sid tal-ħolqien kollu, hi 
												qisha xbieha ħajja, imsieħba ma’ 
												Dak li hu l-arketip ta’ kollox 
												kemm fid-dinjitá u kemm fl-isem”. 
												
												
												
												It-tmexxija tad-dinja 
												hi dmir kbir u responsabbli 
												tal-bniedem li jimpenja 
												l-libertá tiegħu huwa u jobdi 
												l-kmand tal-Ħallieq: “Imlew 
												l-art u aħkmuha” (Ġen 1, 28). 
												Minħabba f’hekk, kemm kull 
												bniedem u kemm il-ġens kollu 
												tal-bnedmin għandhom awtonomija 
												xierqa, ħaġa li fuqha 
												l-Kostituzzjoni Gaudium et 
												spes tal-Konċilju riedet 
												turi attenzjoni speċjali. Hi 
												l-awtonomija tar-realtajiet 
												tad-dinja, jiġifieri “l-ħlejjaq 
												kollha u l-istess soċjetajiet 
												għandhom il-liġijiet proprji 
												tagħhom u l-valuri tagħhom li 
												l-bniedem jagħraf ftit ftit, 
												jużaħhom, u jmexxihom”. 
												  
												
												
												39. Iżda lill-bniedem ma ġietx 
												fdata biss id-dinja, imma ġew 
												fdati lilu wkoll 
												ir-responsabbiltá u l-ħarsien 
												tiegħu nnifsu. Alla ħalla 
												l-bniedem “f’idejn ir-rieda 
												tiegħu” (Sir 15, 14), biex 
												ifittex lill-Ħallieq tiegħu u 
												minn rajh jasal 
												għall-perfezzjoni. Irid jasal 
												għall-perfezzjoni tiegħu 
												nnifsu hu nnifsu. Dan 
												għaliex, kif il-bniedem, huwa u 
												jaħkem fuq id-dinja, jsawwarha 
												kif jifhem u jrid hu, hekk ukoll 
												il-bniedem, huwa u jagħmel 
												għemil li hu moralment tajjeb, 
												isaħħaħ, jiżviluppa u jwettaq 
												ix-xbieha ta’ Alla fih innifsu. 
												
												
												  
												
												
												Iżda l-Konċilju jwissi kontra 
												fehma qarrieqa ta’ l-awtonomija 
												tal-ħlejjaq, dik l-awtonomija li 
												żżomm illi “l-ħlejjaq ma 
												jiddependux minn Alla, u li 
												l-bniedem jista’ jużahom 
												mingħajr ma jimpurtah minn Dak 
												li ħalaqhom”. 
												Din il-fehma ta’ awtonomija, 
												applikat għall-bniedem innifsu, 
												iġġib effetti li huma ta’ ħsara, 
												għaliex tispiċċa biex tasal 
												għaċ-ċaħda ta’ Alla. “Mingħajr 
												il-Ħallieq, il-ħlejjaq jintemmu 
												fix-xejn...Jekk Alla jintesa, 
												il-ħlejjaq jiddallmu”. 
												  
												
												
												40. Dan it-tagħlim tal-Konċilju 
												jwettaq, min-naħa, il-ħidma 
												tar-raġuni tal-bniedem biex 
												issib u tagħmel tagħha l-liġi 
												morali: il-ħajja morali titlob 
												dik il-kreattivitá u dik 
												il-ħerqa li hi proprja 
												tal-persuna u hi l-bidu u 
												l-kawża ta’ kull għemil 
												deliberat; min-naħa l-oħra 
												r-raġuni tikseb il-veritá u 
												l-awtoritá tagħha mil-liġi 
												eterna li m’hijiex ħlief l-Għerf 
												ta’ Alla. 
												Fil-qalba tal-ħajja morali 
												għalhekk insibu l-prinċipju 
												fondamentali ta’ l-“awtonomija
												ġusta” tal-bniedem, 
												li hu s-suġġett personali ta’ 
												għemilu. Il-liġi morali tiġi 
												minn għand Alla u fih issib 
												dejjem il-bidu tagħha: 
												fl-istess waqt, minħabba 
												r-raġuni naturali, li toħroġ 
												mill-Għerf ta’ Alla, hi l-liġi 
												proprja tal-bniedem. Dan 
												għaliex il-liġi naturali, kif 
												għedna, “m’hijiex ħlief id-dawl 
												tal-fehma li jitnissel fina minn 
												Alla, biex bih inkunu nafu 
												x’għandna nagħmlu u x’ma 
												għandniex nagħmlu. Dan id-dawl u 
												din il-liġi Alla taha 
												lill-bniedem fil-ħolqien”. 
												L-awtonomija xierqa tar-raġuni 
												fil-prattika tfisser li 
												l-bniedem għandu fih innifsu 
												l-liġi proprja tiegħu, li 
												tahielu l-Ħallieq. Iżda 
												l-awtonomija tar-raġuni ma 
												tfissirx li r-raġuni stess
												tista’ toħloq il-valuri u 
												normi morali.
												Jekk din l-awtonomija 
												tfisser iċ-ċaħda tat-tisħib 
												fil-prattika tar-raġuni fl-Għerf 
												ta’ Alla, Ħallieq u Leġislatur, 
												jew tissuġġerixxi sura ta’ 
												libertá biex toħloq normi morali 
												skond iċ-ċirkostanzi storiċi jew 
												skond id-diversitá 
												tas-soċjetajiet u tal-kulturi, 
												din is-sura ta’ awtonomija tmur 
												kontra t-tagħlim tal-Knisja dwar 
												il-veritá tal-bniedem. 
												Tkun il-qerda tal-libertá vera. 
												“Mis-siġra ta’ tagħrif it-tajjeb 
												u l-ħażin la tikolx minnha, għax 
												dak in-nhar li tiekol minnha 
												żgur li tmut” (Ġen 2, 17). 
												
												
												41. 
												
												L-awtonomija morali vera 
												
												
												tal-bniedem tfisser, mhux 
												iċ-ċaħda, imma l-aċċettazzjoni 
												tal-liġi morali, jiġifieri 
												tal-kmandament ta’ Alla: 
												“Il-Mulej Alla ordna 
												lill-bniedem” (Ġen 2, 16). 
												Il-Libertá tal-bniedem u l-liġi 
												ta’ Alla jiltaqgħu ma’ xulxin u 
												qishom jitħalltu, għax 
												il-bniedem minn rajh jobdi ‘l 
												Alla, u Alla minn rajh juri 
												tjieba liema bħala mal-bniedem. 
												Tobdi lil Alla m’hijiex xi 
												eteronomija, kif jaħsbu xi 
												wħud, bħallikieku l-ħajja morali 
												hi taħt il-ħakma ta’ setgħa bla 
												qjies li tista’ kollox u li hi 
												barra l-bniedem u kontra 
												l-libertá tiegħu. Jekk 
												l-etoronomija morali kienet 
												tfiser iċ-ċaħda li l-bniedem 
												għandu s-setgħa jiddeċiedi fuqu 
												nnifsu jew tfisser li għandu 
												joqgħod għal normi li ma huma 
												ta’ ebda siwi għall-ġid tiegħu, 
												dan imur kontra r-Rivelazzjoni 
												tal-Patt u ta’ l-Inkarnazzjoni 
												li fdietna. Din l-eteronomija ma 
												tkunx ħlief sura ta’ 
												aljenazzjoni għal kollox 
												kuntrarja għall-għerf ta’ Alla u 
												wkoll għad-dinjitá tal-persuna 
												umana. 
												
												
												  
												
												
												Xi wħud bir-raġuni kollu 
												jitkellem dwar teonomija 
												jew teonomija parteċipata 
												għaliex l-ubbidjenza ħielsa 
												tal-bniedem għal-liġi ta’ Alla 
												hi verament tisħib tar-raġuni u 
												tar-rieda tal-bniedem fl-Għerf u 
												l-Providenza ta’ Alla. 
												Bil-projbizzjoni li l-bniedem 
												jiekol mis-“siġra ta’ tagħrif 
												it-tajjeb u l-ħażin”, Alla wera 
												ċar li l-bniedem fil-bidu ma 
												kellux dan it-“tagħrif bħala xi 
												ħaġa proprja tiegħu, imma kellu 
												sehem fih bid-dawl tar-raġuni 
												naturali u tar-Rivelazzjoni 
												divina, li wrewh dak li jitlob 
												minnu u jsejjaħlu għalih l-Għerf 
												ta’ Alla. Il-ligi għalhekk 
												għandha titqies bħala tifsira 
												ta’ l-Għerf ta’ Alla: 
												il-libertá, hija u toqgħod 
												għal-liġi, tkun toqgħod ukoll 
												għall-veritá tal-ħolqien. 
												Minħabba f’dan jeħtieġ naraw 
												fil-libertá tal-bniedem xbieha 
												ta’ Alla, huwa li hu qrib tagħna 
												għax “hu f’kulħadd” (ara Ef 4, 
												6), bl-istess mod irridu 
												nistqarru l-kobor ta’ Alla, Sid 
												il-ħolqien kollu, u nqimu 
												l-qdusija tal-liġi ta’ Alla, li 
												hu bla qjies ‘il fuq minn 
												kollox: Alla hu dejjem akbar. 
												  
												
												
												
												“Hieni l-bniedem...li fil-liġi 
												tal-Mulej hi l-għaxqa tiegħu”
												
												
												(Salm 1,1-2) 
												  
												
												
												42. Il-libertá tal-bniedem, 
												imfassla skond ir-rieda ta’ 
												Alla, mhux biss ma tispiċċax 
												fix-xejn meta tobdi l-liġi ta’ 
												Alla, imma hu biss b’din 
												l-ubbidjenza li tibqa’ 
												fil-veritá u twieġeb 
												għad-dinjitá tal-bniedem, kif 
												jikteb sewwa l-Konċilju; 
												“Id-dinjitá tal-bniedem titlob 
												li kull ma jagħmel jagħmlu 
												b’għażla ħielsa huwa u jagħraf 
												x’qed jagħmel, jiġifieri 
												personalment imqanqal u mmexxi 
												minnu nnifsu, u mhux minn xi 
												istint agħmi ġewwa fih jew minn 
												xi sfurzar bilfors minn barra. 
												Il-bniedem jikseb din id-dinjitá 
												meta hu jeħles lilu nnifsu 
												mill-jasar tal-passjonijiet 
												tiegħu, ifittex l-għan tiegħu 
												fl-għażla ħielsa ta’ dak li hu 
												ta’ ġid għalih, u jikseb kull 
												għajnuna adatta bil-ħidma 
												efettiva u ħerqana tiegħu”. 
												
												
												
												23.
												 
												
												
												Il-bniedem, fil-mixi tiegħu lejn 
												Alla, lejn Dak li hu “waħdu 
												t-Tajjeb”, b’mod ħieles għandu 
												jagħmel it-tajjeb u jżomm ruħu 
												‘l bogħod mill-ħażin. Għalhekk 
												jeħtieġ li l-bniedem ikun 
												jista’ jagħżel it-tajjeb 
												mill-ħażin. Dan qabel kollox 
												iseħħ bid-dawl tar-raġuni 
												naturali, li hi rifless 
												fil-bniedem tad-dija ta’ wiċċ 
												Alla. 
												
												
												  
												
												
												Hekk San Tumas, huwa u 
												jikkummenta vers tas-Salm IV, 
												kiteb: “Meta s-salmista kiteb: 
												‘Offru s-sagrifiċċji 
												(tal-ġustizzja) li għandkom 
												tagħmlu’ (Salm 4, 6), 
												bħallikieku kien hemm xi wħud li 
												staqsew liema huma l-għemejjel 
												tal-ġustizzja, żied jgħid 
												‘Ħafna jgħidu; min jurina r-riżq
												(il-ġustizzja)? U għal dan 
												wieġeb: ‘Ixħet fuqna, Mulej, 
												id-dawl ta’ wiċċek’ u hekk 
												ta’ x’wieħed jifhem li d-dawl 
												tar-raġuni naturali, m’huwiex 
												ħlief id-dawl ta’ Alla li ħajja 
												fina l-marka tiegħu”. 
												Minn hawn naraw ukoll għaliex 
												din il-liġi tissejjaħ liġi 
												naturali: tissejjaħ hekk 
												mhux b’riferenza għall-ħlejjaq 
												li ma għandhomx raġuni imma 
												għaliex ir-raġuni li xxandar hi 
												proprja r-raġuni tal-bniedem. 
												  
												
												
												  
												
												
												43. Il-Konċilju Vatikan II 
												jfakkar li “l-ogħla regola 
												tal-ħajja tal-bniedem hi l-liġi 
												ta’ Alla fiha nnifisha, liġi 
												eterna, oġġettiva u universali, 
												li biha Alla fil-għerf u 
												l-imħabba tiegħu, jordna, imexxi 
												u jiggverna d-dinja kollha u 
												kull mixi tal-ġens kollu 
												tal-bnedmin. Alla jsieħeb 
												il-bniedem miegħu biex bħala 
												bniedem, ikun jista’ dejjem 
												aktar jagħraf il-veritá li qatt 
												ma tinbidel, immexxi bil-ħlewwa 
												kollha mill-Providenza ta’ Alla”. 
												
												
												
												25.
												 
												
												
												Il-Konċilju jeħodna lejn 
												it-tagħlim “klassiku” dwar 
												il-liġi eterna ta’ Alla. 
												Santu Wistin jagħti din 
												id-definizzjoni tagħha: 
												“ir-raġuni jew rieda ta’ Alla, 
												li tordna li jkun imħares 
												l-ordni tan-natura u ma tridx li 
												jkun imfixkel”; 
												San Tumas iqisha l-istess bħal 
												“sura wkoll ta’ l-Għerf ta’ Alla 
												għaliex...biha kollox jitmexxa 
												lejn l-għan aħħari tiegħu”. 
												L-Għerf ta’ Alla hu providenza, 
												imħabba li taħseb f’kollox. Alla 
												nnifsu jieħu tassew ħsieb u 
												jħobb il-ħlejjaq kollha (ara 
												Għerf 7, 22; 8, 11). 
												
												
												  
												
												
												Alla ma jieħux ħsieb il-bniedem 
												kif jieħu ħsieb il-ħlejjaq 
												l-oħra: mhux “minn barra” 
												permezz tal-liġijiet li jmexxu 
												n-natura fiżika, imma permezz 
												tar-raġuni, li bid-dawl naturali 
												tagħha tagħraf il-liġi eterna 
												ta’ Alla, u hekk turi 
												lill-bniedem liema triq għandu 
												jaqbad biex jagħmel is-sewwa. 
												B’dan il-mod Alla jsejjaħ 
												lill-bniedem biex jissieħeb 
												fil-providenza tiegħu għax, 
												permezz tal-bniedem, jiġifieri 
												permezz tar-raġuni u tal-ħidma 
												responsabbli tiegħu, irid imexxi 
												d-dinja, mhux biss id-dinja 
												tan-natura, imma wkoll id-dinja 
												tal-bnedmin. Hawn tidħol 
												il-liġi naturali bħala 
												tifsira mill-bniedem tal-liġi 
												eterna ta’ Alla: “Il-ħlejjaq 
												imżejnin bir-raġuni” – jikteb 
												San Tumas – “joqogħdu 
												għall-providenza ta’ Alla b’mod 
												itjeb mill-ħlejjaq l-oħra, 
												għaliex, għax għandhom sehem 
												mill-providenza ta’ Alla, 
												jipprovdu għalihom infushom u 
												għall-oħrajn. Għalhekk għandhom 
												sehem mir-Raġuni Eterna li biha 
												huma naturalment miġbudin lejn 
												l-għemil u l-għerf proprju 
												tagħhom. Dan it-tisħib fil-liġi 
												eterna mill-ħlejjaq imżejnin 
												bir-raġuni tissejjaħ liġi 
												naturali”. 
												  
												
												
												44. Il-Knisja tenniet kemm-il 
												darba t-tagħlim ta’ San Tumas 
												dwar il-liġi naturali, u għamlet 
												użu minnha fit-tagħlim morali 
												tagħha. Hekk il-Papa Ljun XIII 
												għallem li r-raġuni u l-liġi 
												tal-bniedem għandhom joqogħdu 
												għall-Għerf ta’ Alla u l-liġi 
												tiegħu. Wara li qal: “Il-liġi 
												naturali hi miktuba u mnaqqxa 
												fil-qalb ta’ kull bniedem u 
												fil-bnedmin kollha, għaliex hi 
												r-raġuni li tgħid lill-bniedem 
												li għandu jagħmel it-tajjeb u ma 
												jidnibx”, il-Papa Ljun XIII 
												isemmi “r-raġuni l-aktar għolja” 
												ta’ Alla l-Leġislatur. “Dak li 
												tgħid ir-raġuni tal-bniedem ma 
												jistax ikollu l-qawwa ta’ liġi, 
												jekk ma jkunx leħen u tifsir ta’ 
												raġuni aktar għolja li għaliha 
												jridu joqogħdu l-fehma u 
												l-libertá tagħna”. Is-saħħa 
												tal-liġi tinsab fis-setgħa li 
												twaqqaf dmirijiet u tagħti 
												drittijiet u tikkastiga xi 
												suriet ta’ mġiba. “Hi ħaġa ċara 
												li dan ma jistax jinsab 
												fil-bniedem, jekk il-bniedem 
												kellu jagħti lilu nnifsu bħala 
												leġislatur suprem tiegħu nnifsu, 
												ir-regola għal għemilu”. 
												Għalhekk itemm kliemu b’dan 
												il-mod. “Minn hawn jiġi li 
												l-liġi naturali hi l-istess 
												liġi eterna, li tinsab 
												imnissla f’dawk li għandhom 
												l-użu tar-raġuni, u tmexxihom 
												lejn l-għemil tajjeb tagħhom u 
												lejn l-għan tagħhom: hi 
												l-istess raġuni eterna 
												tal-Ħallieq u tal-Mexxej 
												tal-ħolqien kollu”. 
												
												
												  
												
												
												Il-bniedem jagħraf it-tajjeb u 
												l-ħażin minħabba d-dixxerniment 
												li jagħmel fih innifsu permezz 
												tar-raġuni tiegħu, b’mod 
												speċjali bir-raġuni tiegħu 
												mdawwla mir-Rivelazzjoni divina 
												u mill-fidi, permezz 
												tal-liġi li Alla ta lill-poplu 
												magħżul tiegħu, ibda 
												mill-kmandamenti mogħtijin 
												fis-Sinaj. Iżrael ġie msejjaħ 
												biex jilqa’ u jgħożż il-liġi ta’ 
												Alla, bħala don speċjali u 
												sinjal ta’ l-għażla tiegħu u 
												tal-Patt ma’ Alla u rahan 
												ukoll tal-barka ta’ Alla. 
												Għalhekk Mosé, huwa u jkellem 
												lil ulied Iżrael, staqsiehom: 
												“Liema ġens hu hekk kbir u 
												għandu l-allat hekk qrib tiegħu 
												daqs kemm hu qrib tagħna l-Mulej 
												Alla tagħna kull ħin li 
												nsejħulu? Jew liema ġens hu hekk 
												kbir li għandu liġijiet u 
												ordnijiet hekk sewwa daqs dak 
												kollu li fiha din il-liġi li 
												qiegħed noffrilkom illum jien?” 
												(Dewt 4, 7-8). Fis-Salmi 
												nistgħu nsibu sentimenti ta’ 
												tifħir, radd il-ħajr u qima li 
												l-Poplu magħżul ta’ Alla kien 
												imsejjaħ biex juri għal-liġi ta’ 
												Alla, waqt li kien jiġi mħeġġeġ 
												ħa jkun jafha, jimmeditaha u 
												jgħixha f’ħajtu: “Ħieni 
												l-bniedem li ma jimxix fuq 
												il-pariri tal-ħżiena u ma jiqafx 
												fi triq il-ħatjin, li ma 
												joqgħodx fil-laqgħat 
												taż-żeblieħa, imma fil-liġi 
												tal-Mulej hi l-għaxqa tiegħu, 
												lejl u nhar jaħseb fil-liġi 
												tiegħu” (Sal 1,1-2). “Il-liġi 
												tal-Mulej perfetta u tagħti 
												l-ħajja; ix-xhieda tal-Mulej hi 
												sewwa, u tgħallem lil min ma 
												jafx, il-preċetti tal-Mulej 
												dritti, u jferrħu l-qalb” (Salm 
												19/18, 8-9). 
												  
												
												
												45. Il-Knisja tilqa’
												b’ħajr 
												id-depożitu kollu 
												tar-Rivelazzjoni u tgħożżu 
												b’imħabba, tħarsu bil-qima 
												kollha, u taqdi d-dmir tagħha li 
												tfisser b’mod awtentiku l-liġi 
												ta’ Alla fid-dawl ta’ 
												l-Evanġelju. Il-Knisja tilqa’ 
												bħala don il-liġi l-ġdida 
												li hi l-“milja” tal-liġi ta’ 
												Alla fi Kristu Ġesú u fl-Ispirtu 
												tiegħu: hi liġi “fil-qalb” (ara 
												Ġer 31, 32-33), “miktuba mhux 
												bil-linka, imma bl-ispirtu ta’ 
												Alla l-ħaj, mhux fuq twavel 
												tal-ġebel iżda fuq it-twavel 
												tal-laħam ta’ qalbkom” (2 Kor 3, 
												3); hi liġi ta’ perfezzjoni u 
												ta’ libertá (ara 2 Kor 3, 17), 
												“liġi ta’ l-Ispirtu li jagħti 
												l-ħajja fi Kristu Ġesú” (Rum 8, 
												2. Dwar din il-liġi San Tumas 
												jikteb: “Din il-liġi tista’ b’xi 
												mod tissejjaħ Spirtu 
												s-Santu...iżda l-Ispirtu 
												s-Santu, huwa u jgħammar 
												fil-fehma, mhux biss jgħallem 
												x’għandu jsir, imma jħajjar 
												ukoll biex isir dak li hu 
												tajjeb...Il-liġi ta’ l-Ispirtu 
												tista’ tissejjaħ ukoll effett 
												proprju ta’ l-Ispirtu s-Santu, 
												jiġifieri l-fidi li taħdem 
												permezz ta’ l-imħabba (Gal 5, 
												6): tgħallem fir-ruħ dak li 
												għandu jsir...u tqanqal ir-rieda 
												biex tagħmlu”. 
												
												
												  
												
												
												Għalkemm fit-teoloġija morali 
												soltu ssir għażla bejn dak li 
												tgħid il-liġi naturali u dak li 
												Alla tana u rrivelalna, u 
												fl-ekonomija tas-salvazzjoni 
												ssir għażla bejn il-liġi 
												“l-qadima” u l-liġi “l-ġdida”, 
												ma għandniex ninsew li dawn 
												id-distinzjonijiet u oħrajn 
												ukoll huma dwar dik il-liġi li 
												għamilha l-istess Alla waħdu, u 
												dejjem għamilha għall-bnedmin 
												Il-ħafna modi li bihom 
												fil-grajja tal-bniedem Alla 
												jieħu ħsieb il-bniedem u 
												d-dinja, mhux biss m’humiex 
												kontra xulxin, iżda jwettqu ‘l 
												xulxin u jidħlu f’xulxin. Kollha 
												għandhom il-bidu u t-tmiem 
												tagħhom fil-ħsieb għaref u hieni 
												li bih Alla ppredestina 
												l-bniedem “biex jieħu s-sura fuq 
												ix-xbieha ta’ Ibnu” (Rum 8, 29). 
												B’dan il-ħsieb ta’ Alla, ma 
												ġġarrabx ħsara l-libertá 
												tal-bniedem, anzi hu biss meta 
												jiġi milqugħ dan il-ħsieb li 
												titwettaq il-libertá 
												tal-bniedem. 
												  
												
												
												
												“Juru b’għemilhom li l-preċetti 
												tal-liġi huma miktuba f’qalbhom” 
												(Rum 2,15) 
												  
												
												
												46. L-oppożizzjoni li xi wħud 
												qed jgħidu li hemm bejn 
												il-libertá u l-liġi qed 
												jgħidilna llum b’qawwa li ma 
												bħalha b’riferenza għal-liġi 
												naturali, u l-aktar b’riferenza 
												għan-natura. Diskussjonijiet 
												dwar in-natura u l-libertá 
												dejjem kien hemm tul 
												iż-żminijiet fl-istudju 
												tat-teoloġija morali, u kienu 
												diskussjonijiet sħan sewwa fi 
												żmien ir-Rinaxximent u 
												r-Riforma, kif nistgħu naraw 
												mit-tagħlim tal-Konċilju ta’ 
												Trento. 
												
												
												
												  
												
												
												Diskussjonijiet bħal dawn qed 
												narawhom ukoll fi żmienna, iżda 
												ta’ sura oħra. L-inklinazzjoni 
												llum għall-osservazzjoni 
												emperika, għall-proċeduri ta’ 
												oġġettivazzjoni xjentifika, 
												il-progress teknoloġiku, xi 
												suriet ta' liberaliżmu wasslu 
												biex tidher li hemm xi 
												oppożizzjoni bejn in-natura u 
												l-libertá, bħallikieku din 
												l-oppożizzjoni – meta ma hijiex 
												ukoll konflitt – bejn il-libertá 
												u n-natura qisha hi xi struttura 
												partikulari ta’ l-istorja 
												tal-bniedem. Fi żminijiet oħra 
												n-“natura” kienet tidher qisha 
												qed iżżomm taħtha għal kollox 
												il-bniedem bid-dinamiżmu u 
												d-determiniżmu tagħha. Illum 
												ukoll il-qagħda tad-dinja 
												tas-sensi fl-ispazju u 
												fiż-żmien, il-liġijiet fiżiċi u 
												kimiċi li ma jitbiddlux, 
												il-proċessi kollha li jsiru 
												fil-ġisem, għal ħafna tqanqil 
												psikiku, u ħafna suriet ta’ 
												kondizzjonijiet soċjali, għal 
												ħafna nies jidhru bħala elementi 
												li qed imexxu kull ma hu 
												tal-bniedem. Minħabba dan, 
												il-fatti morali wkoll, minkejja 
												l-karatteristika tagħhom, qed 
												jitqiesu bħala ħwejjeġ li 
												jistgħu jiġu verifikati 
												statistikament, bħala suriet ta’ 
												mġiba li jistgħu jiġu verifikati 
												statistikament, bħala suriet ta’ 
												mġiba li jistgħu jiġu oservati u 
												mfissra biss skond kategoriji 
												ta’ mekkaniżmu psiko-soċjali. 
												Għalhekk si studjużi ta’ 
												l-etika, impenjati serjament 
												fl-istudju tar-realtajiet u ta’ 
												l-imġiba tal-bniedem, jistgħu 
												jitħajru jqisu l-għerf li jkunu 
												kisbu, jekk mhux dak ukoll li 
												jissuġġerixxu, skond ma 
												tgħidilhom l-istatistika dwar 
												id-drawwiet u l-imġiba u 
												l-fehmiet fuq il-moralitá 
												tal-maġġoranza tan-nies. 
												
												
												  
												
												
												
												Moralisti oħrajn, 
												
												għall-kuntrarju, kollhom ħerqa 
												biex juru l-importanza ta’ xi 
												valuri, tqanqalhom id-dinjitá 
												tal-bniedem, iżda spiss iqisuha 
												kuntrarja għan-natura materjali 
												u bioloġika, u għalhekk jgħidu 
												li trid bil-mod il-mod 
												tissuperahom. 
												
												
												  
												
												
												F’din 
												il-ħaġa nsibu ħafna fehmiet 
												diversi qed jaqblu bejniethom 
												għax jinsew x’inhi 
												l-kondizzjoni ta’ 
												natura maħluqa fl-integritá 
												tagħha. Għal xi wħud 
												in-natura m’hijiex ħlief 
												materjal għall-ħidma tal-bniedem 
												u għas-setgħa tiegħu: trid 
												tinbidel anzi tintrebaħ 
												mil-libertá, għax tillimitaha u 
												tiċħadha. 
												
												
												  
												
												
												
												Għal oħrajn 
												
												li jqisu li l-ġid ekonomiku, 
												soċjali, kulturali u morali 
												jinsab fil-progress bla rażan 
												tas-setgħa tal-bniedem jew 
												fil-libertá tiegħu, in-natura 
												tfisser dak kollu li jinsab 
												fil-bniedem u fid-dinja li mhux 
												il-libertá. Fehma bħal din 
												tan-natura tħaddan fiha 
												l-ewwelnett il-ġisem tal-bniedem 
												b’dak kollu li jsawru u 
												bil-forzi kollha tiegħu: dawn 
												l-elementi fiżiċi huma kuntrarji 
												għal dak kollu “li jagħmel 
												il-bniedem” jiġifieri 
												“għall-kultura” bħala ħidma u 
												frott tal-libertá. F’dan is-sens 
												in-natura tal-bniedem titbaxxa u 
												titqies biss bħala sempliċi 
												materjal bioloġiku u soċjali li 
												dejjem tista’ ssibu. Fl-aħħar 
												mill-aħħar dan kollu jfisser li 
												l-libertá hija nnifisha tgħid 
												x’inhi, issir fenomenu li toħloq 
												lilu nnifsu u l-valuri tiegħu. 
												B’dan il-mod fl-aħħar mill-aħħar 
												il-bniedem jispiċċa mingħajr 
												natura u jkun fih innifsu 
												r-raġuni ta’ l-istess eżistenza 
												tiegħu. Il-bniedem ma jkunx 
												ħlief il-libertá tiegħu stess! 
												  
												
												
												47. Fil-kuntest ta’ 
												dan il-fiżiċiżmu u 
												n-naturaliżmu saru għadd ta’ 
												objezzjonijiet kontra l-fehma 
												tradizzjonali tal-liġi naturali,
												minn xi teoloġi li jaħsbu li 
												l-liġi naturali li tqis bħala 
												liġijiet morali li jgħoddu għal 
												kullimkien. F’xi dokumenti 
												tal-Maġisteru tal-Knisja, 
												l-aktar f’dawk li għandhom 
												x’jaqsmu ma’ l-etika sesswali u 
												konjugali, dawn it-teoloġi 
												jgħidu li, minħabba fehma 
												naturalistika ta’ l-għemil 
												sesswali, qed jiġu kkundannati u 
												meqjusa moralment ħżiena 
												l-kontraċezzjoni, 
												l-isterilazzazzjoni diretta, 
												l-awtoerotiżmu, l-att sesswali 
												li qabel iż-żwieġ, 
												ir-relazzjonijiet omosesswali, 
												l-inseminazzjoni artifiċjali. 
												Skond dawn it-teoloġi, jekk 
												jitqies ħażin dan l-għemil, ma 
												jkunux jitqiesu b’mod xieraq la 
												l-qagħda ħielsa tal-bniedem 
												mogħni bir-raġuni u lanqas 
												il-kondizzjonament kulturali ta’ 
												kull regola morali. Dawn 
												it-teoloġi jgħidu wkoll li 
												l-bniedem, għax għandu r-raġuni, 
												mhux biss jista’, imma għandu 
												wkoll bil-libertá kollha, 
												jiddetermina t-tifsir ta’ 
												l-imġiba kollha tiegħu. Din 
												“id-determinazzjoni tat-tifsir” 
												trid tqis – u din hi ħaġa ċara 
												ħafna – il-ħafna 
												limitazzjonijiet tal-bniedem li 
												qed jgħix b’ġisem u qed jgħix fi 
												żmien determinat fl-istorja. 
												Trid tqis ukoll is-suriet ta’ 
												mġiba u t-tifsir li jkollhom 
												dawn is-suriet mill-kultura li 
												tkun. U fuq kollox trid tħares 
												il-kmandament fondamentali ta’ 
												l-imħabba ta’ Alla u 
												tal-proxxmu. Iżda Alla – iżidu 
												jgħidu – ħalaq il-bniedem bħala 
												enti raġonevoli u “ħallieh 
												f’idejn ir-rieda tiegħu”, u 
												jistennieh ifassal ħajtu b’mod 
												personali u raġonevoli. 
												L-imħabba tal-proxxmu għalhekk 
												għandha tfisser fuq kollox, jekk 
												mhux biss, rispett tal-libertá 
												li wieħed jiddeċiedi hu waħdu 
												fuqu nnifsu. Il-mod kif iġibu 
												ruħhom il-bnedmin u 
												“l-inklinazzjonijiet naturali” 
												tagħhom, kif jgħidulhom, jistgħu 
												jwasslu biss biex juru b’mod 
												ġenerali kif għandha tkun imġiba 
												tajba, iżda – jgħidu – ma 
												jistgħux jaslu biex 
												jiddeterminaw jekk kull għemil 
												bil-bniedem huwiex moralment 
												tajjeb jew ħażin, tant huma 
												komplessi l-għemejjel 
												tal-bnedmin, minħabba l-ħafna 
												kondizzjonijiet li fihom isibu 
												ruħhom. 
												  
												
												
												48. Quddiem fehma bħal din, 
												wieħed irid iqis sewwa 
												r-relazzjoni li hemm bejn 
												il-libertá u n-natura 
												tal-bniedem, u b’mod speċjali 
												x’post għandu l-ġisem 
												tal-bniedem fi problemi tal-liġi 
												naturali. Libertá li trid 
												tkun assoluta tasal biex tqis 
												il-ġisem tal-bniedem element 
												ħieles minn kull tifsir u kull 
												valur morali, qabel ma l-libertá 
												tkun fasslitu skond fehmitha. 
												Dan iwassal biex in-natura 
												tal-bniedem u l-ġisem tiegħu 
												jidhru qishom il-presuppost 
												jew il-bidu materjali 
												meħtieġ biex il-libertá 
												tagħmel l-għażla tagħha, iżda 
												għażla li tkun il-barra 
												mill-persuna, mis-suġġett u 
												mill-għemil tal-bniedem. 
												Id-dinamiżmu tagħhom ma jistax 
												jitqies bħala għażla morali 
												għaliex l-inklinazzjonijiet 
												tagħhom ifittxu biss ġid
												fiżiku, li xi wħud 
												isejħulu “ġid pre-morali”. Min 
												irid jar fihom indikazzjonijiet 
												ta’ ordni morali jkun qiegħed 
												jistieden li jiġi akkużat 
												b’fiżiċiżmu jew bioloġiżmu. 
												Skond dan il-ħsieb it-tensjoni 
												bejn il-libertá u n-natura 
												tal-bniedem, meqjusa b’dan 
												il-mod diminuttiv, tispiċċa 
												f’firda fil-bniedem innifsu. 
												
												
												  
												
												
												Dan it-tagħlim morali ma jaqbilx 
												mal-veritá dwar il-bniedem u 
												l-libertá tiegħu. Imur kontra 
												t-tagħlim tal-Knisja dwar 
												l-għaqda fil-persuna 
												tal-bniedem, li fih ir-ruħ, 
												imżejna bir-raġuni, hi minnha 
												nnifisha u essenzjalment 
												il-forma tal-ġisem. 
												Ir-ruħ, li hi spiritwali u 
												mmortali, hi l-bidu, dik li ġġib 
												l-għaqda fil-bniedem, jiġifieri 
												dik li biha l-bniedem hu wieħed 
												fih innifsu, persuna, wieħed 
												b’ruħ u ġisem.
												Dawn id-definizzjonijiet 
												mhux biss juru li l-ġisem ukoll, 
												li lilu hu mwiegħed il-qawmien 
												mill-imwiet, għad ikollu sehem 
												mill-glorja ta’ dejjem, imma 
												jfakkru wkoll li r-raġuni u 
												r-rieda ħielsa għandhom rabta 
												mal-fakultajiet tal-ġisem u 
												tas-sensi. Il-persuna, 
												bil-ġisem ukoll, tingħata kollha 
												kemm hi lilha nnifisha, u 
												fl-għaqda tal-ġisem u tar-ruħ hi 
												s-suġġett ta’ l-għemil morali 
												tagħha. Il-persuna, bid-dawl 
												tar-raġuni u bl-għajnuna 
												tal-virtujiet, tagħraf f’ġisimha 
												s-sinjali li jħabbru minn qabel 
												l-għoti tagħha nnifisha, skond 
												il-pjan ta’ l-għerf ta’ Alla 
												l-Ħallieq u t-tifsir u l-wegħda 
												ta’ dan l-għoti tagħha nnifisha. 
												Fid-dawl tad-dinjitá tal-persuna 
												umana – dinjitá li trid 
												titwettaq għall-ġieħ tagħha 
												stess, ir-raġuni tagħraf 
												il-valur morali speċifiku ta’ xi 
												ġid, li lejh il-persuna tinġibed 
												b’mod naturali. Għaliex 
												il-persuna umana tinħabb u tkun 
												rispettata bħala għan u qatt 
												bħala mezz, u dan jitlob, 
												min-natura tiegħu stess, respett 
												għall-ġid kollu fondamentali li 
												mingħajru wieħed jaqa’ 
												fir-relattiviżmu u fl-arbitriju. 
												  
												
												
												49. 
												
												Kull tagħlim li jifred l-għemil 
												morali mill-kondizzjonijiet 
												tal-ġisem imur kontra dak li 
												jgħallmu l-Iskrittura u 
												t-Tradizzjoni. 
												
												Dan it-tagħlim, taħt sura oħra, 
												qed itenni żbalji ta’ 
												l-imgħoddi, żbalji li l-Knisja 
												dejjem ikkundannat, għaliex 
												ibaxxu l-persuna tal-bniedem 
												għal sura ta’ libertá 
												“spiritwali” u formali biss. Dan 
												it-tagħlim iħalli fil-ġenb 
												it-tifsir morali tal-ġisem u 
												kull sura ta’ għemil tal-ġisem 
												(ara 1 Kor 6,19). Skond il-ħsieb 
												ta’ l-Appostlu San Pawl ma 
												jidħlux fis-Saltna ta’ Alla “la 
												żienja, la idolatri, la 
												adulteri, la effeminati, la 
												omosesswali, la ħallelin, la 
												rgħiba, la skaren, la qassiesa 
												fuq in-nies, la ħattafa” (ara 1 
												Kor 6, 9-10. Din il-kundanna, 
												imwettqa mill-Konċilju ta’ 
												Trento, 
												tqis bħala “dnubiet mejta u 
												għemil faħxi” xi drawwiet li, 
												aċċettati mir-rieda, iċaħħdu 
												lill-insara mill-wirt ta’ 
												dejjem. Dan għaliex il-ġisem 
												ma jistax jinfired mir-ruħ: 
												fil-persuna, jiġifieri 
												fis-suġġett li jrid u jagħmel 
												dak li jrid, ir-ruħ u l-ġisem 
												jieqfu u jaqgħu flimkien. 
												
												
												50. Issa nistgħu nifhmu t-tifsir 
												veru tal-liġi naturali li 
												tappartjeni lin-natura 
												tal-bniedem sa mill-bidu, 
												jiġifieri tappartjeni lin-natura 
												tal-“persuna umana”, 
												li hi l-persuna nnifisha 
												fl-għaqda tar-ruħ u l-ġisem, 
												fl-għaqda jiġifieri ta’ 
												l-inklinazzjonijiet spiritwali u 
												bioloġiċi u tal-karatteristiċi 
												l-oħra proprji tal-persuna, 
												meħtieġa minnha biex tikseb 
												l-għan tagħha. “Il-liġi naturali 
												turi u tgħid liema huma 
												l-għanijiet, id-drittijiet u 
												d-dmirijiet li għandhom 
												il-pedamenti tagħhom fin-natura 
												korporali u spiritwali 
												tal-persuna umana. Għalhekk 
												il-liġi naturali m’għandhiex 
												titqies biss bħala regola 
												bioloġika, imma għandha titqies 
												bħala ordni tar-raġuni li bih 
												il-bniedem hu msejjaħ 
												mill-Ħallieq tiegħu biex imexxi 
												u jirregola ħajtu u għemilu u 
												b’mod partikulari l-użu ta’ 
												ġismu”. 
												Biex insemmu eżempju, il-bidu u 
												s-sisien tad-dmir tal-ħarsien 
												sħiħ tal-ħajja tal-bniedem 
												insibuhom fid-dinjitá proprja 
												tal-persuna umana u mhux 
												sempliċement fl-inklinazzjoni 
												naturali għall-ħarsien tal-ħajja 
												fiżika proprja. Hekk il-ħajja 
												tal-bniedem għalkemm hi l-aqwa 
												ġid tal-bniedem, tikseb tifsir 
												morali f’relazzjoni mal-ġid 
												tal-persuna li għandu jiġi 
												dejjem imħares għalih innifsu: 
												jekk qatt ma hu permess toqtol 
												bniedem bla ħtija, hu permess 
												tagħti ħajtek (ara Ġw 15,13) 
												għal għajrek jew biex tagħti 
												xhieda għall-veritá – u din hi 
												ħaġa ta’ min ifaħħarha u xi 
												kultant għandha ssir ukoll. Biss 
												meta l-persuna titqies 
												“fl-għaqda sħiħa” tagħha, 
												jiġifieri “ruħ li turi ruħha 
												fil-ġisem, u ġisem li bħala 
												forma għandu ruħ immortali”, 
												wieħed jista’ jifhem it-tifsir 
												verament uman tal-ġisem. 
												L-inklinazzjonijiet naturali 
												jiksbu karattru morali biss meta 
												huma tal-persuna umana, u 
												jwasslu biex tkun dak li hi, u 
												dan jista’ jsir biss u dejjem 
												fin-natura tal-bniedem. 
												Il-Knisja hija u twarrab kull 
												manipulazzjoni tal-ġisem li 
												ttelliflu t-tifsir uman tiegħu, 
												taqdi l-bniedem u turih it-triq 
												ta’ l-imħabba vera, li biha biss 
												jista’ jsib il-veru Alla. 
												
												
												  
												
												
												Meta nifhmu l-liġi naturali 
												b’dan il-mod nevitaw kull firda 
												bejn libertá u natura għax 
												jingħaqdu flimkien b’mod l-aktar 
												adatt u jintrabtu sewwa 
												bejniethom. 
												
												
												“Ma kienx hekk mill-bidu” (Mt 
												19, 8) 
												  
												
												
												51. Il-konflitt li jgħidu li 
												hemm bejn libertá u natura 
												jolqot ukoll it-tifsir ta’ xi 
												aspetti partikulari tal-liġi 
												naturali, speċjalment 
												l-universalitá u l-immutabbiltá
												tagħha. 
												
												
												
												  
												
												
												“Fejn inkitbu dawn ir-regoli” – 
												kien jistaqsi Santu Wistin lilu 
												nnifsu – “jekk mhux fil-ktieb 
												ta’ dak id-dawl li jissejjaħ 
												veritá: minnha tinkiteb kull 
												liġi ġusta u tgħaddi fil-qalb 
												ta’ kull bniedem li jagħmel 
												il-ġustizzja, mhux billi tmur 
												għandu iżda billi tħalli l-marka 
												tagħha fih, kif xbieha fuq 
												siġill tgħaddi għal fuq l-inċira 
												mingħajr ma titbiegħed 
												mis-siġill”. 
												Minħabba din il-veritá, 
												il-liġi naturali hi universali.
												Il-liġi naturali, meta hi 
												miktuba fin-natura tal-persuna, 
												natura mogħnija bir-raġuni, 
												tinħass fil-bnedmin kollha li 
												għandhom ir-raġuni u qed jgħixu 
												fid-dinja, fl-istorja. 
												Il-bniedem, biex l-istat proprju 
												tiegħu jilħaq il-perfezzjoni, 
												għandu jagħmel it-tajjeb u 
												jitbiegħed mid-dnub, jieħu ħsieb 
												l-għoti tal-ħajja u l-ħarsien 
												tagħha, iħaddem u jkattar il-ġid 
												tad-dinja materjali, iżomm 
												relazzjonijiet soċjali, ifittex 
												dak li hu veru, jagħmel dak li 
												hu tajjeb, u jitgħaxxaq 
												bil-ġmiel. 
												
												
												  
												
												
												Il-firda li xi wħud qed jaraw 
												bejn il-libertá ta’ l-individwu 
												u n-natura ta’ kulħadd, firda li 
												toħroġ minn tagħlim filosofiku 
												li għandu qawwa kbira 
												fil-kultura ta’ llum, ma tħallix 
												ir-raġuni tagħraf l-universalitá 
												tal-liġi naturali. Iżda l-liġi 
												naturali, meta turi d-dinjitá 
												tal-persuna umana u tqiegħed 
												is-sisien tad-dmirijiet u 
												tad-drittijiet fondamentali 
												tal-bniedem, hi universali f’dak 
												li tikkmanda u l-awtoritá tagħha 
												tilħaq il-bnedmin kollha. Din 
												l-universalitá ma ġġibx fix-xejn 
												l-individwalitá ta’ kull bniedem
												u lanqas is-singularitá 
												assoluta ta’ kull bniedem: 
												għall-kuntrarju, tħaddan 
												fl-għeruq tagħha l-għemil kollu 
												ħieles ta’ kull persuna, għemil 
												li hu xhieda ta’ l-universalitá 
												ta’ dak li hu veru tajjeb. 
												L-għemil kollu tagħna, huwa u 
												joqgħod għal-liġi li torbot lil 
												kulħadd, jibni xirka bejn 
												il-persuna u, bil-grazzja ta’ 
												Alla, jagħmel għemil ta’ mħabba, 
												ta’ dik l-imħabba li hi “l-qofol 
												tal-perfezzjoni” (Kol 3, 14). 
												Meta għemilna ma jagħtix kas jew 
												biss ma jafx il-liġi, u dan bi 
												ħtija jew mingħajr ħtija, ikun 
												jidrob ix-xirka li għandu jkun 
												hemm bejn il-persuni, bi ħsara 
												għal kull persuna. 
												
												
												52. Hi ħaġa xierqa u sewwa taqdi 
												‘l Alla dejjem u kullimkien, 
												tagħtih il-qima li tistħoqqlu u 
												tirrispetta kif jixraq 
												lill-ġenituri. Liġijiet 
												pożittivi bħal dawn li 
												jordnaw ċertu għemil u jriduna 
												ngħożżu ċerti drawwiet jorbtu 
												kullimkien u ma jinbidlu qatt, 
												jorbtu l-bnedmin ta’ kull żmien 
												f’dan l-istess ġid komuni, 
												il-bnedmin li ġew maħluqa biex 
												“igawdu l-istess vokazzjoni 
												l-istess destin”. 
												Dawn il-liġijiet universali 
												dejjem jibqgħu jwieġbu għal dak 
												li hu magħruf mir-raġuni 
												fil-prattika, u jiġi applikat 
												għal kull għemil partikulari 
												permezz tal-ġudizzju 
												tal-kuxjenza. Min jaġixxi 
												jagħmel personalment tiegħu 
												l-veritá li hemm fil-liġi, u 
												jagħmel tiegħu din il-veritá 
												b’għemilu u bil-virtujiet li 
												jaqblu magħha. Il-preċetti 
												negattivi tal-liġi morali 
												jorbtu dejjem u kullimkien; 
												jorbtu lil kull wieħed u lil 
												kulħadd dejjem, tkun xi tkun 
												il-kondizzjoni tagħhom. Huma 
												projbizzjonijiet dwar xi għemil 
												determinat, dejjem u għal 
												dejjem, bla ebda eċċezzjoni, 
												għaliex il-għażla ta’ din 
												is-sura ta’ mġiba bl-ebda mod ma 
												tista’ tkun taqbel mat-tjieba 
												tar-rieda tal-persuna li tkun, u 
												mal-vokazzjoni tagħha 
												għall-ħajja ma’ Alla u għal 
												xirka ma’ għajrha. Ħadd qatt ma 
												għandu jikser dawn 
												il-kmandamenti għax jorbtu lil 
												kulħadd, ikun xi jkun il-prezz 
												li jkollu jitħallas, biex ma 
												ssirx ħsara lil ħadd u l-aktar 
												lid-dinjitá personali li hi ta’ 
												kulħadd. 
												
												
												  
												
												
												Madankollu il-fatt li l-preċetti 
												negattivi jobbligaw dejjem u 
												kullimkien lil kulħadd ma 
												jfissirx li fil-ħajja morali 
												l-projbizzjonijiet għandhom 
												qawwa akbar mill-kmandament li 
												jordna dak li hu tajjeb, 
												kmandament imfisser bi preċetti 
												pożittivi. Ir-raġuni hi din: 
												il-kmandament ta’ l-imħabba ta’ 
												Alla u tal-proxxmu, 
												fid-dinamiżmu pożittiv tiegħu, 
												ma għandux limiti ‘l fuq minnu, 
												imma għandu limiti ‘l isfel 
												minnu, limiti li ‘l isfel 
												minnhom il-kmandament jinkiser. 
												Barra dan, dak li għandu jsir 
												f’ċerti qagħdiet, jiddependi 
												miċ-ċirkostanzi li ma jistgħux 
												ikunu magħrufin kollha kemm huma 
												minn qabel. Iżda mbagħad hemm 
												ċerti suriet ta’ mġiba li qatt 
												ma jista’ jkollhom, ikunu 
												x’ikunu ċ-ċirkostanzi, tweġiba 
												xierqa, jiġifieri tweġiba li 
												tkun taqbel mad-dinjitá 
												tal-persuna. Fl-aħħarnett jista’ 
												dejjem jiġri li l-bniedem, għax 
												imġiegħel bil-fors jew minħabba 
												ċ-ċirkostanzi, ma jkunx jista’ 
												jagħmel ċertu għemil tajjeb; 
												iżda qatt ma jista’ jiġi miżmum 
												li ma jagħmilx xi għemil, 
												speċjalment meta lest li jmut 
												basta ma jagħmilx dak li hu 
												ħażin. 
												
												
												  
												
												
												Il-Knisja dejjem għallmet li 
												qatt ma jistgħu jingħażlu suriet 
												ta’ mġiba li jkunu pprojbiti 
												mill-preċetti morali li, 
												fit-Testment il-Qadim u 
												fit-Testment il-Ġdid, għandhom 
												sura negattiva. Kif ingħad aktar 
												‘il fuq, Ġesú stess qal b’mod 
												l-aktar ċar li dawn 
												il-projbizzjonijiet ma jistgħux 
												jinbidlu: “Jekk Int trid tidħol 
												fil-ħajja, ħares il-kmandamenti” 
												la toqtolx, la tiżnix, ta 
												tisraqx, la tixhidx fil-falz” 
												(Mt 19, 17-18). 
												  
												
												
												53. Is-sens għoli li n-nies ta’ 
												llum għandhom ta’ l-istorja u 
												tal-kultura, wassal lil xi wħud 
												biex jiddubitaw dwar 
												l-immutabbiltá tal-liġi 
												naturali, u għalhekk dwar 
												l-eżistenza ta’ “normi oġġettivi 
												ta’ moralitá” 
												li jgħoddu għall-bnedmin kollha 
												ta’ llum u ta’ għada: jista’ 
												jkun, jistaqsu, tgħid li jgħoddu 
												dejjem u kullimkien 
												deċiżjonijiet tar-raġuni li 
												ħarġu fi żminijiet ta’ 
												l-imgħoddi, meta ħadd ma kien 
												jaf xi progress kienu se jagħmlu 
												l-bnedmin fil-ġejjieni? 
												
												
												  
												
												
												Ma nistgħux niċħdu li l-bniedem 
												dejjem jgħix f’xi kultura 
												partikulari; iżda lanqas nistgħu 
												nammettu li din il-kultura 
												partikulari turi lill-bniedem 
												dak li hu kollu kemm hu. 
												Fil-fatt l-istess progress 
												kulturali juri li fil-bniedem 
												hemm xi ħaġa li hi ‘l fuq minn 
												dawn il-kulturi. Din ix-“xi 
												ħaġa” hi “n-natura 
												tal-bniedem”; din in-natura 
												hi fiha nnifisha l-qjies 
												tal-kultura u 
												tal-kondizzjonijiet meħtieġa 
												biex il-bniedem ma jsirx ilsir 
												ta’ ebda kultura, imma jwettaq 
												id-dinjitá personali tiegħu, 
												huwa u jgħix b’mod li jaqbel 
												għal kollox mal-veritá għolja 
												ta’ l-esseri tiegħu. Meta 
												tiddubita dwar l-elementi 
												fondamentali tal-bniedem li ma 
												jinbidlu qatt, elementi li huma 
												marbutin mad-dimensjoni 
												korporali tiegħu, tkun mhux biss 
												iddaħħal xi ħaġa li tmur kontra 
												l-esperjenza ta’ kulħadd, imma 
												tasal biex tneħħi kull tifsir 
												minn dak li Ġesú qal dwar dak 
												“li kien fil-bidu”, proprju meta 
												semma li l-qagħda soċjali u 
												kulturali ta’ żmienu kienet 
												għawġet it-tifsir u l-importanza 
												li kellhom fil-bidu ċerti regoli 
												morali (ara Mt 19, 1-9). Hu 
												għalhekk li “l-Knisja tgħid li 
												fit-tibdil kollu li jsir hemm 
												ħafna affarijiet li ma 
												jinbidlux, u li fl-aħħar 
												mill-aħħar għandhom is-sisien 
												tagħhom fi Kristu “li kien, 
												li hu u li jibqa’ għal dejjem”. 
												Hu il-“Bidu” li, meta ħa 
												n-natura ta’ bniedem, dawwalha 
												darba għal dejjem fl-elementi 
												kostituttivi tagħha u 
												fid-dinamiżmu tagħha 
												għall-imħabba ta’ Alla u 
												tal-proxxmu. 
												
												
												  
												
												
												Żgur li għandna nfittxu u nsibu
												l-aħjar formulazzjoni 
												tan-normi morali universali, li 
												ma jitbiddlu qatt, skond 
												is-suriet differenti tal-kulturi 
												li jista’ jkun hemm, 
												formulazzjoni li ma tieqaf qatt 
												turi s-siwi tagħhom 
												fiċ-ċirkostanzi partikulari ta’ 
												kull żmien u turi l-veritá 
												tagħhom u tfissirhom b’mod 
												awtentiku. Din il-veritá 
												tal-liġi morali – bħal dik 
												tad-“depożitu tal-fidi” – ħarġet 
												bil-mod il-mod tul iż-żminijiet; 
												in-normi li jfissruha 
												sostanzjalment ma jinbidlux, 
												iżda jiġu speċifikati u 
												determinati fl-istess tifsir u 
												fl-istess fehma tagħhom 
												(eodem sensu eademque sententia),
												skond iċ-ċirkostanzi ta’ 
												l-istorja mill-Maġisteru 
												tal-Knisja; iżda qabel 
												il-ġudizzju tal-Maġisteru u 
												flimkien miegħu tiġi 
												l-interpretazzjoni u 
												l-formulazzjoni proprja 
												tar-raġuni ta’ l-insara u 
												tar-riflessjoni teoloġika 
												
												
												 II. KUXJENZA U VERITÁ 
												  
												
												
												
												Is-santwarju tal-bniedem 
												  
												
												
												54.
												
												
												Ir-relazzjoni bejn il-libertá 
												tal-bniedem u l-liġi ta’ Alla 
												għandha l-għamara ħajja tagħha. 
												Il-Konċilju Vatikan II jgħid 
												“Fil-fond tal-kuxjenza tiegħu 
												l-bniedem isib liġi li mhux hu 
												taha lilu nnifsu, iżda jrid 
												jobdiha, u leħenha, dejjem 
												isejjaħ biex isir it-tajjeb u 
												jitwarrab il-ħażin, jidwi, kull 
												meta hu meħtieġ, f’widien qalbu; 
												agħmel dan evita dak. Dan 
												għaliex il-bniedem għandu din 
												il-liġi miktuba f’qalbu minn 
												Alla; l-istess dinjitá tiegħu hi 
												li jobdiha u skond ma jobdiha, 
												jiġi ġġudikat (ara Rum 2, 
												13-16)”. 
												
												
												  
												
												
												Il-mod kif naraw ir-relazzjoni 
												bejn il-libertá u l-liġi 
												għalhekk għandu rabta sħiħa 
												liema bħala mal-ġudizzju li 
												tagħti l-kuxjenza morali. 
												Il-fehmiet kulturali msemmija 
												aktar ‘il fuq – li jagħmlu 
												kontra xulxin il-libertá u 
												l-liġi jew jifirduhom minn 
												xulxin u jqisu l-libertá qisha 
												xi alla –iwasslu għal tifsira 
												“kreattiva” tal-kuxjenza morali,
												li titbiegħed għal kollox 
												mit-Tradizzjoni tal-Knisja u 
												mit-tagħlim tal-Maġisteru. 
												  
												
												
												55.
												
												
												Skond il-fehma ta’ xi teoloġi 
												d-dmir tal-kuxjenza, almenu 
												fiż-żminijiet l-imgħoddija, kien 
												biss dak li japplika n-normi 
												morali ġenerali lill-każi 
												individwali tal-ħajja 
												tal-persuna. Iżda dawn in-normi, 
												jgħidu, ma jistgħux jagħrfu u 
												jħarsu kull għemil individwali u 
												partikulari tal-persuna; jistgħu 
												jgħinu b’xi mod biex ikun hemm
												estimazzjoni tajba 
												tal-qagħda li tkun, iżda ma 
												jistgħux jieħdu l-post 
												tal-persuna fid-deċiżjoni 
												tagħha kif se ġġib ruħha f’kull 
												każ partikulari. Il-kritika li 
												ġa semmejna tad-duttrina 
												tradizzjonali dwar il-persuna 
												umana u l-importanza tagħha 
												għall-ħajja morali, waslet lil 
												xi kittieba biex jgħidu li dawn 
												in-normi, aktar milli huma 
												kriterji oġġettivi li jorbtu 
												l-kuxjenza, huma biss sura ta’
												ħarsa ġenerali li tgħin 
												il-bniedem fl-ewwel tentattiv 
												tiegħu biex iġib ordni xieraq 
												fil-ħajja personali u soċjali 
												tiegħu. Dawn il-kittieba jagħfsu 
												wkoll fuq il-komplessitá tipika 
												tal-fenomenu tal-kuxjenza, 
												komplessitá li hi marbuta 
												sewwa mal-qasam psikoloġiku u 
												ma’ l-affetti tar-ruħ u wkoll 
												mal-ħafna kondizzjonamenti 
												tas-soċjetá u tal-ambjent 
												kulturali ta’ l-individwu. 
												Min-naħa l-oħra jgħollu ħafna 
												s-siwi tal-kuxjenza li 
												l-Konċilju nnifsu fisser bħala 
												“s-santwarju tal-bniedem, fejn 
												il-bniedem hu waħdu ma’ Alla, li 
												l-leħen tiegħu jidwi ġewwa fih”. 
												Dan il-leħen – jgħidu – aktar 
												milli għall-ħarsien eżatt ta’ 
												normi universali, iwassal 
												il-bniedem biex jilqa’ b’mod 
												kreattiv u responsabbli d-dmir 
												li Alla jkun irid jafdalu. 
												
												
												
												36.
												 
												
												
												Għaliex iridu jagħtu qawwa 
												“effettiva” lill-kuxjenza, xi 
												kittieba ma għandhomx isejħu 
												għemilha “ġudizzji” imma 
												“deċiżjonijiet”: meta l-bniedem 
												jieħu dawn id-“deċiżjonijiet 
												b’mod awtonomu” jista’ jikseb 
												il-perfezzjoni morali. Xi wħud 
												jgħidu wkoll li dan il-proċess 
												ta’ perfezzjoni hu mfixkel ħafna 
												mill-qagħda, li, f’ħafna 
												kwistjonijiet, jieħu l-Maġisteru 
												tal-Knisja għaliex, b’dan 
												l-indħil, jista’ joħloq 
												fl-insara konflitti 
												fil-kuxjenza. 
												  
												
												
												56.
												
												
												Xi wħud biex jiġġustifikaw 
												il-fehmiet tagħhom ħarġu 
												bil-proposta li hemm żewġ gradi 
												ta’ veritá morali. Barra l-grad 
												duttrinali li għandu karattru 
												astratt, għandu jingħata 
												għarfien lil xi 
												konsiderazzjonijiet aktar 
												konkreti. Dan l-għarfien, huwa u 
												jqis iċ-ċirkostanzi u l-qagħda 
												li jkun hemm, jista’ jwassal 
												leġittimament għal xi 
												eċċezzjonijiet fir-regoli 
												ġenerali, u jippermetti, 
												b’kuxjenza retta, l-għemil li 
												jkun fih innifsu ħażin skond 
												il-liġi morali. B’dan il-mod 
												f’xi każijiet ikun hemm firda, 
												meta mhux ukoll oppożizzjoni, 
												bejn it-tagħlim ta’ kmandament 
												li jiswa għal kullimkien, u 
												norma tal-kuxjenza individwali 
												li tkun ħadet deċiżjoni 
												definittiva dwar it-tajjeb jew 
												il-ħażin. Fuq bażi bħal din, 
												jgħidu, jista’ jkun hemm 
												soluzzjonijiet hekk imsejħa 
												“pastorali” li jkun leġittimi, 
												għalkemm imorru kontra 
												l-Maġisteru tal-Knisja; fuq din 
												il-bażi wkoll iridu jiġġustiikaw 
												ermenewtika “kreattiva” li biha 
												l-kuxjenza morali, bl-ebda mod, 
												ma hi obbligata dejjem minn xi 
												preċett partikulari negattiv. 
												Kulħadd għandu jifhem li dawn 
												l-opinjonijiet iġibu fix-xejn 
												l-identitá stess tal-kuxjenza 
												morali, fir-relazzjoni 
												tagħha mal-libertá tal-bniedem u 
												l-liġi ta’ Alla. It-tifsir, 
												mogħti aktar ‘il fuq, bażat fuq 
												ir-relazzjoni li hemm bejn 
												il-libertá tal-bniedem u 
												l-veritá tal-liġi, jista’ jagħti
												dixxerniment xieraq dwar 
												it-tifsir “kreattiv” 
												tal-kuxjenza. 
												  
												
												
												Il-Ġudizzju tal-Kuxjenza 
												  
												
												
												57.
												
												
												It-test ta’ l-ittra lir-Rumani, 
												li minnu ksibna x’inhi l-essenza 
												tal-liġi naturali, jagħtina 
												wkoll il-fehma tal-kuxjenza 
												li nsibu fil-Kotba Mqaddsa 
												speċjalment tal-kuxjenza 
												fir-rabta speċifika tagħha 
												mal-liġi. “Meta l-ġnus, li 
												ma għandhomx il-liġi jagħmlu 
												bl-istint naturali tagħhom dawk 
												l-opri li titlob il-liġi, huma 
												jkunu liġi għalihom infushom. 
												Dawn juru b’għemilhom li 
												l-preċetti tal-liġi huma miktuba 
												f’qalbhom, u dan tixhdu wkoll 
												il-kuxjenza u r-raġuni tagħhom 
												li issa jakkużaw u issa 
												japprovaw għemilhom” (Rum 2, 
												14-15). 
												
												
												
												  
												
												
												Skond kliem San Pawl 
												il-kuxjenza, għaliex b’xi mod 
												tqiegħed il-bniedem quddiem 
												il-liġi, issir għall-bniedem 
												xhud tal-fedeltá jew ta’ 
												l-infedeltá tiegħu lejn il-liġi, 
												xhud tat-tjieba tal-ħażen 
												naturali ta’ drawwietu. 
												Il-kuxjenza hi x-xhud 
												waħdieni għax dak li jsir 
												fil-qalb tal-bniedem hu moħbi 
												għal kull min hu barra minnu. 
												Din ix-xhieda hi magħrufa biss 
												mill-persuna li tkun, u din 
												il-persuna biss taf x’kienet 
												it-tweġiba tagħha għax-xhieda 
												tal-kuxjenza. 
												  
												
												
												58.
												
												
												Qatt ma tista’ tkun magħrufa 
												biżżejjed l-importanza ta’ din
												is-sura ta’djalogu 
												tal-bniedem miegħu nnifsu, 
												li hu wkoll djalogu 
												tal-bniedem ma’ Alla, 
												l-awtur tal-liġi u x-xbieha 
												tal-bniedem mill-bidu u l-għan 
												aħħari tiegħu. Jikteb l-isqof 
												San Bonaventura, “Il-kuxjenza, 
												qisha l-ħabbâr u l-messaġġier 
												ta’ Alla, u dak li tgħid ma 
												tordnahx hi stess imma tikkmanda 
												qisu bl-awtoritá ta’ Alla, bħal 
												ħabbâr li jxandar editt 
												tas-sultan. Minn hawn jiġi li 
												l-kuxjenza għandha l-qawwa li 
												torbot”. 
												Għalhekk nistgħu ngħidu li 
												l-kuxjenza hi xhud tat-tjieba u 
												tal-ħażen tal-bniedem 
												għall-bniedem innifsu, iżda 
												fl-istess żmien, u, qabel ukoll, 
												hi xhud ta’ Alla nnifsu u 
												twassal il-leħen u l-ġudizzju 
												ta’ Alla fil-fond tal-bniedem sa 
												l-għeruq ta’ ruħu, u tistiednu
												bil-qawwa u bil-ħlewwa 
												biex jobdi. “Il-kuxjenza morali 
												ma tagħlaqx il-bniedem 
												f’solitudni li ma tistax 
												tingħeleb jew tintrebaħ, imma 
												tiftħu għas-sejħa u l-kelma ta’ 
												Alla. F’dan biss u mhux f’xi 
												ħaġa oħra, jinsab il-misteru 
												tal-kuxjenza morali u 
												tad-dinjitá tagħha: jiġifieri 
												l-post u l-qasam fejn Alla 
												jkellem il-bniedem. 
												  
												
												
												59.
												
												
												San Pawl ma jgħidx biss li 
												l-kuxjenza taqdi d-dmir ta’ xhud 
												imma jgħid ukoll b’liema mod 
												il-kuxjenza taqdi dan id-dmir. 
												Dawn huma “raġunamenti” li 
												jakkużaw jew japprovaw l-għemil 
												tal-pagani dwar il-mod kif 
												jgħixu (ara Rum 2, 15). Il-kelma 
												“ragunamenti” turi dak li hu 
												proprju tal-kuxjenza, jiġifieri 
												li hi gudizzju morali dwar 
												il-bniedem u għemilu, 
												gudizzju li japprova jew 
												jikkundanna skond jekk għemil 
												il-bniedem jaqbel jew ma jaqbilx 
												mal-liġi ta; Alla miktuba 
												f’qalbu. Fl-istess post 
												l-Appostlu San Pawl jitkellem 
												ukoll dwar gġudizzju fuq 
												l-għemil, u fl-istess ħin, fuq 
												min għamlu, u fuq il-waqt li fih 
												iseħħ b’mod definittiv. “Dan 
												għad jidher dak in-nhar li fih 
												Alla jagħmel ħaqq mill-għemejjel 
												moħbijin tal-bnedmin skond 
												l-Evanġelju tiegħi permezz ta’ 
												Ġesú Kristu” (Rum 2, 16). 
												 
												
												
												  
												
												
												Il-ġudizzju tal-kuxjenza hu 
												ġudizzju prattiku jiġifieri 
												ġudizzju li jgħid lill-bniedem 
												x’għandu jagħmel jew x’ma 
												għandux jagħmel, jew ġudizzju 
												dwar l-għemil li ġa sar. Hu 
												ġudizzju li japplika, għal 
												għemil li fil-fatt sar jew se 
												jsir, il-konvinzjoni tar-raġuni 
												li t-tajjeb għandu jsir u 
												l-ħażin jiġi evitat. Dan l-ewwel 
												prinċipju tar-raġuni prattika 
												jappartjeni lil liġi naturali, 
												anzi hu l-pedament tagħha, 
												għaliex juri l-għarfien li hu 
												rifless ta’ l-għerf ta’ Alla 
												fil-ħolqien li, bħala “xrara 
												dawl tar-ruħ”, jiddi fil-qalb 
												ta’ kull bniedem. Iżda waqt li 
												l-liġi naturali turi liema huma 
												t-talbiet oġġettivi u universali 
												tal-ġid morali, il-kuxjenza 
												tapplika l-liġi għal kull każ u 
												ssir għall-bniedem ordni fih 
												innifsu, sejħa biex jagħmel 
												it-tajjeb f’qagħda partikulari. 
												Hekk il-kuxjenza, fid-dawl 
												tal-liġi naturali, tħabbar 
												dmir morali, ġudizzju li 
												jordna li jsir dak li l-bniedem 
												bil-kuxjenza tiegħu għaraf li hu 
												tajjeb u ġie msejjaħ jagħmlu 
												issa u f’dan il-waqt. 
												L-universalitá tal-liġi u 
												tal-obbligazzjonijiet tagħha ma 
												tiġix fix-xejn, anzi titwettaq 
												għax ir-raġuni waslet biex 
												tapplika l-liġi għall-każ 
												definittiv u ta’ dan il-waqt. 
												Il-ġudizzju tal-kuxjenza hu 
												dikjarazzjoni “darba għal 
												dejjem” jekk ċerta sura 
												partikulari ta’ mġiba taqbilx 
												jew le mal-liġi; jagħti norma li 
												kun l-aktar qrib il-moralitá ta’ 
												l-għemil voluntarju, u hekk 
												“tapplika l-liġi oġġettiva għal 
												każ partikulari”. 
												  
												
												
												60.
												
												
												Kif il-liġi naturali u kull 
												għarfien prattiku tagħha 
												għandhom qawwa li jikkmandaw, 
												hekk ukoll għandu qawwa li 
												jikkmanda l-ġudizzju 
												tal-kuxjenza; il-bniedem 
												għandu jimxi skond dan 
												il-ġudizzju. Jekk il-bniedem 
												imur kontra dan il-ġudizzju jew 
												jagħmel xi għemil definittiv 
												meta mhux żgur mit-tjieba jew 
												il-ħażen ta’ dan l-għemil, jiġi 
												kkundannat mill-istess kuxjenza 
												tiegħu, li hi n-norma l-aktar 
												qrib il-moralitá ta’ kull 
												bniedem.  
												
												
												
												  
												
												
												Id-dinjitá ta’ din il-kuxjenza u 
												l-awtoritá tal-leħen u 
												tal-ġudizzji tagħha jiġu mill-veritá
												stess tat-tajjeb u 
												tal-ħażin, li hi msejħa biex 
												tisma’ u turi. Din il-veritá 
												turiha liġi divina li hi 
												n-norma universali u oġġettiva 
												tal-moralitá. 
												
												
												
												  
												
												
												Il-ġudizzju tal-kuxjenza ma 
												jagħmilx liġijiet, iżda jagħti 
												xhieda ta’ l-awtoritá tal-liġi 
												naturali u tar-raġuni prattika 
												b’riferenza għall-ogħla ġid, li 
												bil-qawwa tiegħu jiġbed 
												il-persuna umana u din tilqa’ 
												l-ordnijiet tiegħu. “Il-kuxjenza 
												m’hijiex minnha nnifisha għajn 
												waħdanija adatta biex tgħid 
												x’inhu t-tajjeb u x’inhu 
												l-ħażin, għall-kuntrarju għandha 
												fiha stess imnaqqax il-prinċipju 
												ta’ ubbidjenza lejn norma 
												oġġettiva, li tistabilixxi u 
												tikkondizzjona l-qbil 
												tad-deċiżjonijiet tagħha ma’ 
												l-ordnijiet u l-projbizzjonijiet 
												li jmexxu l-imġiba tal-ħajja 
												tal-bniedem”. 
												  
												  
												
												
												61.
												
												
												Il-veritá dwar dak li hu 
												moralment tajjeb, imfissra 
												mil-liġi tar-raġuni, 
												fil-prattika u b’mod definittiv 
												tingħaraf mill-ġudizzji 
												tal-kuxjenza li twassal biex 
												wieħed ikun responsabbli ta’ dak 
												li jagħmel tajjeb jew ħażin. 
												Jekk bniedem jagħmel il-ħażin 
												il-ġudizzju ġust tal-kuxjenza 
												tiegħu jibqa’ fih bħala xhieda 
												kemm tal-veritá universali ta’ 
												dak li hu tajjeb u kemm 
												tal-ħażen ta’ l-għażla 
												partikulari tiegħu. Iżda 
												fil-bniedem il-ġudizzju 
												tal-kuxjenza jibqa’ wkoll bħala 
												sura ta’ rahan ta’ tama u ħniena 
												waqt li jagħti ‘l bniedem xhieda 
												tal-ħażen li jkun għamel; 
												fl-istess ħin ifakkru wkoll 
												fil-ħtieġa li bl-għajnuna 
												tal-grazzja ta’ Alla jitlob 
												maħfra, jagħmel it-tajjeb u 
												dejjem jgħożż il-virtujiet. 
												
												
												  
												
												
												Għalhekk, fil-ġudizzju 
												prattiku tal-kuxjenza li 
												jordna lill-persuna li jsir xi 
												għemil partikulari, tidher 
												rabta li hemm bejn il-libertá u 
												l-veritá. Hu għalhekk li 
												l-kuxjenza turi ruħha permezz 
												ta’ għemil ta’ “ġudizzju” li 
												juri l-veritá ta’ dak li hu 
												tajjeb u mhux permezz ta’ 
												“deċiżjonijiet” arbitrarji. 
												Il-maturitá u r-responsabbiltá 
												ta’ dawn il-ġudizzji – u 
												fl-aħħar mill-aħħar tal-bniedem 
												stess li jagħmilhom – ma 
												jitqisux mil-libertá 
												tal-kuxjenza imma mill-veritá 
												oġġettiva, mhux minn xi 
												awtonomija li xi wħud jissopponu 
												li l-kuxjenza għandha 
												fid-deċiżjonijiet tagħha, iżda 
												jitqiesu mit-tfittix dejjem 
												sejjer għall-veritá u mis-setgħa 
												mogħtija lill-veritá, mill-fatt 
												li l-bniedem qatt ma jieqaf 
												ifittex il-veritá u mis-setgħa 
												mogħtija lill-veritá, mill-fatt 
												li l-bniedem qatt ma jieqaf 
												ifittex il-veritá u minn kemm 
												iħalliha tmexxih f’kull ma 
												jagħmel. 
												  
												
												
												  
												
												
												
												It-tfittix għal dak li hu veru u 
												għal dak li hu tajjeb. 
												  
												
												
												62.
												
												
												Il-kuxjenza bħala ġudizzju fuq 
												għemil partikulari m’hijiex hekk 
												ħielsa li ma tistax tiżbalja. 
												Il-Konċilju jgħid li “spiss 
												jiġri li l-kuxjenza, minħabba 
												injoranza li ma tistax 
												tintrebaħ, tiżbalja, iżda b’hekk 
												ma titlifx id-dinjitá tagħha. 
												Iżda dan ma jistax jingħad 
												fil-każ ta’ bniedem li ftit 
												jimpurtah li jfittex ikun jaf 
												x’inhu t-tajjeb u x’inhu 
												l-ħażin, u l-kuxjenza bil-mod 
												il-mod qisha tagħma minħabba 
												d-drawwa tad-dnub”. 
												Dan il-kliem tal-konċilju jagħti 
												fil-qosor it-tagħlim li l-Knisja 
												tul iż-żminijiet fasslet dwar 
												kuxjenza żbaljata. 
												
												
												  
												
												
												Il-bniedem biex ikollu “kuxjenza 
												tajba” (1 Tim 1, 50) għandu 
												jfittex il-veritá u jiġġudika 
												skond ma tgħidlu. Kif igħid 
												l-Appostlu San Pawl, il-kuxjenza 
												trid tiġi mdawwla mill-Ispirtu 
												s-Santu (ara Rum 9, 1), trid 
												tkun “safja” (2 Tim 1, 3) u la 
												timxi bil-qerq u lanqas tgħawweġ 
												il-kelma ta’ Alla imma turi 
												l-veritá kollha (ara 2 Kor 4, 
												2). Madankollu l-Appostlu jwissi 
												lill-insara huwa u jgħidilhom: 
												“Timxux max-xejra ta’ din 
												id-dinja, iżda nbidlu skond 
												it-tiġdid ta’ fehmietkom, biex 
												iseħħilkom tagħrfu x’inhi 
												r-rieda ta’ Alla, x’inhu li 
												jogħġbu, x’inhu perfett” (Rum 
												12, 2). 
												
												
												  
												
												
												It-twissija ta’ San Pawl 
												tħeġġiġna biex nishru u 
												tgħidilna li fil-ġudizzju 
												tal-kuxjenza tagħna dejjem 
												jista’ jiddeffes l-iżball. 
												
												
												  
												
												
												Il-kuxjenza m’hijiex xi 
												mħallef infallibbli, tista’ 
												tiżbalja. Iżda l-iżball 
												tal-kuxjenza jista’ jkun fortt 
												ta’ xi injuranza invinċibbli,
												jiġifieri injuranza li 
												l-persuna ma tintebaħx biha u li 
												ma tistax teħles minnha minn 
												rajha. 
												
												
												  
												
												
												Meta din l-injoranza invinċibbli 
												hi bla ħtija, il-Konċilju 
												jiżgura li l-kuxjenza ma titlifx 
												id-dinjitá tagħha, għax, 
												għalkemm tmexxi mhux skond 
												l-ordni morali oġġettiv, ma 
												tiqafx tkellimna f’isem dik 
												il-veritá dwar dak li hu tajjeb, 
												li l-bniedem hu dejjem imsejjaħ 
												biex ifittxu bis-sinċeritá 
												kollha. 
												  
												
												
												63.
												
												
												Id-dinjitá tal-kuxjenza dejjem 
												toħroġ mill-veritá; jekk 
												il-kuxjenza hi retta, għandna 
												l-veritá oġġettiva milqugħa 
												mill-bniedem; jekk il-kuxjenza 
												hi żbaljata jkun ġara li 
												l-bniedem żbalja għax 
												soġġettivament ħaseb veru 
												dak li ma kienx. Qatt ma hu 
												permess li ma tagħżilx minn 
												xulxin żball “soġġettiv” dwar 
												dak li hu moralment tajjeb u 
												l-veritá “oġġettiva”, li 
												tingħata lill-bniedem mir-raġuni 
												biex jilħaq l-għan tiegħu; 
												lanqas hu permess li tqis 
												is-siwi morali li wieħed ikun 
												għamel, immexxi minn kuxjenza 
												vera u ċerta, l-istess 
												bħall-għemil magħmul skond 
												ġudizzju ta’ kuxjenza żbaljata. 
												Jista’ jiġri li l-ħażen magħmul 
												minħabba injoranza invinċibbli 
												jew minn żball ta’ ġudizzju li 
												sar mingħajr ħtija, ma jkunx 
												mixli bih min jagħmlu, iżda 
												b’daqshekk dan ma jfissirx li 
												l-għemil ma jibqax ħażin, 
												jiġifieri għemil li jmur kontra 
												l-ordni tal-veritá ta’ dak li hu 
												tajjeb. Barra dan, ġid mhux 
												magħruf, xejn ma jgħin 
												għall-kobor morali ta’ min 
												jagħmlu: la tagħmlu aħjar u 
												lanqs tħejjih għall-ogħla ġid. 
												Għalhekk qabel ma naħsbu malajr 
												li aħna ħielsa minn kull ħtija 
												minħabba l-kuxjenza tagħna, 
												għandna naħsbu ftit x’jgħid 
												is-Salm “In-nuqqas min jista’ 
												jagħrfu? Minn dak li ma nafx bih 
												saffini” (Salm 19, 13). Jibqgħu 
												ħtijiet li, għalkemm dan ma 
												narawhx, jibqgħu ħtijiet għax ma 
												ridniex nimxu lejn id-dawl (Ġw 
												9,39-41). 
												
												
												  
												
												
												Il-kuxjenza, għaliex hi l-aħħar 
												ġudizzju konkret li jsir, iġġib 
												fix-xejn id-dinjitá tagħha meta
												tiżbalja, għax hemm il-ħtija 
												fin-nofs, jiġifieri “meta 
												l-bniedem ftit jimpurtah li jkun 
												jaf x’inhu t-tajjeb u l-ħażin u 
												l-kuxjenza tiegħu ftit ftit 
												tagħma għax imdorrija fid-dnub”, 
												Ġesú semma l-periklu li 
												l-kuxjenza tista’ tiġi mħassra, 
												meta wissa: “Il-musbieħ 
												tal-ġisem huwa l-għajn. Jekk 
												mela għajnejk hija safja, ġismek 
												kollu jkun imdawwal. Iżda jekk 
												għajnejk hi marida, ġismek kollu 
												mudlam. Mela jekk id-dawl fik 
												huwa dlam, kemm aktar id-dlam!” 
												(Mt 6, 22-23). 
												  
												
												
												64.
												
												
												Kliem Ġesú li għadna kemm 
												semmejna huwa wkoll sejħa biex
												niffurmaw il-kuxjenza 
												tagħna billi nagħmluha kuxjenza 
												li dejjem “qiegħda ddur” 
												lejn dak li hu veru u dak li hu 
												tajjeb. Jixbaħ kliem Ġesú, kliem 
												l-Appostlu li jħeġġiġna biex ma 
												nimxux max-xejra ta’ din 
												id-dinja, imma ninbidlu skond 
												it-tiġdid ta’ fehmitna (ara Rum 
												12, 2). Il-“qalb” li ddur lejn 
												il-Mulej u lejn l-imħabba ta’ 
												dak li hu tajjeb hi l-għajn 
												tassew ta’ kull ġudizzju veru 
												tal-kuxjenza. Dan għaliex biex 
												nara “x’inhi r-rieda ta’ Alla, 
												x’inhu li jogħġbu, x’inhu 
												perfett” (Rum 12 2) jeħtieġ, 
												iva, li nkun naf il-liġi ta’ 
												Alla b’mod ġenerali, iżda dan 
												mhux biżżejjed: meħtieġa wkoll 
												sura ta’ “konnaturalitá” bejn 
												Alla u dak li hu tassew tajjeb.
												Din il-konnaturalitá għandha 
												l-għeruq tagħha u tikber permezz 
												tal-proponimenti tajba li 
												jagħmel il-bniedem innifsu: 
												l-għaqal u l-virtujiet kardinali 
												l-oħra u qabel xejn il-virtujiet 
												teologali tal-fidi, tat-tama u 
												ta’ l-imħabba. Dan ifisser dak 
												li qal Ġesú “Min jagħmel 
												is-sewwa jersaq lejn id-dawl” 
												(Ġw 3, 21). 
												
												
												  
												
												
												L-insara jsibu għajnuna kbira 
												mill-Knisja u mill-Maġisteru 
												tagħha meta jiġu biex 
												jiffurmaw il-kuxjenza tagħhom. 
												Dan jgħidu l-Konċilju: “L-insara 
												huma u jiffurmaw il-kuxjenza 
												tagħhom għandhom jagħtu 
												attenzjoni speċjali lit-tagħlim 
												tal-Knisja. Għaliex il-Knisja 
												Kattolika hi għalliema 
												tal-veritá, għax din hi r-rieda 
												ta’ Kristu: u d-dmir tagħha hu 
												li tħabbar il-Veritá li hu 
												Kristu, u tgħallimha b’mod 
												awtentiku u fl-istess ħin 
												tħabbar u twettaq il-prinċipji 
												morali li joħorġu mill-istess 
												natura tal-bniedem”. 
												Għalhekk l-awtoritá tal-Knisja, 
												hija u tagħti l-fehma tagħha 
												dwar problemi morali, ma tnaqqas 
												xejn mil-libertá ta’ l-insara, 
												kemm għaliex il-libertá 
												tal-kuxjenza qatt ma hi ħelsien 
												“mill”-veritá, imma hi dejjem u 
												biss “fil”-veritá, u kemm 
												għaliex il-Maġisteru ma jxandarx 
												veritajiet li huma barranin 
												għall-kuxjenza nisranija, 
												imma jfisser il-veritajiet 
												li l-kuxjenza jmissu jkollha, 
												huwa u jiżviluppahom mill-att 
												tal-fidi tal-bidu. Il-Knisja 
												qeda biss u dejjem għall-qadi 
												tal-kuxjenza u tgħina biex 
												ma tkunx imkaxkra “minn kull 
												tagħlim bil-qerq tal-bnedmin” 
												(ara Ef 4, 14), biex ma 
												titbigħedx mill-veritá tal-ġid 
												tal-bniedem, iżda tkun żgura 
												dwar il-veritá u tibqa’ fiha, 
												l-aktar fi problemi diffiċli 
												ħafna. 
												  
												
												
												III. GĦAŻLIET FONDAMENTALI U 
												SURIET SPEĊIFIĊI TA’ MĠIB 
												  
												
												
												
												“Tinqdewx b’dan il-ħelsien 
												għall-ġisem” (Ġal 5, 13) 
												  
												
												
												65.
												
												
												L-interess għal-libertá, li llum 
												hu qawwi ħafna, wassal għorrief 
												fix-xjenzi tal-bniedem u 
												fit-teoloġija biex jistudjaw 
												aktar fil-fond is-setgħat 
												tan-natura u tad-dinamiżmu 
												tagħha. Intqal sewwa li 
												l-libertá m’hijiex biss l-għażla 
												ta’ xi għemil jew ieħor: hi 
												wkoll, u proprju f’din l-għażla,
												deċiżjoni tal-bniedem dwaru 
												stess, iqiegħedx ħajtu favur 
												jew kontra dak li hu t-Tajjeb, 
												kontra jew favur il-Veritá u, 
												fl-aħħar mill-aħħar, favur jew 
												kontra Alla. Bir-raġun kollu 
												hemm insistenza fuq l-importanza 
												kbira ta’ xi għażliet speċjali 
												li jagħtu “sura” jew “forma” 
												lill-ħajja morali kollha 
												tal-bniedem, u jkunu qishom 
												l-ambjent li fih isiru u 
												jiżviluppaw l-għażliet 
												partikulari l-oħra ta’ kuljum. 
												
												
												  
												
												
												Iżda xi awturi jipproponu sura 
												aktar radikali tar-relazzjoni 
												bejn il-persuna u l-għemil. 
												Jitkellmu dwr “libertá 
												fondamentali” li hi aktar għolja 
												u differenti mil-libertá ta’ 
												l-għażla, libertá fondamentali, 
												li trid titqies sewwa jekk 
												irridu nifhmu tajjeb u 
												napprezzaw għemil il-bniedem. 
												Fil-fehma ta’ dawn l-awturi il-qofol 
												tal-ħajja morali għandu jkun 
												“l-għażla fondamentali”, li 
												sseħħ b’dik il-libertá 
												fondamentali li biha l-bniedem 
												jagħti lilu nnifsu kollu kemm 
												hu, mhux b’xi deċiżjoni 
												definittiva u magħrufa, maħsuba 
												mir-raġuni, iżda f’sura 
												“traxxendentali” u “atematiku”. 
												Minn din l-għażla fondamentali 
												joħroġ kull għemil 
												partikulari, iżda dawn 
												l-awturi dan l-għemil jippruvaw 
												ifissruh biss parzjalment u mhux 
												definittivament: dawn 
												l-għemejjel partikulari huma 
												biss sinjal u sintomi ta’ 
												l-għażla fondamentali, għax – 
												jgħidu – ma jfittxux l-ogħla Ġid 
												(quddiem l-ogħla Ġid il-libertá 
												tal-persuna titfisser b’mod 
												traxxendentali), imma jfittxu xi 
												ġid partikulari (li jsejħulu 
												wkoll “kategoriku”). Fil-fehma 
												ta’ dawn il-teoloġi, ebda ġid 
												ta’ din is-sura, li min-natura 
												tiegħu hu finit, ma jista’ 
												jiddetermina l-libertá 
												tal-persuna fil-milja kollha 
												tagħha, għalkemm il-bniedem 
												jista’ juri l-għażla 
												fondamentali tiegħu nnifsu biss 
												billi jagħmel jew jiċħad li 
												jagħmel dan il-ġid “kategoriku”. 
												
												
												  
												
												
												B’hekk naslu biex nagħmlu 
												distinzjoni bejn l-għażla 
												fondamentali u l-għażliet 
												deliberati ta’ xi għemil 
												definittiv: din 
												id-distinzjoni f’xi awturi tasal 
												biex tkun firda jew 
												separazzjoni, meta, bi 
												ħsieb, jagħtu dimensjoni 
												traxxendentali lit-“tajjeb” u 
												lill-“ħażin” morali, dimensjoni 
												traxxendentli li hi proprja ta’ 
												l-għażla fondamentali, u jqisu 
												li huma “sewwa” jew “żbaljati” 
												suriet partikulari 
												“intramundani” ta’ mġiba, dawk 
												is-suriet partikulari ta’ mġiba 
												tal-bniedem miegħu nnifsu, ma’ 
												l-oħrajn u mad-dinja materjali 
												kollha. B’hekk jidher li fi ħdan 
												stess l-għemil tal-bniedem qed 
												tiġi mdaħħla għażla bejn żewġ 
												gradi ta’ moralitá: min-naħa 
												ordni ta’ dak li hu tajjeb u ta’ 
												dak li hu ħażin, li jiddependi 
												mir-rieda, u min-naħa l-oħra 
												suriet speċifiċi ta’ mġieba li 
												jitqiesu li huma sewwa jew 
												żbaljati, biss skond kalkolu 
												tekniku ta’ proporzjoni bejn dak 
												li hu tajjeb jew ħażin 
												“fiżikament” jew “premoralment”, 
												li joħroġ mill-għemil. Dan 
												twassal biex sura ta’ mġiba 
												konkreta, ukoll jekk magħżula 
												b’mod ħieles, titqies biss bħala 
												sempliċi proċess fiżiku, u mhux 
												skond il-kriterji proprji ta’ 
												l-għemil tal-bniedem. Minn hawn 
												naslu biex ngħidu li l-kwalifika 
												morali proprja tal-bniedem hi 
												limitata biss għall-għażla 
												fondamentali tiegħu, u li din 
												il-kwalifika morali tkun nieqsa 
												parzjalment jew totalment 
												mill-għażliet ta’ għemil 
												partikulari ta’ mġiba fil-fatt. 
												  
												
												
												66. 
												It-tagħlim 
												morali nisrani, tagħlim li 
												għandu l-għeruq tiegħu 
												fl-Iskrittura, żgur jagħraf 
												l-importanza speċifika ta’ 
												l-għażla fondamentali li 
												tikkwalifika l-ħajja morali u 
												timpenja l-libertá mill-fond 
												quddiem Alla. Din hi l-għażla 
												tal-fidi, l-ubbidjenza tal-fidi
												(Rum 16, 26), “li biha 
												l-bniedem jingħata kollu kemm hu 
												lil Alla, u joqgħod għal Alla li 
												juri lilu nnifsu, bil-fehma u 
												r-rieda kollha tiegħu”. 
												Din il-fidi, “li taħdem permezz 
												ta’ l-imħabba” (Gal 5, 6), tiġi 
												mill-fond tal-bniedem, minn 
												“qalbu” (ara Rum 10, 10) minn 
												fejn tissejjaħ biex tagħmel 
												frott bl-għemil (ara Mt 12, 
												33-35; Lq 6, 45; Rum 8, 5-8; Gal 
												5, 22). Fid-Dekalogu, bħala 
												daħla għall-kmandamenti nsibu 
												frażi fondamentali: “Jien hu 
												l-Mulej Alla tiegħek...” (Eż 20, 
												2); din il-frażi hija u turi 
												t-tifsir li kellhom mill-bidu 
												l-ħafna preċetti partikulari ta’ 
												kull xorta, tagħti lill-moralitá 
												tal-Patt sura ta’ universalitá, 
												ta’ għaqda u ta’ kobor li ma 
												bħalu. Meta l-għażla 
												fondamentali ta’ Iżrael hi dwar 
												il-kmandament fondamentali (ara 
												Ġoż 24, 14-25; Eż 19, 3-8; Mikea 
												6, 8). Fil-moralitá tal-Patt 
												il-Ġdid ukoll l-għażla 
												fondamentali hi s-sejħa ta’ Ġesu
												
												
												biex nimxu warajh – liż-żagħżugħ 
												qallu “Jekk trid tkun perfett...ejja 
												u imxi warajja” (Mt 19, 19-21): 
												għal din l-istedina d-dixxipli 
												jwieġeb b’deċiżjoni u għażla 
												radikali. Il-parabboli ta’ 
												l-Evanġelju dwar it-teżor u 
												l-ġawhra tiswa ħafna, li 
												jinbiegħ kollox biex jinkisbu, 
												huma xbihat ċari li jfissru 
												l-għażla fondamentali u assoluta 
												li titlob is-Saltana ta’ Alla. 
												In-natura radikali ta’ l-għażla 
												tal-mixi wara Ġesú jurihielna 
												l-istess kliem ta’ Ġesú b’mod 
												tassew ta’ l-għaġeb: “Min irid 
												isalva ħajtu, jitlifha; imma min 
												jitlef ħajtu għall-imħabba 
												tiegħi u tal-Bxara t-tajba, 
												isalvaha” (Mk 8, 35). 
												
												
												
												48.
												 
												
												
												Is-sejħa ta’ Ġesú “Ejja u imxi 
												warajja”, turi l-libertá 
												tal-bniedem u tgħolliha b’mod 
												tassew ta’ l-għaġeb; fl-istess 
												ħin tixhed għall-veritá u 
												għall-obbligu ta’ għemejjel ta’ 
												fidi u ta’ deċiżjonijiet li 
												nistgħu nqisuhom bħala għemejjel 
												ta’ għażla fondamentali. Insibu 
												l-istess eżaltazzjoni 
												tal-libertá tal-bniedem fi kliem 
												San Pawl: “Intom ġejtu msejħa 
												għall-ħelsien” (Gal 5, 13). Iżda 
												l-Appostlu minnufih iżid 
												twissija: “Imma tinqdewx b’dan 
												il-ħelsien għall-ġisem”. Din 
												it-twissija ttenni oħra li 
												għamel ftit qabel “Kristu 
												ħelisna biex ngħixu ta’ nies 
												ħielsa. Żommu sħiħ u terġgħux 
												tmiddu għonqkom għall-madmad 
												tal-jasar” (Gal 5, 1). 
												L-Appostlu San Pawl iħeġġiġna 
												biex nishru għaliex il-jasar bla 
												heda jhedded il-libertá. Dan 
												jiġri proprju meta l-att 
												tal-fidi – fis-sens ta’ għażla 
												fondamentali – jinqata’ 
												mill-għażliet ta’ l-għemejjel 
												partikulari li jsiru, skond 
												it-tendenzi li semmejna aktar 
												‘il fuq. 
												  
												
												
												67. 
												Dawn 
												it-tendenzi ma jaqblux 
												mat-tagħlim ta’ l-Iskrittura li 
												tfisser l-għażla fondamentali 
												bħala għażla ċerta u vera 
												tal-libertá, u torbotha sewwa 
												ma’ kull għemil partikulari. 
												Bl-għażla fondamentali tiegħu, 
												il-bniedem jista’ jmexxi ħajtu 
												‘l quddiem, bl-għajnuna 
												tal-grazzja ta’ Alla u jwassalha 
												għall-għan tagħha, huwa u 
												jwieġeb għas-sejħa ta’ Alla. Din 
												il-ħila fil-fatt isseħħ 
												fl-għażliet partikulari ta’ atti 
												speċifiċi li bihom il-bniedem 
												joqgħod, għax irid, għar-rieda, 
												l-għerf u l-liġi ta’ Alla. 
												Għalhekk għandna ngħidu li 
												din l-għażla fondamentali sakemm 
												m’hijiex biss xi fehma ġenerika,
												u għalhekk għad ma għandhiex 
												sura li torbot il-libertá, 
												dejjem isseħħ permezz ta’ 
												għażliet magħrufin u ħielsa. 
												Għalhekk jerġa’ lura minnha 
												l-bniedem meta jimpenja 
												l-libertá tiegħu b’għażliet li 
												jrid kuntrarji għaliha, dwr 
												materji moralment gravi. 
												
												
												
												50.
												 
												
												
												Tifred l-għażla fondamentali 
												minn suriet ta’ mġiba 
												definittivi hu l-istess 
												bħallikieku ma taqbilx ma’ 
												l-integritá sostanzjali u 
												l-unitá personali fir-ruħ u 
												l-ġisem tal-persuna li tagħmel 
												għemil morali. Meta għażla 
												fondamentali nqisuha mingħajr ma 
												nagħtu każ espliċitament 
												tas-setgħat li tagħti u 
												tal-fehmiet li qanqluha, ma 
												nkunux nagħrfu b’mod xieraq 
												ir-raġuni li hemm fil-bniedem u 
												lanqas nagħrfu l-għażliet 
												partikulari li jkunu saru. Dan 
												għaliex il-moralitá ta’ kull 
												għemil tal-bniedem ma toħroġx 
												biss mir-rieda tiegħu, jew 
												mill-inklinazzjonijiet tiegħu, 
												jew minn xi għażla fondamentali 
												li ma tkunx ħlief fehma bla 
												ħsieb ċar u determinat jew fehma 
												nieqsa minn kull sforz biex jiġu 
												mħarsa l-ħafna dmirijiet li 
												titlob ħajja morali. Ma jistax 
												ikun hemm ġudizzju dwar 
												il-moralitá jekk ma jitqiesx 
												ikunx hemm qbil jew nuqqas ta’ 
												qbil mad-dinjitá u 
												mal-vokazzjoni sħiħa tal-persuna 
												tal-bniedem fis-sura ta’ 
												l-imġiba li tingħażel 
												deliberatament. Kull għażla 
												titlob rabta bejn ir-rieda li 
												tiddeċiedi u t-tajjeb jew 
												il-ħażin, li l-liġi naturali 
												turi li għandu jinkiseb jew jiġi 
												evitat. Fil-każ ta’ preċetti 
												morali pożittivi l-għaqal jitlob 
												li wieħed jara jekk dawn 
												jgħoddux għall-qagħda li tkun, 
												jekk, biex insemmu eżempju, 
												ikunx hemm dmirijiet aktar 
												importanti u aktar urġenti. Iżda 
												fejn jidħlu preċetti morali 
												negattivi, li jipprojbixxu 
												għemil jew suriet ta’ mġiba 
												ħżiena fihom infushom, ma jistax 
												ikun hemm eċċezzjonijiet, ma 
												hemmx post li moralment jista’ 
												jiġi aċċettat għall-“ħolqien” 
												ta’ xi deċiżjoni kuntrarja, tkun 
												liema tkun. Wara li tingħaraf 
												is-sura ta’ għemil projbit minn 
												xi liġi universali, l-għemil 
												waħdieni moralment tajjeb, huwa 
												dak li tobdi l-liġi morali u 
												tevita l-għemil projbit 
												mil-liġi. 
												  
												
												
												68.
												
												
												Hawn tidħol konsiderazzjoni 
												pastorali ta’ improtanza kbira. 
												Skond il-loġika ta’ dak li ntqal 
												minn xi teoloġi, kif semmejna 
												aktar ‘il fuq, il-bniedem, 
												bis-saħħa ta’ għażla 
												fondamentali li jkun għamel, 
												ikun jista’ jħares il-fedeltá 
												tiegħu lejn Alla mingħajr ma 
												joqgħod iqis jekk l-għażliet li 
												jkun għamel ikunux jaqblu jew le 
												mal-liġijiet u n-normi morali 
												speċifiċi. Bis-saħħa ta’ 
												l-għażla ta’ l-imħabba magħmula 
												mill-bidu, dawn it-teoloġi 
												jgħidu li l-bniedem jista’ 
												jibqa’ moralment tajjeb, jibqa’ 
												fil-grazzja ta’ Alla u jikseb 
												is-salvazzjoni, minkejja xi 
												għażliet ta’ mġiba li ma jkunux 
												jaqblu xejn u jkunu kuntrarji 
												gravament u deliberalment 
												għall-kmndamenti ta’ Alla u 
												l-preċetti tal-Knisja. Iżda 
												l-bniedem jintilef mhux biss 
												billi jonqos minn dik l-għażla 
												fondamentali li biha ngħata 
												“kollu kemm hu b’mod hieles” lil 
												Alla. 
												B’kull dnub mejjet, magħmul 
												deliberatament il-bniedem 
												joffendi ‘l Alla li għamel 
												il-liġi, u għalhekk isir ħati 
												tal-ksur tal-liġi kollha (ara 
												Ġak 2, 8-11), ukoll jekk jibqa’ 
												jemmen; jitlef “il-grazzja 
												qaddiesa”, “l-imħabba”, “l-hena 
												ta’ dejjem”. 
												“Il-grazzja qaddiesa jew 
												santifikanti li nkunu rċevejna – 
												jgħid il-Konċilju ta’ Trento – 
												tista’ tintilef mhux biss 
												bl-infedeltá, li biha tintilef 
												l-istess fidi, imma wkoll b’kull 
												dnub mejjet”. 
												
												
												
												  
												
												
												
												Dnub mejjet u dnub venjal 
												
												
												69. 
												Il-fehmiet 
												dwar l-għażla fondamentali li 
												semmejna aktar ‘il fuq wasslu 
												lil xi teoloġi biex jidħlu sewwa 
												fil-fond tad-distinzjoni 
												tradizzjonali bejn dnubiet 
												mejta u dnubiet venjali. 
												Dawn it-teoloġi jgħidu li 
												l-oppożizzjoni għal-liġi ta’ 
												Alla li twassal għat-telfien 
												tal-“grazzja santifikanti” – u 
												t-telfien ta’ dejjem għal dawk 
												li jmutu mtaqqlin b’dan id-dnub 
												– ma tistax tkun ħlief frott ta’ 
												għemil li jimpenja l-bniedem 
												kollu kemm hu, jiġifieri jkun 
												għemil ta’ għażla fondamentali. 
												Dawn it-teoloġi jaħsbu li d-dnub 
												il-mejjet li jifred il-bniedem 
												minn Alla, nistgħu nsibuh biss 
												f’min jiċħad lil Alla fi grad 
												ta’ libertá li m’huwiex il-grad 
												ta’ libertá li hemm f’għemil li 
												bih issir xi għażla, jew 
												tal-libertá li tinkiseb 
												b’riflessjoni tal-kuxjenza. 
												B’dan il-mod, jgħidu dwan 
												it-teoloġi, bil-kemm jista’ jkun 
												hemm li, almenu psikoloġikament, 
												xi nisrani li jrid jibqa’ 
												magħqud ma’ Kristu l-Mulej u 
												mal-Knisja tiegħu, se jagħmel 
												hekk malajr u hekk spiss dnubiet 
												mejta, minkejja li xi kull tant 
												il-“materja” ta’ għemilu tidher 
												ta’ dnub mejjet. Hekk ukoll, 
												jgħidu, ma tantx tista’ tammetti 
												malajr li bniedem f’qasir żmien 
												jaqta’ radikalment ir-rabtiet 
												tiegħu ma Alla u fi żmien qasir 
												ieħor jindem sinċerament u jerġa 
												jdur lejn Alla. Dawn it-teoloġi 
												jgħidu li l-gravitá tad-dnub 
												għandha titqies minn kemm tkun 
												impenjata l-libertá ta’ dak li 
												għamel l-att, aktar milli 
												titqies mill-materja ta’ l-att 
												li jsir. 
												  
												
												
												70.
												
												
												L-eżortazzjoni appostolika 
												postsinodali Reconciliatio et 
												paenitentia uriet skond 
												it-tradizzjoni tal-Knisja, 
												l-importanza tad-distinzjoni, li 
												tiswa ħafna llum ukoll, bejn 
												dnubiet mejta u dnubiet venjali. 
												L-istess Sinodu ta’ l-Isqfijiet 
												tas-sena 1983, li minnu ħarġet 
												din l-eżortazzjoni, mhux biss 
												wettaq dak li kien dekretat 
												mill-Konċilju ta’ Trento dwar 
												l-eżistenza u n-natura 
												tad-dnubiet mejta u 
												tad-dnubiet venjali, imma 
												fakkar ukoll li d-dnub mejjet hu 
												dnub li bħala oġġett għandu 
												materja gravi u wkoll li sir 
												b’għarfien sħiħ u b’kunsens 
												deliberat. 
												
												
												
												54.
												 
												
												
												Id-deċiżjoni tal-Konċilju ta’ 
												Trento mhux biss tqis 
												il-“materja gravi” tad-dnub 
												mejjet, imma ssemmi wkoll bħala 
												kondizzjoni meħtieġa għalih, 
												“għarfien sħiħ u kunsens 
												deliberat”. Kemm fit-teologija 
												morali u kemm fil-ħidma 
												pastorali huma magħrufin sewwa 
												l-każi meta ma jkunx hemm dnub 
												mejjet, għalkemm ikun hemm 
												materja gravi, għax jonqos 
												l-għarfien sħiħ jew kunsens 
												deliberat. Iżda rridu noqogħdu 
												attenti wkoll li ma nqisux biss 
												dnub mejjet dak l-għemil ta’ 
												għażla fondamentali li kif 
												jgħidu xi teoloġi – hi għażla 
												kontra Alla, jiġifieri stmerrija 
												ta’ Alla jew tal-proxxmu 
												espliċita u formali, jew ċaħda 
												impliċita u mhux konxja ta’ 
												l-imħabba. “Ikun hemm dnub 
												mejjet ukoll meta l-bniedem jaf 
												u jrid jagħżel, tkun xi tkun 
												ir-raġuni, dak li hu fih innifsu 
												diżordni gravi. Fil-fatt 
												f’għażla bħal din ġa hemm 
												stmerrija tal-kmandament ta’ 
												Alla, ċaħda ta’ l-imħabba ta’ 
												Alla għall-ġens tal-bnedmin u 
												għall-ħlejjaq kollha. Il-bniedem 
												ibiegħed lilu nnifsu minn Alla u 
												jitlef l-imħabba. Għalhekk 
												l-orjentament fondamentali 
												tal-bniedem jista’ jinbidel 
												ukoll b’atti partikulari. 
												Veru li jista’ jkun hemm 
												sitwazzjonijiet li jkunu 
												komplessi ħafna u xejn ċari 
												mill-aspett psikoloġiku, li huma 
												importanti biex titqies il-ħtija 
												suġġettiva tal-midneb. Iżda mhux 
												permess minn konsiderazzjonijiet 
												psikoloġiċi tgħaddi biex 
												tiffissa kategoriji teoloġiċi 
												bħalma hi l-“għażla 
												fondamentali” li tiftiehem bħala 
												mod li jbiddel oġġettivament jew 
												joħloq dubji dwar il-fehma 
												tradizzjonali tad-dnub mejjet”. 
												
												
												  
												
												
												Is-separazzjoni ta’ l-għażla 
												fondamentali mill-għażliet 
												volontarji ta’ xi suriet ta’ 
												mġiba, li minnhom infushom jew 
												minħabba ċ-ċirkostanzi huma 
												ħżiena u ma jimpenjawx l-għażla 
												fondamentali, twassal għal ċaħda 
												tad-duttrina kattolika dwar 
												id-dnub mejjet. Mat-tradizzjoni 
												kattolika kollha ngħidu li hu 
												dnub mejjet dak l-għemil li 
												bih il-bniedem minn rajh u 
												b’fehma sħiħa jiċħad lil Alla, 
												il-liġi tiegħu u l-patt ta’ 
												mħabba li joffrilu Alla nnifsu, 
												jew idur lejn xi ħaġa li hi 
												kontra r-rieda ta’ Alla (conversio 
												ad creaturam). Dan jista’ 
												jsir direttament u formalment 
												bid-dnubiet ta’ l-idolatrija, 
												l-apostasija, l-ateżmu, jew 
												ekwivalentement meta ma jiġux 
												obduti l-kmandamenti ta’ Alla 
												f’materja gravi” 
												  
												
												
												IV. L-ATT MORALI 
												
												
												
												Teleoloġija u teleoloġiżmu 
												
												
												71. 
												
												
												
												55.
												
												
												Ir-rabta bejn il-libertá 
												tal-bniedem u l-liġi ta’ Alla, 
												li ċ-ċentru intimu u ħaj tagħha 
												hi l-kuxjenza morali, tidher u 
												tissaħħaħ permezz ta’ atti 
												umani. Il-bniedem, bħala 
												bniedem, jilħaq il-perfezzjoni 
												bl-atti li jagħmel dak 
												il-bniedem li hu msejjaħ “biex 
												ifittex minn rajħ ‘l Alla li 
												ħalqu, ħalli ħieles jasal 
												għall-perfezzjoni sħiħa u hienja 
												billi jingħaqad ma’ Alla”. 
												
												
												
												56.
												 
												
												
												L-għemil tal-bniedem hu għemil 
												morali għaliex juri u 
												jiddetermina t-tjieba jew 
												il-ħażen ta’ min jagħmlu. 
												Dan l-għemil morali tal-bniedem 
												mhux biss iġib tibdil fil-qagħda 
												tal-bniedem minn barra, imma 
												wkoll għaliex, bħala għażla 
												deliberata, jagħti xeħta morali 
												lil min jagħmlu u huwa l-kawża 
												ta’ l-aspetti spiritwali 
												l-aktar intimi tiegħu. 
												
												
												
												  
												
												
												Dan jgħidu b’mod mill-aħjar San 
												Girgor ta’ Nissa: “Kull ħaġa; li 
												tista’ tinbidel jew tista’ ssir, 
												qatt ma tibqa’ dejjem l-istess, 
												iżda dejjem tgħaddi minn qagħda 
												għall-oħra jew għall-aħjar jew 
												għall-agħar. Il-ħajja 
												tal-bniedem dejjem tinbidel, 
												għalhekk jeħtieġ li dejjem 
												titwieled mill-ġdid għaliex 
												m’hijiex eterna imma tinbidel. 
												Iżda t-twelid hawn m’huwiex 
												bis-sehem ta’ ħaddieħor, minn 
												barra, kif jiġri fit-twelid 
												fil-ġisem, imma wieħed jerġa’ 
												jitwieled b’għażla tiegħu nnifsu 
												u għalhekk jiġri li aħna b’xi 
												mod aħna missierijiet tagħna 
												nfusna u nnisslu lilna 
												nfusna kif irridu aħna”. 
												  
												
												
												72.
												
												
												II-moralitá ta’ kull att 
												tiddependi 
												
												mir-relazzjoni li jkun hemm bejn 
												il-libertá tal-bniedem u dak li 
												hu veramanet tajjeb. Dan 
												it-tajjeb, bħal-liġi eterna, hu 
												ffissat mill-Għerf ta’ Alla li 
												jmexxi l-ħlejjaq kollha lejn 
												l-għan tagħhom; din il-liġi 
												eterna tingħaraf kemm mir-raġuni 
												naturali tal-bniedem (u għalhekk 
												hi “liġi naturali”) u kemm b’mod 
												sħiħ u perfett mir-Rivelazzjoni 
												sopranaturali ta’ Alla (u hekk 
												tissejjaħ “liġi divina”). 
												L-għemil ikun moralment tajjeb 
												meta l-għażliet tal-libertá 
												jkunu jaqblu mal-veru ġid 
												tal-bniedem u hekk juru li 
												l-persuna minn rajha miexja lejn 
												l-għan aħħari tagħha jew lejn 
												Alla nnifsu, l-ogħla ġid li fih 
												il-bniedem isib l-hena sħiħ u 
												perfett. Dan fittex iż-żagħżugħ 
												fil-bidu tad-djalogu tiegħu ma’ 
												Ġesú: “X’tajjeb għandi nagħmel 
												biex nikseb il-ħajja ta’ 
												dejjem?” (Mt 19, 16): 
												ir-rabta essenzjali bejn 
												il-valur morali ta’ l-għemil u 
												l-għan aħħari tal-bniedem 
												tidher minnufih. It-tweġiba ta’ 
												Ġesú twettaq dak li minnu kien 
												konvint iż-żagħżugħ: l-għemil li 
												jordna dak li hu “waħdu 
												t-Tajjeb” hu l-kondizzjoni 
												meħtieġa u t-triq għall-hena ta’ 
												dejjem. “Jekk trid tidħol 
												fil-ħajja ħares il-kmandamenti, 
												juri li t-triq għall-għan aħħari 
												tintwera mill-ħarsien 
												tal-liġijiet ta’ Alla li jfittxu 
												l-ġid tal-bniedem. L-għemil 
												biss li jaqbel ma’ dak li hu 
												tajjeb huwa t-triq li twassal 
												għall-ħajja. 
												
												
												
												58.
												 
												
												
												Id-direzzjoni ta’ l-għemil 
												tal-bniedem lejn dak li hu 
												tajjeb skond ir-raġuni u 
												t-tiksib volontarju ta’ dan 
												it-tajjeb magħruf mir-raġuni, 
												jagħmlu dik li hi l-moralitá. 
												L-għemil tal-bniedem għalhekk 
												m’għandux jitqies moralment 
												tajjeb għaliex adatt biex jikseb 
												xi għan jew ieħor, jew għax 
												il-fehma ta’ min jagħmlu hi 
												tajba. 
												Għemil ikun moralment tajjeb 
												meta hu jixhed u juri r-rieda 
												tal-persuna li trid tikseb 
												l-għan aħħari tagħha u li kull 
												għemil konkret tagħha jaqbel 
												mal-ġid tal-bniedem, kif hu 
												magħruf fil-veritá tiegħu 
												mir-raġuni. Jekk l-oġġetti ta’ 
												l-att li jsir ma jaqbilx 
												mal-veru ġid tal-persuna, 
												l-għażla ta’ dan l-att tagħmel 
												moralment ħżiena lilna u r-rieda 
												tagħna u twassalna biex niċħdu 
												l-għan aħħari tagħna u l-ogħla 
												ġid tagħna, li hu Alla. 
												  
												
												
												73.
												
												
												In-nisrani, minħabba 
												r-Rivelazzjoni ta’ Alla u 
												l-fidi, jagħraf it-“tiġdid” li 
												bih hi mmarkata l-moralitá ta’ 
												l-għemil kollu tiegħu: dan 
												l-għemil irid juri l-qbil jew 
												nuqqas ta’ qbil mad-dinjitá u 
												l-vokazzjoni li ġew mogħtijin 
												lilu mill-grazzja: fi Kristu 
												Ġesú u fl-Ispirtu tiegħu 
												n-nisrani hu “ħolqien ġdid”, 
												iben Alla, u b’għemilu jrid juri 
												li jixbaħ jew ma jixbaħx l-Iben, 
												“il-kbir fost ħafna aħwa (ara 
												Rum 8, 29), li hu fidil jew le 
												lejn id-don ta’ l-Ispirtu, li 
												qed jiftaħ jew jagħlaq għalih 
												il-ħajja ta’ dejjem u x-xirka 
												fil-viżjoni u l-imħabba u l-hena 
												ma’ Alla l-Missier ma’ l-Iben u 
												ma’ l-Ispirtu s-Santu. 
												San Ċirillu ta’ Lixandra jikteb 
												dan: “Alla għamilna xbieha 
												tiegħu b’mod li jiddu għalina 
												l-kwalitajiet tan-natura ta’ 
												Alla permezz tal-qdusija, 
												tal-ġustizzja, ta’ ħajja li 
												taqbel mal-virtú ... Il-ġmiel 
												ta’ din ix-xbieha tiddi fina, 
												aħna li aħna fi Kristu, kull 
												darba li aħna nuru li aħna 
												tajbin b’għemilna”. 
												
												
												
												60.
												 
												
												
												F’dan is-sens, il-ħajja morali 
												għandha natura essenzjalment 
												“teoloġika”, għaliex hi, b’fehma 
												sħiħa f’kull ma tagħmel, 
												mogħtija kollha kemm hi lil Alla 
												li hu l-ogħla ġid u l-għan 
												(telos) aħħari tal-bniedem. Dan 
												twettqu wkoll il-mistoqsija 
												taż-żagħżugħ lil Ġesú: “X’tajjeb 
												għandi nagħmel biex nikseb 
												il-ħajja ta’ dejjem?” Din 
												id-direzzjoni lejn l-għan aħħari 
												tal-bniedem m’hijiex qjies li 
												jinsab fil-bniedem stess, u 
												tiddependi biss mill-intenzjoni 
												tiegħu. Titlob li dan l-għemil 
												minnu nnifsu jkun jista’ jiġi 
												dirett lejn l-għan aħħari 
												tal-bniedem, għaliex ikun jaqbel 
												mal-ġid morali veru tal-bniedem, 
												ġid imħares mill-kmandamenti. 
												Proprju dan ifakkar Ġesú 
												liż-żagħżugħ huwa u jwieġbu: 
												“Jekk int trid tidħol fil-ħajja, 
												ħares il-kmandamenti” (Mt 19, 
												17). Hi ħaġa ċara li din 
												id-direzzjoni trid tkun ħielsa u 
												ġejja mir-raġuni, magħrufa u 
												deliberata: bis-saħħa tagħha 
												l-bniedem ikun responsabbli ta’ 
												għemilu, suġġett għall-ġudizzju 
												ta’ Alla, li hu mħallef ġust u 
												ħanin li jippremja t-tajjeb u 
												jikkastiga l-ħażin, kif iwissi 
												l-Appostlu San Pawl: “Jeħtieġ li 
												lkoll kemm aħna nidhru quddiem 
												it-tribunal ta’ Kristu, ħalli 
												kulħadd jieħu skond it-tajjeb 
												jew il-ħażin li jkun għamel meta 
												kien għadu ħaj fil-ġisem” (2 Kor 
												5, 10). 
												  
												
												
												74.
												
												
												Iżda minn fejn tiġi l-kwalifika 
												morali ta’ l-għemil ħieles 
												tal-bniedem? X’jiżgura din 
												id-direzzjoni lejn Alla ta’ 
												l-għemil tal-bniedem? Mill-intenzjoni
												ta’ min jagħmlu, miċ-ċirkustanzi 
												– u mill-konsegwenzi tagħhom 
												– jew mill-oġġetti stess 
												ta’ l-għemil? Din hi kwistjoni 
												li tradizzjonalment tissejjaħ 
												il-kwistjoni dwar “għejun 
												tal-moralitá”. Dwar din 
												il-kwistjoni, f’dawn l-aħħar 
												għaxriet ta’ snin dehru tendenzi 
												kulturali u teoloġiċi ġodda, – 
												jew imġedda – li kien meħtieġ 
												ġudizzju eżatt dwarhom 
												mill-Maġisteru tal-Knisja. Xi 
												teoriji etiċi, imsejħin “teleoloġiċi”,
												jgħidu li qed ifittxu qbil 
												bejn l-għemil tal-bniedem u 
												l-proponimenti li jagħmel u 
												l-ġid li jrid jikseb. 
												 
												
												
												
												62.
												 
												
												
												Il-kriterji meħtieġa biex 
												jingħata ġudizzju dwar xi 
												għemil, jekk ikunx tajjeb, skond 
												dawn it-teoriji jittieħdu mill-qjies
												li jkun hemm bejn il-ġid 
												mhux morali jew premorali li 
												jrid jinkiseb, u l-valuri mhux 
												morali jew premorali li jridu 
												jkunu mħarsa. Għal xi wħud 
												imġiba tajba jew ħażina 
												tiddependi mill-fatt jekk tkunx 
												tista’ jew ma tistax iġġib 
												titjib fil-qagħda ta’ kull min 
												hu interessat: tkun tajba mġiba 
												li tagħti ġid “mill-aqwa”, 
												ħażina dik li tagħti ġid 
												“mill-inqas”. 
												
												
												  
												
												
												Ħafna moralisti kattoliċi, li 
												jħaddnu din l-opinjoni, iridu 
												kieku jitbiegħdu 
												mill-utilitariżmu u 
												l-pragmatiżmu li jiġġudikaw 
												il-moralitá ta’ l-għemil 
												tal-bniedem, mingħajr ma jqisu 
												l-għan aħħari tiegħu. Huma 
												jagħrfu sewwa l-ħtieġa li 
												jinsabu raġunijiet dejjem aktar 
												sodi li jiġġustifikaw dak li 
												titlob ħajja morali, u jagħtu 
												normi dwarha. Din hi ħaġa tajba 
												u meħtieġa, għaliex l-ordni 
												morali, imwettaq mil-liġi 
												naturali, jista’ jkun faċilment 
												magħruf mir-raġuni tal-bniedem. 
												Dan l-istudju jiswa ħafna wkoll 
												għax iwieġeb għall-ħtieġa 
												tad-djalogu ma’ nsara mhux 
												kattoliċi u ma’ dawk li m’humiex 
												insara, speċjalment illum 
												fis-soċjetajiet pluralistiċi. 
												  
												
												
												75.
												
												
												Iżda fit-tħabrik għat-tfassil 
												ta’ din il-moralitá (li xi kull 
												tant qed tissejjaħ “moralitá 
												awtonoma”) hemm soluzzjoni 
												żbaljati, marbutin l-aktar ma’ 
												għarfien nieqes ta’ l-oġġetti 
												ta’ l-għemil morali. Xi wħud 
												ma jqisux biżżejjed il-fatt li 
												r-rieda hi mpenjata fl-għażliet 
												li tagħmel: dawn l-għażliet 
												jitqiesu bħala l-kondizzjoni 
												tal-tjieba morali u 
												tad-direzzjoni lejn l-għan 
												aħħari tal-bniedem. Oħrajn 
												iħaddnu fehma tal-libertá ħielsa 
												mill-kondizzjonijiet meħtieġa 
												biex tintuża, li ma għandhiex 
												tfittex li jkun hemm qbil 
												sinċier mal-veritá ta’ dak li hu 
												tajjeb, u mad-deċiżjoni li 
												tittieħed permezz ta’ għażla 
												bil-fatti ta’ suriet ta’ mġiba. 
												Skond dawn il-fehmiet, għalhekk, 
												ir-rieda ħielsa la għandha 
												moralment xi obbligi speċifiċi 
												jew xi obbligi li jiġu 
												mill-għażliet tagħha stess, 
												għalkemm tibqa’ responsabbli ta’ 
												għemilha u tal-konsegwenzi li 
												jiġu minn għemilha. Dan 
												it-teleoloġiżmu, bħala 
												metodu biex jinstabu normi 
												morali, jista’ jissejjaħ 
												konsegwenzjaliżmu jew 
												proporzjonaliżmu, skond 
												terminoloġija u xbihat meħudin 
												minn fehmiet diversi. L-ewwel 
												opinjoni trid tikseb il-kriterji 
												dwar il-veritá ta’ xi sura ta’ 
												mġiba biss mill-konsegwenzi li 
												suppost li se joħorġu 
												mill-għażla li ssir. It-tieni 
												opinjoni, mill-qbil li jsir bejn 
												il-valuri u l-ġid li jkun 
												ittamat li jinkiseb, tagħti 
												mportanza l-aktar 
												lill-proporzjon li jkun jidher 
												bejn l-effetti tajba u ħżiena, 
												bejn “l-akbar ġid” u “l-anqas 
												deni” li jista’ jkun hemm f’xi 
												qagħda partikulari. 
												
												
												
												64.
												 
												
												
												
												It-teoriji etiċi teleologali 
												(il-konsegwenzjaliżmu u 
												l-proporzjonaliżmu, 
												kif isejħulhom), għalkemm 
												jagħrfu li l-valuri morali 
												juruhom ir-raġuni u 
												r-Rivelazzjoni, bl-ebda mod ma 
												jammettu li jista’ jkun hemm 
												projbizzjoni assoluta dwar xi 
												għażliet ta’ mġiba, li f’kull 
												żmien u f’kull kultura, jmorru 
												kontra dawn il-valuri. Min 
												jagħmel l-għemil ikun, iva, 
												responsabbli li jikseb 
												il-valuri. Min jagħmel l-għemil 
												ikun, iva, responsabbli li 
												jikseb il-valuri li qed ifittex, 
												imma dan f’żewg modi: dawn 
												il-valuri, jew it-tajjeb li jkun 
												hemm f’għemil il-bniedem, 
												jistgħu jkunu ta’ ordni morali 
												(valur li huma verament valuri 
												morali bħalma huma l-imħabba ta’ 
												Alla, it-tjieba li tintwera 
												lill-proxxmu, il-ġustizzja, u 
												l-bqija) u jistgħu jkunu ta’ 
												ordni premorali, kif jgħidu, 
												jew non-morali, jew fiżiku, jew 
												“ontiku” (jiġifieri dwar vantaġġ 
												jew żvantaġġi magħrufin minn min 
												jagħmel l-att, jew minn kull 
												persuna li b’xi mod hi impenjata 
												fl-att, bħalma huma s-saħħa u 
												l-ħsara lis-saħħa, l-integritá 
												fiżika, il-ħajja, il-mewt, 
												it-telfien tal-ġid materjali, u 
												l-bqija). Fid-dinja, fejn 
												it-tajjeb u l-ħażin huma dejjem 
												imħalltin flimkien, u kull 
												effett tajjeb jitħallat ma’ 
												effetti ħżiena, il-moralitá ta’ 
												l-att tista’ tiġi ġġudikata 
												b’żewġ modi diversi: “it-tjieba” 
												morali ta’ l-att mir-rieda ta’ 
												min jagħmlu b’riferenza għal dak 
												li hu moralment tajjeb, jew 
												is-“siwi” ta’ l-att mill-effetti 
												u mill-konsegwenzi wieħed 
												jissopponi li se jkun hemm u 
												mill-proporzjon bejniehom. Dawn 
												is-suriet definittivi ta’ mġiba 
												jitqiesu tajbin jew ħżiena, 
												mingħajr ma wieħed ikun jista’ 
												jqis tajba jew ħażina r-rieda 
												ta’ min jagħmel l-att. 
												
												
												  
												
												
												B’dan il-mod, xi att li jkun 
												kontra xi norma morali negattiva 
												universali, u jmur direttament 
												kontra ġid meqjus “pre-morali”, 
												jista’ jitqies moralment 
												permess, jekk il-ħsieb ta’ min 
												jagħmlu, huwa u jqis “b’mod 
												responsabbli” l-ġid li jkun hemm 
												fl-att konkret, imur kollu kemm 
												hu fuq il-valur morali li jiġi 
												ġġudikat deċiżiv fil-qagħda li 
												tkun. 
												
												
												  
												
												
												Is-siwi tal-konsegwenzi ta’ 
												l-att skond il-proporzjon li 
												jkollu l-att ma’ l-effetti 
												tiegħu, jew li jkollhom 
												l-effetti bejniethom, għandu 
												x’jaqsam biss ma’ l-ordni 
												“pre-morali”. Dwar il-kwalitá 
												morali ta’ l-għemejjel stess, 
												jiġifieri humiex tajbin jew 
												ħżiena, tagħti ġudizzju biss 
												il-fedeltá tal-persuna lejn 
												il-valuri aktar għoljin ta’ 
												mħabba u ta’ l-għaqal, u ma 
												hemmx għalfejn din il-fedeltá ma 
												tkunx taqbel ma’ għażliet 
												kuntrarji għal ċerti preċetti 
												partikulari. Dawn il-kmandamenti 
												wkoll, f’każ ta’ materja gravi, 
												dejjem għandhom jitqiesu bħala 
												normi dwar l-għemil li hu biss 
												relattiv u jista’ jkun hemm 
												eċċezzjonijiet għalih. 
												
												
												  
												
												
												Skond din l-opinjoni, il-kunsens 
												deliberat dwar xi għemil, li 
												jitqies moralment ħażin 
												mit-teoloġija morali 
												tradizzjonali, ma jkunx 
												moralment ħażin. 
												
												
												
												L-oġġett ta’ att deliberat 
												
												
												76.
												
												
												Dawn l-opinjonijiet jistgħu 
												jiksbu xi qawwa ta’ persważjoni 
												għax huma qrib dik il-mentalitá 
												xjentifika li tiswa ħafna biex 
												tikklassifika ħidmiet ekonomiċi 
												u tekniċi skond ir-riżorsi u 
												l-profitti li jkollhom u skond 
												il-proċeduri u l-effetti 
												tagħhom. Ifittxu li jeħilsu 
												l-bniedem minn morali 
												obbligatorja, voluntaristika u 
												arbitrarja, li fl-aħħar 
												mill-aħħar – jgħidu – tasal biex 
												tkun ta’ ħsara għall-bniedem.
												 
												
												
												
												66.
												 
												
												
												Dawn l-opinjonijiet jitbiegħdu 
												mit-tagħlim tal-Knisja daqskemm 
												jaħsbu li jistgħu juru, bħala 
												moralment tajbin, għażliet 
												deliberati ta’ mġiba, li huma 
												kuntrarju għal-liġi ta’ Alla u 
												għal-liġi naturali. Dawn 
												l-opinjonijiet ma jistgħux 
												jippretendu li l-bażi tagħhom hi 
												l-morali tradizzjonali 
												kattolika. Jekk hu veru li 
												l-morali kattolika żviluppat 
												każistika bil-ħsieb li, f’ċerti 
												kondizzjonijiet partikulari, 
												tinsab l-aħjar soluzzjoni 
												possibbli, huwa veru wkoll li 
												dan sar dwar każijiet fejn 
												il-liġi ma kinitx żgura, u 
												għalhekk din il-każistika ma 
												waslitx biex tiċħad l-awtoritá 
												tal-preċetti negattivi li 
												jobbligaw dejjem. L-insara 
												għandhom ikunu jafu u jħarsu 
												l-kmandamenti morali speċifiċi 
												li l-Knisja xxandar u tgħallem 
												f’isem Alla l-Mulej li ħalaq 
												kollox. 
												Meta l-Appostlu San Pawl ġabar 
												il-ħarsien kollu tal-Liġi 
												fil-kmandament “Ħobb ‘l għajrek 
												bħalek innifsek” (ara Rum 13, 
												8-10), hu ma naqqasx, imma 
												wettaq il-kmandamenti, għaliex 
												ma kienx qed jagħmel ħaġ’oħra 
												ħlief jgħid x’iridu u x’inhi 
												l-gravitá tagħhom. L-imħabba 
												ta’ Alla u l-imħabba tal-proxxmu 
												ma jistgħux jinfirdu minn xulxin 
												fil-ħarsien tal-kmandamenti 
												tal-Patt, li ġie mġedded 
												fid-demm ta’ Ġesú Kristu u 
												fid-don ta’ l-Ispirtu. Hu ġieħ 
												l-insara li jobdu lil Alla aktar 
												milli jobdu l-bnedmin (ara Atti 
												4, 19; 5, 29) u għalhekk 
												minħabba f’dan isofru l-martirju 
												wkoll, bħall-qaddisin ta’ żmien 
												il-Patt il-Qadim u l-Patt 
												il-Ġdid, li għażlu li jmutu 
												aktar milli jagħmlu xi ħaġa 
												kontra l-fidi u l-virtú. 
												  
												
												
												77.
												
												
												Dawn l-opinjonijiet li semmejna, 
												biex jagħtu kriterji skond 
												ir-raġuni u biex ikun hemm 
												deċiżjonijiet morali tajba, 
												iqisu l-intenzjoni u 
												l-konsegwenzi ta’ l-għemil 
												tal-bniedem. Għandha dejjem 
												titqies sewwa l-intenzjoni – fuq 
												dan Ġesú insista b’qawwa kbira u 
												bid-dieher, kontra l-kittieba u 
												l-Fariżej li kienu jgħallmu 
												l-ħarsien minn barra sa l-iċken 
												kmandament u ma kien jimpurtahom 
												xejn il-ħarsien mill-qalb (ara 
												Mk 7, 20-21; Mt 15, 19) – għandu 
												jitqies ukoll it-tajjeb li jsir 
												u l-ħażen li jiġi evitat f’kull 
												għemil partikulari. Qegħdin 
												nitkellmu dwar dak li titlob 
												ir-responsabbilitá. Jekk tqis 
												biss il-konsegwenzi – u 
												l-intenzjoni wkoll – ta’ xi 
												għemil, daqshekk mhux biżżejjed 
												biex tiġġudika dwar il-moralitá 
												ta’ xi għażla li ssir. Il-metodu 
												adatt biex tagħraf it-tajjeb u 
												l-ħażin, li jista’ joħroġ minn 
												xi għemil partikulari, ma 
												għandux ikun dak li jqis 
												l-imġiba “skond is-sura tagħha” 
												jew “fiha nnifisha”, biex jara 
												jekk hijiex tajba jew ħażina, 
												permessa jew le. Il-konsegwenzi 
												li wieħed jipprevedi li jista’ 
												jkun hemm, huma parti 
												mill-konsegweni ta’ l-għemil li 
												jkun, li jistgħu jbiddlu 
												l-gravitá ta’ l-għemil, iżda 
												mhux se jbiddlu l-moralitá 
												tiegħu. 
												
												
												
												68.
												 
												
												
												Madankollu kulħadd jaf kemm hu 
												diffiċli, jekk mhux impossibbli, 
												tqis il-konsegwenzi kollha ta’ 
												għemilek u l-effetti tajbin u 
												ħżiena tagħhom – xi teoloġi dawn 
												isejħulhom “pre-morali”; ma 
												jistax ikun li jiġu meqjusa 
												b’mod sħiħ u assolut. Mela 
												x’għandu jsir biex ikun hemm 
												proporzjon bejn l-għemil u 
												l-effetti u l-konsegwenzi 
												tiegħu, proporzjon bażat fuq kif 
												jitqiesu, meta ma hemmx kriterji 
												ċari dwar dan? Kif jista’ jkun 
												hemm obbligu ċert u żgur bażat 
												fuq kalkoli li la huma żguri u 
												lanqas ċerti? 
												  
												
												
												78.
												
												
												L-għemil morali tal-bniedem 
												jiddependi l-ewwelnett u 
												fondamentalment mill-“oġġett” 
												magħżul deliberatament mir-rieda 
												skond ir-raġuni, 
												
												kif turi sewwa l-analiżi, li 
												tiswa għal-llum ukoll, magħmula 
												minn San Tumas. 
												Biex inkunu nafu x’inhu l-oġġett 
												ta’ xi għemil, li jagħtih 
												il-moralitá tiegħu, jeħtieġ 
												inpoġġu ruħna fil-qagħda 
												tal-persuna li tagħmel l-att.
												L-oġġett, li jkun jaqbel ma’ 
												l-ordni tar-raġuni, hu l-kawża 
												li tagħmel tajba r-rieda, 
												jipperfezzjonana moralment, u 
												jwassalna biex nagħrfu li l-għan 
												aħħari tagħna hu f’dak li hu 
												perfettament tajjeb, fl-imħabba 
												li kienet mill-bidu. Għalhekk ma 
												għandniex inqisu bħala oġġett 
												ta’ għemil morali partikulari xi 
												proċess jew fatt ta’ ordni kollu 
												kemm hu fiżiku, jiġifieri fatt 
												li għandu jitqies skond il-ħila 
												li joħloq qagħda partikulari 
												fid-dinja materjali ta’ 
												madwarna. 
												
												
												
												70.
												 
												
												
												L-oġġett hu l-ewwel għan 
												imfittex minn deċiżjoni 
												deliberata, li tiddetermina 
												l-att tar-rieda tal-persuna li 
												tagħmlu. Għalhekk, kif jgħallem
												Il-Katekiżmu tal-Knisja 
												Kattolika “hemm ċerti suriet 
												ta’ mġiba li hu dejjem ħażin li 
												wieħed jagħmilhom, għaliex 
												l-għażla tagħhom turi diżordni 
												fir-rieda, jiġifieri l-għażla 
												tagħha hi moralment ħażina”. 
												U naqraw fil-kitba ta’ San Tumas 
												ta’ Aquino “Spiss wieħed jagħmel 
												xi għemil b’intenzjoni tajba, 
												imma kollox ikun għal xejn, 
												għaliex ma jkunx hemm rieda 
												tajba, bħal meta wieħed jisraq 
												biex jitma’ fqir: l-intenzjoni 
												hi tajba, iżda tonqos it-tjieba 
												mir-rieda, għalhekk ma hemm ebda 
												skuża mir-rieda tajba, għal kull 
												ħażen li jsir. “Ħafna 
												wħud...jgħidu...Ħa nagħmlu 
												l-ħażin ħa joħroġ it-tajjeb’ 
												(Rum 3, 8). 
												
												
												  
												
												
												Ir-raġuni għaliex mhux biżżejjed 
												intenzjoni tajba, iżda meħtieġa 
												wkoll għażla tajba fl-għemil, hi 
												fatt li għemil tal-bniedem 
												jiddependi mill-oġġett tiegħu 
												jiġifieri jekk dan jistax ikun 
												dirett jew le lejn Alla, lejn 
												Dak li hu “waħdu t-Tajjeb”, u 
												għalhekk iwassal 
												għall-perfezzjoni tal-persuna. 
												Hu tajjeb dak l-għemil li jaqbel 
												mal-ġid tal-persuna u jħarisilha 
												l-ġid kollu li moralment hu ta’ 
												siwi għaliha. L-etika nisranija 
												għalhekk, li tagħti attenzjoni 
												speċjali lill-oġġett moralment 
												tajjeb, ma tirrifjutax li tqis 
												it-“teleoloġija” fl-għemil 
												innifsu meta dan ifittex li jġib 
												‘il quddiem il-ġid veru 
												tal-persuna, għaliex hekk ikunu 
												qed jiġu mħarsa l-prinċipji 
												essenzjali tan-natura 
												tal-bniedem. L-att uman, li jkun 
												tajjeb skond l-oġġett tiegħu, 
												jista’ jkun dirett lejn l-għan 
												aħħari tal-bniedem. Dan l-istess 
												att imbagħad jikseb 
												il-perfezzjoni deċiżiv ta’ 
												l-aħħar, meta r-rieda verament 
												iddawru lejn Alla bl-imħabba. 
												Dan jgħallem il-qaddis patrun 
												tal-konfessuri “Mhux biżżejjed 
												tagħmel opri tajba, jeħtieġ 
												tagħmilhom b’mod tajjeb. Biex 
												għemilna jkun tajjeb u perfett 
												jeħtieġ li jsir biss biex 
												jogħġob lil Alla” 
												  
												
												
												
												Il-ħażen fih innifsu: 
												M’għandniex nagħmlu l-ħażin biex 
												minnu joħroġ it-tajjeb (ara Rum 
												3,8) 
												
												
												79.
												
												
												M’għandhiex għalhekk tiġi 
												aċċettata t-teżi 
												tat-teorija teleoloġiċi u 
												proporzjonalitiċi li għemil 
												ma jistax ikun li jitqies 
												moralment ħażin skond l-“oġġett” 
												tiegħu f’għażla deliberata ta’ 
												ċerti suriet ta’ mġiba jew 
												f’għażla speċifikata ta’ xi 
												għemil mingħajr ma titqies 
												l-intenzjoni ta’ l-għażla jew 
												il-konsegwenzi kollha li wieħed 
												jista’ jissopponi li jkun hemm 
												għall-persuni kollha 
												interessati. 
												
												
												
												72.
												 
												
												
												L-element ewlieni u essenzjali 
												biex isir ġudizzju morali hu 
												l-oġġett ta’ l-għemil 
												tal-bniedem, li juri huwiex 
												jindirizzah għall-ġid tiegħu u 
												għall-għan aħħari tiegħu li hu 
												Alla. Dan jingħaraf 
												mir-raġuni fl-essenza stess 
												tal-bniedem, fil-veritá sħiħa 
												tiegħu, u għalhekk 
												fl-inklinazzjonijiet naturali 
												tiegħu, fid-dinamiżmu u 
												l-għanijiet tiegħu, li fihom 
												dejjem hemm aspett spiritwali; 
												dawn proprju jinsabu fil-liġi 
												naturali u għalhekk huma l-ġabra 
												sħiħa “tal-ġid kollu meħtieġ 
												għall-persuna” li jaqdi “l-ġid 
												tal-persuna”, ġid li hu 
												l-persuna stess u l-perfezzjoni 
												tagħha. Dan huwa l-ġid imħares 
												mil-liġi ta’ Alla, li fiha hemm 
												il-liġi naturali kollha. 
												  
												
												
												80.
												
												
												Ir-raġuni tgħidilna li hemm 
												oġġetti ta’ l-atti umani, li 
												jidhru li ma jistgħux ikunu 
												“diretti” lejn Alla, għaliex 
												huma għal kollox kuntrarji 
												għall-ġid tal-persuna maħluqa 
												xbieha ta’ Alla. Dan l-għemil, 
												li t-tradizzjoni morali 
												tal-Knisja ssejjaħlu 
												“intrinsikament ħażin”, huwa 
												dejjem ħażin u ħażin fih 
												innifsu, jiġifieri minħabba 
												l-oġġett tiegħu, bla ebda 
												riferenza għall-intenzjonijiet 
												li jkollu min jagħmlu u 
												għaċ-ċirkostanzi li fihom isir. 
												Il-Knisja, waqt li ma tiċħadx 
												l-importanza taċ-ċirkostanzi u 
												l-ewwelnett ta’ l-intenzjoni 
												biex jiġi determinata l-moralitá 
												ta’ l-għemil, tgħallem li “hemm 
												għemil li fih innifsu u bih 
												innifsu, huma x’inhuma 
												ċ-ċirkostanzi, dejjem hu ħażin 
												b’mod gravi minħabba l-oġġetti 
												tiegħu”. 
												Il-Konċilju Vatikan II, huwa u 
												jitkellem dwar ir-rispett li 
												għandu jkun hemm lejn il-persuna 
												jagħtina għadd ta’ eżempji ta’ 
												dan l-għemil. Kull ma jmur 
												kontra l-ħajja jiġifieri kull 
												xorta ta’ qtil, ġenoċidju, 
												abort, ewtanasja, u suwiċidju; 
												kull ma jhedded l-integritá 
												tal-persuna umana bħalma huma 
												l-mutilazzjonijiet, it-torturi 
												fiżiċi u mentali, u t-tentattivi 
												biex jitrażżan il-ħsieb; kull ma 
												jmur kontra d-dinjitá 
												tal-bniedem, bħalma huma suriet 
												ta’ ħajja li ma jixirqux 
												lill-bniedem, kundanni 
												għall-ħabs b’mod l-aktar 
												arbitrarju, deportazzjonijiet, 
												jasar, prostituzzjoni, traffikar 
												fin-nisa u t-tfal, 
												kondizzjonijiet tassew kiefra 
												ta’ xogħol li bihom il-ħaddiema 
												jitqiesu biss bħala mezzi 
												għall-qligħ u mhux persuni 
												ħielsa u responsabbli: dan 
												kollu, u għemejjel oħra bħalhom, 
												huma kollha ta’ min jistmerrhom, 
												u waqt li jħassru ċ-ċiviltá 
												tal-bniedem, aktar itebbgħu 
												l-ġieħ ta’ min jagħmilhom milli 
												jagħmlu ħsara lil min 
												iġarrabhom, u huma għal kollox 
												kuntrarji għall-ġieħ ta’ Alla 
												l-Ħallieq”. 
												Dwar għemil li hu fih innifsu 
												ħażin u dwar drawwiet 
												kontraċċettivi li jwasslu biex 
												l-att sesswali ma jkollux 
												il-frott tiegħu, il-Papa Pawlu 
												VI kellu dan x’għid: “Għalkemm 
												hu veru li xi kultant jiġi 
												tollerat xi ħażen morali, għax 
												inqas gravi, biex jiġi evitat 
												ħażen akbar, jew biex jiġi ‘l 
												quddiem xi ġid aqwa, qatt ma hu 
												permess, lanqas għal xi raġuni 
												mill-aktar gravi, li tagħmel dak 
												li hu ħażin biex minnu joħroġ 
												it-tajjeb (ara Rum 3, 8), 
												jiġifieri tkun trid 
												volontarjament għemil li fih 
												innifsu jmur kontra l-ordni 
												morali, u għalhekk hu meqjus li 
												ma jixraqx lill-bniedem, 
												għalkemm dan isir biex jiġi 
												mħares u jiġi ‘l quddiem il-ġid 
												ta’ l-individwu, tal-familja, 
												tas-soċjetá”. 
												  
												
												
												81.
												
												
												Il-Knisja hija u tgħallimna li 
												hemm għemil li hu “ħażin fih 
												innifsu” tkun qiegħda timxi fuq 
												it-tagħlim ta’ l-Iskrittura. 
												L-Appostlu San Pawl itenni 
												bil-qawwa kollha; “La 
												titqarrqux! La żienja, la 
												idolatri, la adulteri, la 
												effeminati, la omosesswali, la 
												ħallelin, la rgħiba, la skaren, 
												la qassiesa fuq in-nies, la 
												ħattafa ma jirtu s-saltna ta’ 
												Alla” (1 Kor 6, 9-10). 
												
												
												  
												
												
												Jekk l-għemil hu fih innifsu 
												ħażin jista’ jiġri li 
												l-intenzjoni tajba jew xi 
												ċirkostanzi partikulari jnaqqsu 
												l-ħażen, iżda ma jneħħu qatt; 
												għemil bħal dan dejjem jibqa’ 
												ħażin u ma jinbidilx, u ma 
												jista’ qatt fih innifsu u bih 
												innifsu jiġi dirett għal Alla u 
												jkun ta’ ġid għall-persuna. 
												Jikteb Santu Wistin: “Għax huma 
												ġa dnub għemejjel bħal serq, 
												stupru, dagħa u l-bqija bħalhom, 
												min jissogra jgħid li dawn 
												jistgħu jsiru jekk hemm xi 
												raġuni tajba, għax ma jibqgħux 
												dnub, jew – u din hi ħaġa agħar 
												– huma dnubiet ġusti?”.
												 
												
												
												  
												
												
												Barra dan, iċ-ċirkostanzi u 
												l-intenzjoni qatt ma jistgħu 
												jagħmlu “soġġettivament” tajjeb, 
												għemil li l-oġġett tiegħu hu fih 
												innifsu ħażin, u lanqas jistgħu 
												jiġġustifikawh bħala għażla. 
												  
												
												
												82.
												
												
												Barra dan, l-intenzjoni tkun 
												tajba jekk twassal għall-ġid 
												veru tal-persuna, b’riferenza 
												għall-għan aħħari tagħha. Għemil 
												li l-oġġett tiegħu ma jistax 
												“ikun dirett” lejn Alla u “ma 
												jixraqx lill-persuna umana”, 
												dejjem u kullimkien hu kontra 
												dan il-ġid. Minħabba f’hekk, 
												il-ħarsien tan-normi li 
												jipprojbixxu għemil bħal dan u 
												għandhom il-qawwa jimponu, 
												dejjem u għal dejjem, 
												il-ħarsien tagħhom, bla ebda 
												eċċezzjoni, mhux biss ma 
												jillimitax l-intenzjoni tajba, 
												imma jagħtih ukoll tifsir 
												fondamentali. 
												
												
												
												76.
												 
												
												
												It-tagħlim dwar l-oġġett, bħala 
												għajn tal-moralitá, tfisser 
												b’mod awtentiku l-moraitá 
												biblika tal-Patt u 
												tal-kmandamenti ta’ l-imħabba. 
												Għalhekk – intennu – li għandha 
												titwarrab dik l-opinjoni ħażina 
												li tgħallem illi mġiba 
												partikulari jew għażla 
												determinata ta’ xi għemil ma 
												tistax titqies moralment ħażina 
												fis-sura tagħha, 
												indipendentement mir-rieda li 
												biha saret l-għażla jew 
												miċ-ċirkostanzi kollha li wieħed 
												jista’ jissopponi li jkun hemm u 
												li jolqtu lil kull min hu 
												interessat. Mingħarj din 
												id-determinazzjoni mir-raġuni 
												tal-moralitá ta’ l-għemil 
												tal-bniedem, kif imfisser 
												aktar ‘il fuq, ma jistax ikun 
												hemm “ordni morali oġġettiv”, 
												u lanqas jista’ jkun hemm ebda 
												norma partikulari li torbot 
												dejjem, bla ebda eċċezzjoni. Dan 
												ikun ta’ ħsara għall-fratellanza 
												umana u ta’ dannu wkoll 
												għax-xirka tal-Knisja. 
												  
												
												
												83.
												
												
												Kif jidher ċar, fil-problema 
												tal-moralitá ta’ l-għemil 
												tal-bniedem, l-aktar dwar għemil 
												fih innifsu ħażin, tidħol ukoll 
												il-problema tal-bniedem innifsu, 
												tal-veritá tiegħu u 
												tal-konsegwenzi morali li 
												joħorġu minnha. Il-Knisja, hija 
												u tgħallem li l-ħażin fih 
												innifsu jinsab f’xi għemil 
												tal-bniedem, tħares bil-fedeltá 
												kollha l-veritá sħiħa 
												tal-bniedem, tirrispetta u ġġib 
												‘il quddiem id-dinjitá u 
												l-vokazzjoni tal-bniedem; 
												għalhekk ma tistax taċċetta dawk 
												l-opinjonijiet li, kif għidna, 
												huma kontra din il-veritá. Iżda 
												jeħtieġ li aħna, ħuti meqjuma 
												fl-Episkopat, mhux biss infittxu 
												dejjem li nwissu l-insara dwar 
												l-iżbalji u l-perikoli ta’ xi 
												teoriji etiċi. L-ewwel dmir 
												tagħna hu li nxandru d-dawl 
												jiddi ta’ dik il-veritá li hu 
												Ġesú Kristu nnifsu. Fih, li hu 
												l-Veritá (ara Ġw 14, 6), 
												il-bniedem jista’ jifhem sewwa u 
												jgħożż perfettament, bl-għemil 
												tajjeb tiegħu, il-vokazzjoni 
												tiegħu għal-libertá billi jobdi 
												l-liġi ta’ Alla li tinġabar 
												fil-kmandament ta’ l-imħabba ta’ 
												Alla u tal-proxxmu. Dan iseħħ 
												bil-qawwa tad-don ta’ l-Ispirtu 
												s-Santu, l-Ispirtu tal-veritá, 
												tal-libertá u ta’ l-imħabba; fih 
												tingħatalna l-ħila li nagħmlu 
												tagħna l-liġi, nagħrfuha u 
												ngħożżuha bħala l-qawwa li 
												tmexxi l-libertá personali vera 
												tagħna “fil-liġi perfetta 
												tal-ħelsien” (Ġak 1, 25). 
												
												
												
												  
												  
												
												
												
												KAP III 
												
												
												
												“BIEX MA JIĠIX FIX-XEJN IS-SALIB 
												TA’ KRISTU” 
												
												
												
												(1 KOR 1, 17) 
												
												
												DAK LI HU MORALMENT TAJJEB 
												GĦALL-ĦAJJA  
												
												
												TAL-KNISJA U TAD-DINJA 
												
												
												
												  
												
												
												“KRISTU ĦELISNA BIEX NGĦIXU TA’ 
												NIES ĦIELSA’ (Gal 5, 1)  
												
												
												84.
												
												
												Il-kwistjoni partikulari, li 
												t-teoriji morali li semmejna 
												aktar ‘il-fuq jinsistu ħafna 
												fuqha, hi r-releazzjoni bejn 
												il-libertá tal-bniedem u l-liġi 
												ta’ Alla li, fl-aħħar 
												mill-aħħar, m’hijiex ħlief 
												kwistjoni dwar ir-relazzjoni 
												bejn il-libertá u l-veritá. 
												
												
												  
												
												
												Skond il-fidi nisranija u 
												d-duttrina tal-Knisja, “biss 
												il-libertá li toqgħod 
												għall-Veritá tista’ twassal 
												il-persuna umana għall-ġid veru 
												tagħha. Il-ġid tal-persuna hu 
												dak li tibqa’ fil-veritá u 
												tagħmel il-veritá”. 
												
												
												  
												
												
												Paragun bejn il-fehma tal-Knisja 
												u l-qagħda soċjali u kulturali 
												ta’ żmienna malajr juri l-ħtieġa 
												li l-Knisja stess tiżviluppa 
												ħidma pastorali kbira proprju 
												dwar din il-kwistjoni hekk 
												importanti. “Din ir-rabta 
												fondamentali bejn Veritá, Ġid u 
												Libertá, il-kultura ta’ llum 
												m’hijiex taraha aktar, u 
												għalhekk hu dmir il-Knisja u 
												missjoni tagħha, fil-ħidma 
												tagħha għas-salvazzjoni 
												tad-dinja, li tqanqal il-bnedmin 
												biex mill-ġdid jagħrfu din 
												ir-rabta. Il-mistoqsija ta’ 
												Pilatu “X’hini l-veritá?”, 
												narawha wkoll fit-tħabrik bla 
												tama tal-bniedem li spiss lanqas 
												jaf x’inhu, minn fejn ġej, 
												fejn sejjer. Għalhekk naraw 
												il-bniedem dejjem aktar isib 
												ruħu f’qagħdiet li jwassluh 
												għall-qerda tiegħu nnifsu. 
												Nisimgħu xi kultant min jgħid li 
												ma jidhirx li hemm aktar 
												għarfien ta’ valuri morali sodi 
												li ma jitħassru qatt. Kulħadd 
												jara llum b’liema mod huma 
												mkassbra l-ħajja li tnisslet 
												iżda għad ma ratx it-twelid, 
												iċ-ċaħda bla waqfien 
												tad-drittijiet fondamentali 
												tal-bniedem, il-qerda ta’ tant 
												ġid li hu meħtieġ biex ikun hemm 
												almenu l-ftit biżżejjed 
												għall-ħajja tal-bniedem. Anzi 
												hemm ħwejjeġ aktar serji: 
												il-bniedem illum m’għadux 
												konvint li s-salvazzjoni tinsab 
												biss fil-veritá. Il-qawwa 
												għas-salvazzjoni tal-veritá qed 
												tiġi mwarrba u l-libertá biss, 
												ħielsa minn kull riferenza 
												oġġettiva, waħedha tiddeċiedi, 
												bla ndħil ta’ ħadd, x’inhu 
												t-tajjeb u x’inhu l-ħażin. Dan 
												ir-relattiviżmu fil-qasam 
												tat-teoloġija jġib nuqqas ta’ 
												fiduċja fl-għerf ta’ Alla, li 
												jmexxi l-bniedem permezz 
												tal-liġi morali. Kontra dak li 
												tordna l-liġi morali qed 
												jixxandru ċerti kondizzjonijiet 
												oħra, hekk li l-liġi ta’ Alla 
												mhux dejjem qed titqies 
												bħala l-ġid veru u waħdieni 
												tal-bniedem”. 
												  
												
												
												85.
												
												
												Id-dixxerniment li l-Knisja 
												tagħmel dwar dawn it-teoriji ma 
												jasalx biss għall-kundanna u 
												għat-twarrib tagħhom, imma 
												tfittex ukoll b’imħabba kbira 
												tgħin lill-insara biex jiffurmaw 
												il-kuxjenza morali tagħhom b’mod 
												li tiġġudika u tasal għal 
												deċiżjonijiet, li jkunu jaqblu 
												mal-veritá, kif iħeġġeġ 
												l-Appostlu: “Timxux max-xejra 
												ta’ din id-dinja, iżda inbidlu 
												skond it-tiġdid ta’ fehmietkom, 
												biex iseħħilkom tagħrfu x’inhi 
												r-rieda ta’ Alla, x’inhu li 
												jogħġbu, x’inhu perfett” (Rum 
												12, 2). Din il-ħidma tal-Knisja 
												ssib l-għajnuna – is-“sigriet 
												tat-tagħlim – mhux biss 
												f’dikjarazzjonijiet duttrinali u 
												fl-applikazzjonijiet pastorali, 
												imma wkoll billi żżomm dejjem 
												ħarsitha fuq il-Mulej Ġesú. 
												Kuljum il-Knisja tħares, 
												b’imħabba li ma tintemm qatt, 
												lejn Ġesú għax tagħraf sewwa li 
												fih biss tinsab it-tweġiba vera 
												u finali għall-problema morali. 
												
												
												
												80.
												 
												
												
												
												F’Ġesú msallab, 
												
												b’mod partikulari, il-Knisja 
												ssib tweġiba għall-kwistjoni, li 
												qed tnikket tant nies, dwar kif 
												wieħed jista’ jobdi normi morali 
												universali li m’huma se jinbidlu 
												qatt, u fl-istess ħin 
												jirrispetta s-singularitá 
												tal-persuna li ma hemmx oħra 
												bħala, bla ebda theddid 
												għal-libertá u d-dinjitá tagħha. 
												
												
												  
												
												
												Il-Knisja tagħmel tagħha 
												l-għarfien li kellu l-Appostlu 
												San Pawl tal-missjoni fdata 
												lilu: “Kristu bagħatni nxndar 
												l-Evanġelju, mhux bi kliem 
												il-għerf sabiex ma jiġix 
												fix-xejn is-salib ta’ Kristu. 
												Aħna nxandru l-Messija msallab, 
												skandlu għal-Lhud u bluha 
												għall-Griegi, iżda għal dawk li 
												huma msejħin, sew Lhud u sew 
												Griegi, Kristu huwa l-qawwa ta’ 
												Alla u l-għerf ta’ Alla” (1 Kor 
												1, 17. 23-24). Kristu msallab 
												juri t-tifsir veru tal-libertá u 
												jgħixha fis-sħuħija tagħha 
												bl-għoti tiegħu nnifsu kollu 
												kemm hu u jistieden 
												id-dixxipli tiegħu biex 
												jissieħbu f’din il-libertá 
												tiegħu. 
												  
												
												
												86.
												
												
												Ir-raġuni u l-esperjenza tagħna 
												ta’ kuljum juru d-dgħufija 
												tal-libertá tal-bniedem. Hemm 
												verament libertá, imma hi 
												limitata, ma għandhiex fiha 
												nnifisha l-bidu assolut u sħiħ 
												tagħha, iżda fl-eżistenza li 
												fiha tinsab, li fl-istess ħin hi 
												wkoll limitata, imma 
												b’possibbiltajiet bla tarf. Hi 
												l-libertá tal-ħlejjaq, libertá 
												mogħtija li tiġi milqugħa bħala 
												żerriegħa u mkabbra b’sens ta’ 
												responsabbiltá. Hi parti 
												essenzjali ta’ dik ix-xbieha 
												maħluqa li hi l-pedament 
												tad-dinjitá tal-bniedem; fiha 
												tidwi s-sejħa tal-bidu li biha 
												Alla l-Ħallieq sejjaħ 
												lill-bniedem għal dak li hu 
												tajjeb, u, wisq aktar ukoll, 
												permezz tar-Rivelazzjoni ta’ 
												Kristu, għall-ħbiberija miegħu 
												permezz tat-tisħib fil-ħajja 
												tiegħu stess. Hija ġid li wieħed 
												qatt ma jista’ jiċċaħħad minnu u 
												fl-istess ħin hija ftuħ lejn 
												il-bnedmin kollha għax toħroġ 
												minnha nnifisha u tagħraf u 
												tħobb lil oħrajn. 
												Il-libertá għalhekk għandha 
												l-pedament tagħha fil-veritá u 
												trid tasal għax-xirka. 
												
												
												
												82.
												 
												
												
												Ir-raġuni u l-esperjenza mhux 
												biss juru d-dgħufija tal-libertá 
												tal-bniedem imma wkol juru 
												l-aspett traġiċi tagħha. 
												Il-bniedem jasal biex jintebaħ 
												li l-libertá tiegħu, b’mod 
												misterjuż, titħajjar titwarrab u 
												mhux tinfetaħ għal dak li hu 
												Veru u Tajjeb, u spiss 
												tippreferixxi tagħżel dak li hu 
												limitat, li jintemm u jinbidel. 
												Il-bniedem, fl-istess żbalji u 
												għażliet ħżiena tiegħu, jintebaħ 
												bil-bidu tar-ribelljoni kbira 
												tiegħu, li twasslu biex iwarrab 
												dak li hu Veru u Tajjeb ħalli 
												jgħolli lilu nnifsu bħala l-bidu 
												tiegħu nnifsu. “Issiru bħal 
												allat” (Ġen 3, 5). Il-libertá 
												għalhekk trid tinħeles: Kristu 
												hu dak li jeħlisna – “Kristu 
												ħelisna biex ngħixu ta’ nies 
												ħielsa” (Gal 5, 1). 
												  
												
												
												87.
												
												
												Kristu qabel xejn jirrivelalna 
												li l-għarfien sinċier u miftuħ 
												tal-veritá hu l-kondizzjoni biex 
												ikun hemm il-libertá vera. 
												“Tagħrfu l-veritá u l-veritá 
												teħliskom” (Ġw 8, 32). 
												Il-libertá tagħmilna ħielsa 
												quddiem is-setgħanin, u tagħti 
												qawwa lill-martri. Hekk ġara ma’ 
												Ġesú quddiem Pilatu: “Jien 
												għalhekk twelidt u għalhekk ġejt 
												fid-dinja, biex nixhed 
												għall-veritá” (Ġw 18, 37). 
												Għalhekk dawk li jaduraw ‘l Alla 
												għandhom jadurawh “fl-ispirtu u 
												l-veritá” (Ġw 4, 23) b’din 
												is-sura ta’ adorazzjoni, jsiru 
												ħielsa. Ir-rabta bejn 
												il-veritá u l-adorazzjoni ta’ 
												Alla fi Kristu Ġesú tidher bħala 
												l-għerq l-aktar fond 
												tal-libertá. Ġesú mbagħad, mhux 
												bil-kliem biss, imma bl-isess 
												ħajja tiegħu wera li l-libertá
												sseħħ bl-imħabba, jiġifieri 
												bl-għoti tiegħek innifsek. 
												Dak li qal “Ħadd ma għandu 
												mħabba akbar minn dik, li wieħed 
												jagħti ħajtu għal ħbiebu” (Ġw 
												15, 13), b’mod ħieles aċċetta 
												l-Passjoni tiegħu (ara Mt 26, 
												46) u ta ħajtu għall-bnedmin 
												kollha, billi obda sal-mewt 
												tas-salib (ara Fil 2, 6-11). 
												Hekk il-kontemplazzjoni ta’ 
												Kristu msallab hi t-triq 
												ewlenija li minnha l-Knisja trid 
												tgħaddi kuljum, jekk trid issib 
												it-tifsir sħiħ tal-libertá li hi 
												l-għoti sħiħ tiegħek innifsek,
												għall-qadi ta’ Alla u ta’ 
												l-aħwa. Ix-xirka ma’ Kristu 
												msallab u rxoxt hi l-għajn li ma 
												tiġi nieqsa qatt, li minnha 
												l-Knisja tixrob bla heda, biex 
												tibqa’ dejjem ħielsa, tingħata u 
												taqdi. Santu Wistin, huwa u 
												jfisser il-vers tas-salm 99 
												“Aqdu bil-ferħ il-Mulej”, 
												jikteb: “Mal-Mulej il-qadi hu 
												ħieles, qadi ħieles għax mhux 
												bilfors, imma u qadi bl-imħabba. 
												L-imħabba tagħmlek qaddej, 
												għaliex il-veritá teħilsek. Int 
												qaddej u ħieles fl-istess waqt, 
												qaddej għax ġejt maħluq, ħieles 
												għax maħbub minn Alla li 
												ħalqek. Minħabba dan ukoll 
												int ħieles, għax tista’ tħobb 
												lil min għamlek. Int qaddej 
												tal-Mulej ukoll, għax bniedem li 
												ksibt il-ħelsien; tfittixx mela 
												ħelsien li jbiegħdek mid-dar ta’ 
												min ħelsek”. 
												
												
												
												84.
												 
												
												
												B’dan il-mod il-Knisja, u kull 
												nisrani fiha, hi msejħa 
												għat-tisħib fl-uffiċċju 
												regali ta’ Kristu msallab 
												(ara Ġw 12, 32), għall-grazzja u 
												r-responsabbiltá ta’ Bin 
												il-bniedem “li ma ġiex biex ikun 
												moqdi imma biex jaqdi u jagħti 
												ħajtu b’fidwa għall-kotra” (Mt 
												20, 28). 
												Ġesú għalhekk hu ġabra ħajja u 
												personali ta’ libertá perfetta, 
												f’ubbidjenza sħiħa għar-rieda 
												ta’ Alla. Ġismu msallab hu 
												r-rivelazzjoni tar-rabta li ma 
												tinħall qatt li hemm bejn 
												il-libertá u l-veritá, kif 
												il-qawmien tiegħu mill-imwiet hu 
												l-aqwa eżaltazzjoni tal-qawwa 
												tal-libertá li tagħti frott u 
												salvazzjoni u li wieħed jgħixha 
												fil-veritá. 
												
												
												“NIMXU FID-DAWL” (1 ĠW 1, 7) 
												
												
												88.
												
												
												L-oppożizzjoni, anzi l-fird 
												sħiħa bejn il-libertá u l-veritá 
												tidher u sseħħ b’dikotomija 
												aktar gravi u qerrieda, 
												jiġifieri b’firda tal-fidi 
												mill-moralitá. Fost l-aktar 
												tħassib pastorali li għandha 
												l-Knisja, hemm is-sekulariżmu 
												dejjem jiżdied ta’ llum, hemm 
												il-firda li minħabba fiha ħafna 
												– skond xi wħud għadd kbir ta’ 
												nies – jaħsbu li jgħixu ħajja 
												“bħallikieku m’hemmx Alla”. 
												Quddiemna għandna mentalitá li 
												spiss qed tolqot sewwa u tħaddan 
												magħha l-imġiba ta’ l-istess 
												insara li għandhom fidi dgħajfa, 
												u tilfet il-karattru tagħha ta’ 
												kriterju ġdid li jagħti tifsir u 
												jaħji l-ħajja kollha personali, 
												familjari u soċjali. Fil-fatt 
												in-normi li jirregolaw 
												il-ġudizzju u l-għażliet ta’ 
												l-insara, f’ambjent ta’ kultura 
												nieqsa minn kull sens nisrani 
												spiss ma jaqblux ma’ dak li hemm 
												fl-Evanġelju, anzi huma 
												kuntrarji għalih. 
												
												
												
												86.
												 
												
												
												Jeħtieġ għalhekk li l-insara 
												malajr jagħrfu mill-ġdid li l-fidi 
												li jħaddnu hi fidi ġdida u 
												jagħrfu wkoll il-qawwa 
												tal-ġudizzji tagħha, quddiem 
												kultura li hi mxerrda kullimkien 
												u taħkem f’kollox. “Intom kontu 
												darba dlam, imma issa intom dawl 
												fil-Mulej; għixu ta’wlied 
												id-dawl li intom. Frott id-dawl 
												jinsab f’kull ma hu tjieba, 
												f’kull ma hu ġustizzja, f’kull 
												ma hu veru. Fittxu li taraw dak 
												li jogħgob lill-Mulej, u 
												tisseħbux fl-għemejjel tad-dlam 
												bla frott, imma ikxfuhom 
												fil-beraħ. Qisu sewwa kif iġġibu 
												ruħkom, mhux bħal nies bla 
												dehen, iżda bħal nies għorrief 
												jgħożżu ż-żmien, għaliex ħżiena 
												huma l-jiem” (Ef 5, 8-11; 15-16; 
												ara 1 Tes 5, 4-8). 
												
												
												Trid tinkiseb mill-ġdid u 
												tintwera x-xbieha vera tal-fidi 
												nisranija li m’hijiex sempliċi 
												ġabra ta’ għadd ta’ 
												propożizzjonijiet, li l-moħħ 
												irid jilqa’ u jwettaq. 
												Għall-kuntrarju, l-għarfien ta’ 
												Kristu wieħed irid jgħixu; 
												it-tifkira tal-kmandamenti 
												tiegħu trid tkun ħajja; 
												il-veritá rridu ngħixuha. 
												Imbagħad il-kelma ma tintlaqx 
												għal kollox jekk ma ssirx ukoll, 
												jekk ma tgħixhiex. Il-fidi hi 
												deċiżjoni li timpenja 
												l-eżistenza kollha tiegħek. Hi 
												l-laqgħa, id-djalogu, ix-xirka 
												fl-imħabba u fil-ħajja ta’ min 
												jemmen, ma’ Kristu li hu t-Triq, 
												il-Veritá u l-Ħajja (ara Ġw 
												14,6). Il-fidi titlob fiduċja 
												kbira li twassal biex wieħed 
												jintelaq kollu kemm hu fi 
												Kristu, tagħtina li ngħixu 
												l-istess ħajja li għex Kristu 
												(ara Gal 2, 20), jiġifieri 
												f’imħabba kbira għal Alla u għal 
												għajrna. 
												
												
												89.
												
												
												Il-fidi għandha wkoll aspett 
												morali: toħloq u titlob sura ta’ 
												ħajja xierqa, tilob li jkunu 
												milqugħin u mħarsa l-kmandamenti 
												ta’ Alla, u twassalhom 
												għall-perfezzjoni. Kif jikteb 
												l-evanġelista San Ġwann: “Alla 
												hu dawl u ebda dlam ma hemm fih. 
												Jekk ngħidu li aħna mseħbin 
												miegħu, imma nimxu fid-dlam, 
												inkunu qegħdin nigdbu u ma 
												nagħmlux il-veritá...B’dan nafu 
												li nagħrfu lil Ġesú, jekk 
												inżommu l-kmandamenti tiegħu. 
												Min jgħid ‘Jien nafu u ma jżommx 
												il-kmandamenti tiegħu, hu 
												giddieb u l-veritá m’hiex fih. 
												Iżda kull min iżomm il-kelma 
												tiegħu, fih hemm tassew 
												l-imħabba ta’ Alla fil-milja 
												tagħha. B’dan nagħrfu li aħna 
												fih. Min jgħid li qiegħed 
												jgħammar fih, jeħtieġ li hu 
												jgħix kif għex hu” (1 Ġw 1, 5-6; 
												2, 3-6). 
												
												
												
												88.
												 
												
												
												Permezz tal-ħajja morali l-fidi 
												ssir “stqarrija” mhux biss 
												quddiem Alla, imma ssir ukoll 
												xhieda quddiem il-bnedmin. 
												“Intom id-dawl tad-dinja” – qal 
												Ġesú – “Belt li tkun qiegħda fuq 
												muntanja ma tistax tinħeba. 
												Anqas ma jixegħlu l-musbieħ u 
												jqegħduh taħt il-modd, iżda fuq 
												l-imnara u hekk idawwal lil kull 
												min ikun fid-dar. Hekk għandu 
												jiddi d-dawl tagħkom quddiem 
												il-bnedmin, biex jaraw 
												l-għemejjel tajba tagħkom u 
												jagħtu glorja lil Missierkom li 
												hu fis-smewwiet” (Mt 5, 14-16). 
												Dawn huma l-aktar għemejjel ta’ 
												mħabba (ara Mt 35, 31-46) u ta’ 
												libertá vera, li tintwera u 
												tgħix bl-għoti tagħha stess, 
												bl-għoti sħiħ tagħha kif 
												għamel Ġesú stess fuq is-salib: 
												“ħabb il-Knisja u ta’ ħajtu 
												għaliha” (Ef 5, 25). Ix-xhieda 
												ta’ Kristu hi l-bidu, il-mudell 
												u l-kopja għad-dixxiplu, li hu 
												msejjaħ biex jimxi mill-istess 
												triq. “Jekk xi ġadd irid jiġi 
												warajja, għandu jiċħad lilu 
												nnifsu, jerfa’ salibu, u jimxi 
												wrajja” (Lq 9, 22). L-imħabba, 
												skond ma jitolbu l-preċetti ta’ 
												l-Evanġelju, tista’ twassal 
												lin-nisrani biex jagħti l-ogħla 
												xhieda tiegħu: il-martirju. Hu 
												dejjem mixi wara Kristu, li miet 
												fuq is-salib. “Kunu ixbhu lil 
												Alla bħala wlied maħbuba” – 
												kiteb San Pawl lill-Efisin – “u 
												imxu fl-imħabba, bħalma Kristu 
												wkoll ħabb lilna u ta lilu 
												nnifsu għalina, offerta u 
												sagrifiċċju jfuħu quddiem Alla” 
												(Ef 5, 1-2). 
												
												
												IL-MARTIRJU, EŻALTAZZJONI 
												TAL-QDUSIJA BLA MITTIEFSA 
												TAL-LIĠI TA’ ALLA 
												
												
												90.
												
												
												Ir-relazzjoni bejn il-fidi u 
												l-moralitá tiddi b’dija ta’ 
												l-għaġeb fir-rispett sħiħ li 
												għandu jintwera għal dak li 
												titlob dejjem id-dinjitá 
												personali ta’ kull bniedem: 
												dan hu mħares minn regoli morali 
												li jipprojbixxu għemil ħażin fih 
												innifsu, bla ebda eċċezzjoni. 
												L-universalitá u l-immutabbiltá 
												tan-normi morali juru u, 
												fl-istess ħin, jaqdu d-dinjitá 
												personali tal-bniedem, jiġifieri 
												l-invjolabbiltá tal-bniedem, li 
												f’wiċċu tiddi d-dija ta’ Alla 
												(ara Ġw 9, 5-6). 
												
												
												  
												
												
												Il-fatt li ma jistgħux jiġu 
												aċċettati l-etika “teleoloġika”, 
												l-etika “konsegwenzjali” u 
												l-etika “proporzjonalista”, li 
												jiċħdu l-eżistenza ta’ normi 
												morali negattivi dwar suriet 
												partikulari ta’ mġiba bla ebda 
												eċċezzjoni hu mwettaq b’mod 
												l-aktar ċar mill-martirju 
												nisrani li dejjem kien, u għadu 
												sa llum, imsieħeb mal-ħajja 
												tal-Knisja. 
												  
												
												
												91.
												
												
												Fi żmien il-Patt il-Qadim ġa 
												nsibu xhieda tassew ta’ l-għaġeb 
												ta’ fedeltá lejn il-liġi mqaddsa 
												ta’ Alla, imwettqa 
												b’aċċettazzjoni volontarja 
												tal-mewt. L-istorja ta’ Susanna 
												tfisser ħafna: liż-żewġ 
												imħallfin inġusti li heddew li 
												jagħtuha l-mewt jekk ma toqgħodx 
												għax-xewqat żienja tagħhom, 
												weġbithom: “Ninsab magħfusa minn 
												kullimkien. Jekk nagħmel dan 
												hemm il-mewt għalija; kekk ma 
												nagħmilx hekk, ma neħlisx minn 
												taħt idejkom. Imma jkun aħjar 
												għalija ma nagħmilx hekk, ma 
												neħlisx minn taħt idejkom, milli 
												nidneb quddiem il-Mulej” (Dan 
												13, 22-23). Susanna għażlet li 
												“bla ħtija taqa’ “f’idejn 
												l-imħallfin, u hekk mhux biss 
												tat xhieda tal-fedeltá u 
												tal-fiduċja tagħha f’Alla, imma 
												wkoll ta’ l-ubbidjenza tagħha 
												lejn il-veritá u stqarret li ma 
												kinitx ħaġa sewwa tagħmel dak li 
												l-liġi ta’ Alla tgħid li hu 
												ħażin, biex minnu joħroġ 
												it-tajjeb. Hi għażlet għaliha 
												“l-aħjar sehem”: hawn għandna 
												xhieda ċara, bla ebda tlaqliq, 
												għall-veritá u għal Alla ta’ 
												Iżrael, dwar dak li hu tajjeb, 
												b’dan il-mod b’għemilha wriet 
												il-qdusija ta’ Alla. 
												
												
												
												91.
												 
												
												
												Fil-bidu tat-Testment il-Ġdid 
												San Ġwann Battista ma riedx 
												jibqa’ sieket dwar il-liġi ta’ 
												Alla u rrifjuta kompromess ma 
												dak li hu ħażin: “sofra 
												l-martirju għall-veritá u 
												l-ġustizzja” 
												u hekk bil-martirju tiegħu wkoll 
												kien prekursur tal-Messija (ara 
												Mt 6,17-29). Minħabba f’hekk, 
												“ġie mitfugħ fid-dlam tal-ħabs 
												dak li kien ġie biex jagħti 
												xhieda għad-dawl, u stħaqqlu 
												jissejjeħ musbieħ li jixgħel u 
												jiddi minn dak li hu l-istess 
												dawl, Ġesú Kristu, ġie mgħammed 
												b’demmu stess hu li kien għammed 
												il-Feddej tad-dinja”. 
												
												
												  
												
												
												Fil-Patt il-Ġdid insibu ħafna 
												dixxipli tal-Mulej li taw 
												xhieda għalih, ibda minn San 
												Stiefnu d-djaknu (ara Atti 6,8; 
												7,60) u mill-Appostlu San Ġakbu 
												(ara Atti 12, 1-2) li ħadu 
												l-martirju għall-istqarrija 
												tal-fidi tagħhom u għall-imħabba 
												ta’ l-Imgħallem biex ma 
												jiċħduhx. F’dan imxew wara 
												l-Mulej Ġesu, li “għamel 
												stqarrija sabiħa” (1 Tim 6,13) 
												quddiem Kajfa u Pilatu u wettaq 
												ix-xhieda tiegħu għall-veritá 
												bl-offerta ta’ ħajtu. Għadd bla 
												qjies ta’ martri oħra ġarrbu 
												persekuzzjonijiet u l-mewt biex 
												ma jagħmlux għemil ta’ 
												idolatrija billi jitfgħu 
												l-inċens quddiem ix-xbieha ta’ 
												l-Imperatur (ara Apok 13, 7-10). 
												Lanqas riedu juru li qed jagħmlu 
												dan l-għemil ta’ idolatrija waqt 
												li f’qalbhom kienu qed jiċħdu 
												bil-qawwa kollha, u hekk urew li 
												din l-imġiba ta’ simulazzjoni 
												kienet kuntrarja għall-imħabba 
												ta’ Alla u għax-xhieda tal-fidi. 
												Bħal kristu, b’att ta’ 
												ubbidjenza, offrew ħajjithom u 
												tawha lill-Missier, lil Dak li 
												seta’ jeħlishom mill-mewt (ara 
												Lhud 5, 7).  
												
												
												  
												
												
												Il-Knisja tipproponilna 
												l-eżempju ta’ tant u tant 
												qaddisin, irġiel u nisa, li 
												xandru l-moralitá vera u ħarsuha 
												sal-martirju u ppreferew il-mewt 
												milli jagħmlu dnub mejjet 
												wieħed. Hija u tniżżilhom ma’ 
												l-għadd tal-Qaddisin, il-Knisja 
												tikkanonizza x-xhieda tagħhom u 
												tistqarr il-veritá tal-ġudizzju 
												mhux imwarrbin u mċaħħdin, ukoll 
												f’mument ta’ kefrija kbira, 
												bil-ħsieb li ssalva ħajtek. 
												  
												
												
												92.
												
												
												Fil-martirju, li bih jingħad li 
												l-ordni qatt ma għandu jinkiser 
												tiddi l-qdusija tal-liġi 
												flimkien ma’ l-invjolabbiltá 
												personali tal-bniedem maħluq fuq 
												is-sura u x-xbieha ta’ Alla: din 
												id-dinjitá qatt ħadd ma għandu 
												jnaqqasha jew jopponiha, l-anqas 
												minħabba xi ħsieb tajjeb, ikunu 
												x’ikunu d-diffikultajiet. Ġesú 
												dan iwissih b’severitá kbira: 
												“X’jiswielu l-bniedem jekk 
												jikseb id-dinja kollha, u 
												mbagħad jitlef ħajtu?” (Mk 8, 
												36). Il-martirju juri bħala 
												falza u qarrieqa kull “tifsira 
												umana”, mogħtija minn min ikun, 
												lill-att moralment ħażin ukoll 
												meta hemm kondizzjonijiet 
												“speċjali”; anzi l-martirju juri 
												x-xbieha vera ta’ din il-fehma 
												li hi vjolazzjoni ta’ 
												l-umanitá tal-bniedem, kemm 
												f’min jagħmlu u kemm f’min 
												iġarrbu. 
												
												
												  
												
												
												Il-martirju hu wkoll tħabbira 
												tal-perfezzjoni tan-natura 
												tal-bniedem tal-“ħajja” vera 
												tal-persuna, kif jixhed San 
												Injazju ta’ Antjokja huwa u 
												jikteb lill-insara ta’ Ruma, 
												fejn kellu jsofri l-martirju 
												għall-fidi: “Aħfruli, ħuti, 
												tfixklux it-twelid tiegħi 
												għas-sema, tħallunix ma 
												mmutx...Ħalluni nara d-dawl safi 
												li jibqa’ għal dejjem. Meta 
												nasal għalih, imbagħad inkun 
												raġel tassew. Ħalluni nkun xebh 
												ma’ Kristu Alla tiegħi 
												fil-passjoni tiegħu”. 
												  
												
												
												93.
												
												
												Il-martirju hu wkoll sinjal 
												mill-aqwa tal-qdusija 
												tal-Knisja; il-fedeltá lejn 
												il-liġi mqaddsa ta’ Alla, li 
												tagħha l-mewt hi xhieda, hi 
												tħabbira ċara u mpenn 
												missjunarju sat-tixrid 
												tad-demm, biex id-dija 
												tal-moralitá vera fl-imġiba u 
												fil-mentalitá ta’ l-individwi u 
												tas-soċjetá ma tiddallamx. Din 
												ix-xhieda tagħti għajnuna ta’ 
												qawwa kbira biex, mhux biss 
												fis-soċjetá ċivili imma wkoll 
												fl-istess komunitajiet 
												ekkleżjastiċi, il-bnedmin ma 
												jaqgħux f’qagħda li tkun 
												theddida kbira għalihom: 
												konfużjoni bejn it-tajjeb u 
												l-ħażin, ħaġa li biha 
												bl-ebda mod ma tkun tista’ tibni 
												u tħares l-ordni morali ta’ 
												l-individwi u tas-soċjetá. 
												Il-martri, u b’mod ġenerali, 
												il-qaddisin fil-Knisja, idawlu 
												kull żmien ta’ l-istorja billi 
												jqanqlu sens morali fih, u dan 
												jagħmluh bl-eżempju ħaj u 
												jsaħħar ta’ ħajjithom, imdawla 
												kollha kemm hi bid-dija 
												tal-veritá morali. Bix-xhieda 
												ċara tagħhom għall-veritá, huma 
												ċanfira ħajja għal kull min 
												jikser il-liġi (ara Għerf 2, 
												12), u fi żmienna wkoll itennu 
												kliem il-profeta: “Gwaj għal 
												dawk li jsejħu tajjeb il-ħażin u 
												l-ħażin tajjeb, u jibdlu d-dlam 
												mad-dawl u d-dawl mad-dlam, 
												jibdlu l-morr mal-ħelu u l-ħelu 
												mal-morr” (Is 5, 20). 
												
												
												  
												
												
												Għalkemm il-martirju hu l-ogħla 
												xhieda tal-veritá morali, li 
												għaliha ftit huma dawk li jiġu 
												msejħin, madankollu hemm xhieda 
												xierqa li l-insara kollha 
												għandhom ikunu kuljum lesti li 
												jagħtuha, minkejja l-ħafna 
												tbatija u tiġrib li jkollhom 
												iġarrbu. Minn barra l-ħafna 
												diffikultajiet, li wkoll 
												fiċ-ċirkostanzi tal-ħajja ta’ 
												kuljum il-fedeltá lejn l-ordni 
												morali tista’ titlob, in-nisrani 
												bl-għajnuna tal-grazzja ta’ Alla 
												li jitlob, hu msejjaħ, biex 
												jidħol għal impenn tassew iebes, 
												imwettaq bil-qawwa tal-virtú 
												hekk li, kif jgħallem San Girgor 
												il-Kbir, ikun jista’ “jħobb 
												it-tiġrib ta’ din id-dinja 
												f’ġieh il-ħajja ta’ dejjem”. 
												  
												
												
												94.
												
												
												L-Insara m’humiex waħidhom
												
												
												fix-xhieda li jagħtu għan-natura 
												assoluta tal-ġid morali: huma 
												mwettqa mis-sens morali 
												tal-popli kollha u 
												mit-tradizzjonijiet reliġjużi u 
												l-għerf tal-Lvant u tal-Punent, 
												li minnhom mhux nieqsa l-ħidma 
												moħbija u misterjuża ta’ 
												l-Ispirtu ta’ Alla. Hi xhieda 
												għal kulħadd il-kelma tal-poeta 
												Latin Iuvenal: “Qis li hu ħażen 
												mill-aqwa li tippreferi ħajtek 
												flok ġieħek, u biex tħares 
												ħajtek titlef l-għaliex ta’ 
												ħajtek”. 
												Il-leħen tal-kuxjenza dejjem 
												wissa, bla ebda tlaqliq, li hemm 
												veritajiet u ġid morali li 
												għalihom għandna nkunu dejjem 
												lesti nissagrifikaw ħajjitna. 
												
												
												
												95.
												 
												
												
												Fil-kliem, u l-aktar 
												fis-sagrifiċċju tal-ħajja, 
												f’ġieħ il-valuri morali, 
												il-Knisja dejjem tat l-istess 
												xhieda għall-veritá li sa 
												mill-bidu tinsab fil-ħolqien, u 
												li tiddi bil-qawwa kollha f’wiċċ 
												Kristu. Jikteb San Ġustinu: 
												“L-Istojċi, almenu f’dak li qalu 
												dwar il-moralitá, ġiebu ruħhom 
												mill-aħjar, kif xi drabi ġara 
												lill-poeti, minħabba ż-żerriegħa 
												tar-raġuni li hi miżrugħa 
												fil-ġens kollu tal-bnedmin, dawk 
												li mxew wara dan it-tagħlim nafu 
												li ġarrbu mibegħda kbira u ġew 
												maqtula wkoll”. 
												  
												
												
												  
												
												
												IN-NORMI MORALI UNIVERSALI MA 
												JINBIDLUX U HUMA GĦALL-QADI TA’ 
												L-INDIVIDWI U TAS-SOĊJETÁ 
												  
												
												
												95.
												
												
												It-tagħlim tal-Knisja, u b’mod 
												speċjali s-severitá tagħha biex 
												tħares l-awtoritá universali u 
												eterna tal-preċetti li 
												jipprojbixxu għemil ħażin fih 
												innifsu, spiss jitqies bħala 
												tagħlim ta’ severitá eżaġerata, 
												l-aktar fil-qagħda hekk 
												komplessa u mħawda tal-ħajja 
												morali ta’ l-individwi u 
												tas-soċjetá ta’ llum. Din 
												is-severitá ma taqbilx mas-sens 
												ta’ omm li għandha l-Knisja. 
												
												
												
												97.
												 
												
												
												Jgħidu li l-Knisja ma tifhimx u 
												nieqsa mill-ħniena. Iżda s-sens 
												ta’ omm li għandha l-knisja ma 
												jistax jinfired mill-missjoni 
												tagħha li tgħallem, missjoni li 
												dejjem trid tħares bħala 
												l-Għarusa fidila ta’ Kristu; li 
												hu l-istess Veritá: “Bħala 
												għalliema qatt ma tehda xxandar 
												ir-regola tal-morali...Din 
												ir-regola la l-Knisja ma 
												għamlitha hi u lanqas tista’ 
												tiddeċiedi hi tinżammx jew le. 
												Hija u tobdi l-veritá ta’ 
												Kristu, li x-xbieha tagħha 
												tidher fin-natura u d-dinjitá 
												tal-persuna tal-bniedem, 
												il-Knisja tfisser din ir-regola 
												tal-morali u tgħallimha 
												lill-bnedmin kollha ta’ rieda 
												tajba, mingħajr ma taħbilhom li 
												din ir-regola bl-ebda mod ma 
												trid tkun imħarsa b’nofs kedda, 
												imma titlob li tkun imħarsa 
												bil-perfezzjoni kollha”. 
												Fil-fatt it-tjieba vera u 
												l-ħniena tassew għandhom ifissru 
												mħabba għall-persuna u għall-ġid 
												tiegħu u għal-libertá vera 
												tiegħu. Dan ma jseħħx jekk 
												tinħeba jew titnaqqas il-veritá 
												morali, iżda jseħħ jekk 
												tixxandar fit-tifsir l-aktar 
												għoli tagħha, bħala l-għoti ta’ 
												l-Għerf ta’ dejjem ta’ Alla, li 
												jasal għandna fi Kristu, u bħala 
												qadi tal-bniedem biex ikattar 
												il-libertá tiegħu u jikseb 
												l-hena tiegħu. 
												Fl-istess waqt tifsira ċara u 
												sħiħa tal-veritá morali qatt ma 
												tista’ tinfired mir-rispett sħiħ 
												u sinċier, imqanqal minn imħabba 
												ħielsa u kollha fiduċja, li 
												l-bniedem jeħtieġ dejjem 
												fil-ħajja morali tiegħu, spiss 
												imġarrba minn diffikultajiet, 
												żbalji, u kondizzjonijiet 
												imwiegħra. Il-Knisja, għalkemm 
												qatt ma twarrab “il-prinċipju 
												tal-veritá u tal-konsistenza li 
												jwassalha biex ma sejjaħx tajjeb 
												dak li hu ħażin, u ħażin dak li 
												hu tajjeb”, 
												għandha dejjem tfittex li qasba 
												mġelġla ma tiksirhiex u musbieħ 
												inemnem ma titfiħx (ara Is 
												42,3). Jikteb il-Papa Pawlu VI: 
												“Hi manifestazzjoni ta’ mħabba 
												li ma bħalha għall-erwieħ, li ma 
												tnaqqas xejn mit-tagħlim ta’ 
												Kristu għas-salvazzjoni, iżda 
												jeħtieġ li dan it-tagħlim ikun 
												imsieħeb ma’ mħabba u mogħdrija: 
												il-Mulej innifsu tana eżempju 
												tagħhom huwa u jitkellem u 
												jħabrek fost il-bnedmin. Hu li 
												ġej mhux biex jagħmel ħaqq 
												mid-dinja imma biex bih issalva 
												(ara Ġw 3, 17) wera severitá 
												kbira mad-dnub, imma sabar u 
												ħniena mal-midinbin”. 
												  
												
												
												96.
												
												
												Is-severitá tal-Knisja dwar 
												il-ħarsien tan-normi morali 
												universali u immutabbli ma fiha 
												xejn xi tmaqdar; qiegħda biss 
												għall-qadi tal-libertá vera 
												tal-bniedem: għaliex ma jistax 
												ikun hemm libertá barra jew 
												kontra l-veritá, ma jistax ikun 
												hemm ħarsien sħiħ, jekk ma jiġux 
												imwarrbin kull xorta ta’ 
												kompromessi u ċedimenti f’dak 
												kollu li neċessarjament titlob 
												id-dinjitá tal-persuna 
												tal-bniedem, li għandha titqies 
												bħala t-triq u l-kondizzjoni 
												għall-eżistenza tal-libertá. 
												
												
												
												99.
												 
												
												
												Dan il-qadi jingħata lil kull 
												bniedem, fis-singularitá ta’ 
												l-essenza u l-eżistenza tiegħu 
												li ma hemmx oħra bħalha: 
												fil-ħarsien biss tan-normi 
												morali l-bniedem jista’ jwettaq 
												għal kollox lilu nnifsu u 
												l-kobor tal-ħajja morali tiegħu. 
												Għalhekk dan il-qadi hu 
												għall-bnedmin kollha: mhux biss 
												għall-individwi, imma wkoll 
												għall-komunitajiet, u 
												għas-soċjetá bħala soċjetá. Dan 
												għaliex dawn in-normi huma rahan 
												sod u pedament sħiħ tal-ħajja 
												flimkien tal-bnedmin 
												fil-ġustizzja u s-sliem, u 
												għalhekk ta’ demokrazija vera, 
												li tista’ sseħħ u tikber biss 
												jekk il-membri kollha jitqiesu 
												ndaqs u jkollhom l-istess 
												drittijiet u dmirijiet. 
												Għan-normi li jipprojbixxu dak 
												li hu ħażin fih innifsu la hemm 
												privileġġi u lanqas 
												eċċezzjonijiet: tkun sid 
												id-dinja jew “l-iktar imsejken” 
												fuq l-art ma hemmx differenza, 
												ilkoll indaqs fejn jidħol dak li 
												titlob il-moralitá. 
												
												
												97.
												
												
												In-normi morali, u qabel kollox 
												dawk negattivi, jiġifieri dawk 
												li jipprojbixxu dak li hu ħażin, 
												għandhom fihom stess kemm 
												it-tifsir tagħhom u kemm 
												il-qawwa morali tagħhom: huma 
												u jħarsu d-dinjitá personali u 
												invjolabbli ta’ kull bniedem, 
												iżommulu sħiħa l-istruttura 
												soċjali tiegħu u l-progress veru 
												tiegħu kollu. B’mod speċjali 
												l-kmandamenti tat-tieni tavla 
												tad-Dekalogu, li Ġesú fakkarhom 
												ukoll liż-żagħżugħ ta’ 
												l-Evanġelju (ara Mt 19, 18), 
												huma r-regoli ewlenin ta’ kull 
												ħaġa soċjali. 
												
												
												  
												
												
												Dawn il-kmandamenti huma mxandra 
												b’mod ġenerali. Iżda għaliex 
												“il-bidu, is-suġġett u l-għan 
												ta’ l-istituti kollha soċjali hu 
												u għandu jkun il-bniedem”, 
												dawn il-kmandamenti jistgħu jiġu 
												speċifikati u mfissra b’normi 
												ta’ mġiba aktar dettaljati u 
												espliċiti. F’dan is-sens 
												il-liġijiet morali fondamentali 
												tal-ħajja soċjali għandhom ċerti
												talbiet speċifiċi, li 
												jridu jilqgħuhom u joqgħodu 
												għalihom kemm l-awtoritajiet 
												ċivili u kemm iċ-ċittadini. 
												Għalkemm l-intenzjonijiet xi 
												kull tant ikunu tajbin u 
												ċ-ċirkostanzi jkunu spiss 
												diffiċli, qatt ma hu permess 
												għall-awtoritajiet ċivili u għal 
												kull ċittadin li jiksru 
												d-drittijiet fondamentali 
												tal-persuna tal-bniedem, 
												drittijiet li għandhom jibqgħu 
												dejjem bla mittiefsa. Biss dak 
												it-tagħlim morali li jagħraf 
												bħala dejjem validi u għal 
												kulħadd in-normi morali, bla 
												ebda eċċezzjoni, jista’ jkun 
												il-pedament etiku tal-ħajja 
												soċjali, kemm nazzjonali u kemm 
												internazzjonali. 
												  
												
												
												IT-TIĠDID TAL-ĦAJJA MORALI, 
												SOĊJALI U POLITIKA 
												
												
												98.
												
												
												Minħabba ħafna suriet serji ta’ 
												inġustizzja soċjali u ekonomika 
												u ta’ korruzzjoni politika, li 
												qed iġarrbu nazzjonijiet u popli 
												sħaħ, qed jikber l-għadab ta’ 
												ħafna nies, li qed jiġu 
												ttrattati ħażin u mmqadra 
												fid-drittijiet fondamentali 
												tagħhom, u dejjem aktar qed 
												tinxtered u tinħass il-ħtieġa 
												ta’ tiġdid sħiħ personali u 
												soċjali li jġib ġustizzja, 
												solidarjetá, onestá u 
												trasparenza. It-triq hi twila u 
												iebsa; iridu jsiru ħafna sforzi 
												kbar biex iseħħ dan it-tiġdid 
												minħabba l-ħafna kawżi serji li 
												jkabbru u jsaħħu s-suriet ta’ 
												inġustizzja li hawn fid-dinja. 
												Iżda kif tgħallem l-istorja u 
												l-esperjenza ta’ kull persuna, 
												mhux ħaġa iebsa li ssib x’inhuma 
												s-sisien ta’ dawn is-suriet ta’ 
												nġustizzja: huma kawżi 
												proprjament “kulturali”, 
												jiġifieri marbutin ma’ fehmiet 
												partikulari tan-nies, 
												tas-soċjetajiet u tad-dinja. 
												Fil-fatt hu fil-qofol tal-problema 
												kultuali li nsibu s-sens 
												morali li min-naħa tiegħu hu 
												mibni fuq is-sens reliġjuż
												u fih iseħħ. 
												  
												
												
												99.
												
												
												Alla waħdu, l-Ogħla Ġid, hu 
												l-pedament dejjiemi u 
												l-kondizzjoni essenzjali 
												tal-morlitá u għalhekk 
												tal-kmandamenti wkoll u l-aktar 
												tal-preċetti negattivi, 
												jiġifieri ta’ dawk li dejjem 
												jipprojbixxu kull imġiba u kull 
												għemil li bl-ebda mod ma jaqblu 
												mad-dinjitá ta’ kull persuna, 
												tkun min ikun. Hekk l-Ogħla Ġid 
												u dak li hu moralment tajjeb 
												jaqblu bejniethom fil-veritá: 
												fil-veritá ta’ Alla l-Ħallieq u 
												l-Feddej u fil-veritá biss 
												tista’ tinbena soċjetá ġdida u 
												jiġu maħlula l-problemi 
												komplessi u gravi li qed 
												iħabbtuha u, qabel xejn, 
												il-problema ta’ kif se jiġu 
												megħluba l-ħafna suriet ta’ 
												totalariżmu, biex tinfetaħ 
												it-triq għal-libertá vera 
												tal-bniedem. 
												
												
												  
												
												
												“It-totalitariżmu joħroġ 
												miċ-ċaħda tal-veritá fiha 
												nnifisha, tal-veritá oġġettiva. 
												Jekk jilħaq l-identitá sħiħa 
												tiegħu, ma jkunx hemm prinċipju 
												żgur ta’ garanzija 
												għar-relazzjonijiet ġusti bejn 
												il-bnedmin. L-interessi tagħhom 
												bħala klassi, grupp jew nazzjon 
												bilfors iwasluhom biex ikunu 
												kontra xulxin. Jekk wieħed ma 
												jammettix il-veritá 
												traxxendentali, flokha tidħol 
												il-qawwa tas-setgħa, u kull 
												bniedem ifittex li jagħmel użu 
												sħiħ tal-mezzi kollha li jkollu 
												biex jimponi d-drittijiet, 
												l-interessi u l-fehmiet tiegħu, 
												bla ma jimpurtah xejn 
												mill-oħrajn. Il-bniedem imbagħad 
												jiġi rispettat biss sakemm 
												jista’ jiġi sfruttat 
												mill-egoiżmu ta’ min hu 
												b’saħħtu. Għalhekk l-għerq 
												tat-totalitariżmu ta’ llum 
												nistgħu nsibuh fiċ-ċaħda 
												tad-dinjitá traxxendentali 
												tal-persuna tal-bniedem, li 
												bħala xbieha li tidher ta’ Alla 
												li ma jidhirx, għandu fin-natura 
												tiegħu stess drittijiet li ħadd 
												ma għandu l-jedd li jeħodhomlu, 
												ebda individwu, grupp, klassi 
												jew Stat. Lanqas il-maġġoranza 
												ta’ grupp soċjali ma tista’ 
												tikser dawn id-drittijiet billi 
												teħodha kontra l-minoranza, 
												timmarġinha, taħqarha, 
												tisfruttaha jew tipprova 
												teqridha”. 
												
												
												Għalhekk ir-rabta li ma tiġi 
												nieqsa qatt bejn il-libertá u 
												l-veritá, li turi r-rabta 
												fondamentali bejn l-Għerf u 
												r-rieda ta’ Alla, għandha tifsir 
												importanti ħafna għall-ħajja 
												tal-bniedem fl-oqsma ta’ 
												l-ekonomija soċjali u 
												tal-politika soċjali, kif jidher 
												mid-duttrina soċjali tal-Knisja, 
												li hi “parti mit-teoloġija, u 
												b’mod speċjali mit-teoloġija 
												morali”, 
												u mill-mod kif tippreżenta 
												l-preċetti li jirregolaw mhux 
												biss dak li għandu x’jaqsam ma’ 
												drawwiet ġenerali, imma wkoll 
												ma’ suriet speċifiċi ta’ mġiba u 
												ta’ għemil bil-fatti fl-oqsma 
												tal-ħajja soċjali, ekonomika u 
												politika. 
												  
												
												
												100.
												
												
												Dan jgħid il-Katekiżmu 
												tal-Knisja Kattolika: “F’kull ma 
												għandu x’jaqsam ma’ l-ekonomija, 
												ir-rispett tad-dinjitá 
												tal-persuna jitlob li titħaddem 
												il-virtu tar-rażan, biex 
												ir-rabta mal-ġid ta’ l-art ma 
												tkunx bla qjies, li titħaddem 
												il-virtú tal-ġustizzja ħa jiġu 
												mħarsa d-drittijiet tal-proxxmu 
												u kulħadd jieħu dak li ħaqqu; u 
												li titħaddem is-solidarjetá 
												skond ir-regola tad-deheb u 
												skond l-id miftuħa tal-Mulej li 
												kien “għani u ftaqar biex 
												mill-faqar tiegħu nistagħnu 
												aħna” (2 Kor 8,9). 
												Il-Katekiżmu mbagħad isemmi 
												għadd ta’ suriet ta’ mġiba u ta’ 
												għemil li jmorru kontra 
												d-dinjitá tal-bniedem, u dawn 
												huma s-serq, li żżomm għandek 
												deliberatament ġid misluf lilek 
												jew xi ħaġa mitlufa, il-qerq 
												fin-negozju (ara Dewt 25, 
												13-16), il-ħlas ta’ salarji mhux 
												skond il-ġustizzja (ara Dewt 24, 
												14-15; Ġak 5, 4), l-għoli ta’ 
												prezzijiet biex tipprofitta 
												mill-injoranza u l-ħtieġa ta’ 
												l-oħrajn (Gak 8,4-6), li tagħmel 
												tiegħek u tuża għalik il-ġid 
												soċjali ta’ xi intrapriża, 
												xogħol magħmul ħażin, qerq 
												fid-dikjarazzjonijiet tad-dħul 
												tiegħek, falsifikar ta’ 
												ċekkijiet u ta’ fatturi, spejjeż 
												esaġerati, il-ħala, u l-bqija. 
												U barra dan “is-seba kmandament 
												jipprojbixxi wkoll għemil u 
												intrapriżi, tkun xi tkun 
												ir-raġuni għalihom, egoiżmu jew 
												ideoloġija, negozju jew 
												totalitariżmu, li jwasslu 
												għat-tjassir tal-bnedmin, 
												għaċ-ċaħda ta’ għarfien ta’ 
												drittijiethom, għall-bejgħ u 
												għax-xiri u għall-bdil tagħhom 
												qishom xi ħaġa ta’ negozju. Hu 
												dnub kontra d-dinjitá 
												tal-persuna u tad-drittijiet 
												fondamentali tagħhom meta bi 
												vjolenza tagħmilhom jew tqishom 
												biss bħala xi ħaġa li tuża jew 
												xi ħaġa biex biha taqta’ l-flus. 
												San Pawl lil wieħed sid nisrani 
												ordnalu biex lill-ilsir tiegħu 
												jilqgħu “mhux bħala lsir imma 
												bħala ħuħ għażiż...”(Filem 16), 
												bħala bniedem fil-Mulej. 
												  
												
												
												101.
												
												
												Fil-qasam tal-politika għandna 
												naraw li jkun hemm l-imħabba 
												għall-veritá fir-relazzjoni bejn 
												min imexxi u ċ-ċittadini, iktar 
												trasparenza fl-amministrazzjoni 
												pubblika, imparzjalitá 
												fis-servizz pubbliku, ħarsien 
												tad-drittijiet ta’ 
												l-oppożizzjoni politika, ħarsien 
												tad-drittijiet ta’ min hu mixli 
												minn ġudizzji u kundanni 
												mgħaġġlin, amminstrazzjoni ġusta 
												u tajba tal-fondi pubbliċi, 
												ir-rifjut ta’ mezzi ekwivoċi u 
												ħżiena biex jinkiseb il-poter, 
												biex jinżamm jew jitkattar 
												aktar, jiġri x’jiġri: dawn 
												kollha huma prinċipji li 
												għandhom l-għeruq tagħhom u 
												l-bidu tagħhom prinċipalment 
												fid-dinjitá traxxendantali 
												tal-persuna u dak li titlob 
												il-morali oġġettiva fit-tmexxija 
												ta’ l-Istat. 
												Meta ma jkunux imħarsa dawn 
												il-prinċipji, jispiċċaw 
												is-sisien tal-koeżistenza 
												politika, u l-ħajja soċjali 
												kollha pass pass tiġġarraf u 
												tispiċċa fix-xejn (ara Salm 
												13/14, 3-34; Apok 18, 2-3. 
												9-24). Illum wara l-waqgħa 
												f’ħafna nazzjonijiet ta’ 
												ideoloġiji li kienu jorbtu 
												l-politika ma fehma totalitarja 
												ta’ dinja – l-ewwel fosthom 
												il-Marxiżmu – tfaċċa periklu 
												mhux inqas serju li jiġu miċħuda 
												d-drittijiet fondamentali 
												tal-persuna u jkun hemm indħil 
												mill-awtoritajiet ċivili 
												fit-tamiet reliġjużi li hemm 
												fil-qalb ta’ kull bniedem. Hemm 
												il-periklu ta’ ftehim bejn 
												demokrazija u relattiviżmu 
												morali li jwarrab mill-ħajja 
												soċjali u politika kull 
												riferiment morali u hekk żgur 
												iwassal biex il-veritá ma tkunx 
												aktar possibbli. “Dwar dan, ta’ 
												min jgħid li kieku ma kienx hemm 
												il-veritá fiha nnfisha, 
												il-veritá oġġettiva li tmexxi u 
												tiddirieġi l-ħidma politika, 
												il-fehmiet u l-konvinzjonijiet 
												malajr jiġu mgħawġin u 
												mmanipulati minn min għandu 
												setgħa. Demokrazija bla valuri 
												malajr tinbidel, fil-beraħ jew 
												bil-moħbi, f’totalitariżmu, kif 
												turina l-istorja” 
												
												
												Hekk f’kull qasam tal-ħajja 
												tal-bniedem, familjari, soċjali, 
												politika u morali – li għandhom 
												il-bażi tagħhom fil-veritá u 
												huma miftuħin fil-veritá 
												għal-libertá vera – il-moralitá 
												toffri servizz li ma jistax isir 
												minn ebda mod ieħor u li hu ta’ 
												mportanza kbira, mhux biss għal 
												kull individwu biex jikber 
												fit-tjieba, imma wkoll 
												għas-soċjetá u għall-progress 
												veru tagħha. 
												  
												
												
												IL-GRAZZJA U L-UBBIDJENZA 
												GĦAL-LIĠI TA’ ALLA 
												
												
												102.
												
												
												Il-bniedem, ukoll meta jsib ruħu 
												f’xi qagħda diffiċli ħafna, irid 
												iħares il-liġi  
												
												
												morali biex jobdi l-kmandament 
												qaddis ta’ Alla, u għemilu jkun 
												jaqbel mad-dinjitá tiegħu bħala 
												persuna. Ir-rabta bejn 
												il-libertá u l-veritá titlob xi 
												kull tant sagrifiċċji mhux 
												tas-soltu li jinkisbu bi ħlas 
												kbir; jistgħu jaslu biex jitolbu 
												l-martirju. Iżda kif tgħallimna 
												l-esperjenza ta’ kuljum 
												kullimkien, il-bniedem bla heda 
												hu mħajjar biex imur kontra din 
												ir-rabta: “Naf li mhux dak li 
												rrid nagħmel, iżda dak li 
												nobgħod. M’iniex nagħmel 
												it-tajjeb li rrid, imma qiegħed 
												nagħmel il-ħażin li ma rridx” 
												(Rum 7:15,19). 
												
												
												  
												
												
												Minn fejn mela fl-aħħar 
												mill-aħħar tiġi l-firda li hemm 
												fil-bniedem? Il-bniedem ta bidu 
												għall-istorja tad-dnub, meta ma 
												għarafx aktar lill-Mulej Ħallieq 
												tiegħu u ried ikun jaf biss 
												x’inhu t-tajjeb u l-ħażin” (Ġen 
												3, 5): din kienet l-ewwel 
												tentazzjoni, warajha ġew 
												it-tentazzjonijiet l-oħra 
												kollha, li l-bniedem malajr 
												iċedi għalihom għax midrub 
												mill-ewwel dnub. 
												
												
												  
												
												
												Iżda t-tentazzjonijiet jistgħu 
												jintrebħu, id-dnub jista’ jiġi 
												evitat, għax il-Mulej flimkien 
												mal-kmandamenti jagħtuna 
												l-għajnuna biex inħarsu l-liġi 
												tiegħu. “Għajnejh fuq dawk li 
												jibżgħu minnhu, hu jagħraf kull 
												ma jagħmel il-bniedem. Lil ħadd 
												ma jqabbad għall-ħażin u lil 
												ħadd ma rħielu jidneb” (Sir 15, 
												19-20). Il-ħarsien tal-liġi ta’ 
												Alla, f’ċerti okkażjonijiet, 
												jista’ jkun tqil anzi iebes 
												ħafna, imma qatt impossibli. Dan 
												minn dejjem kien it-tagħlim 
												tradizzjonali tal-Knisja u ġie 
												mfisser b’dan il-mod 
												mill-Konċilju ta’ Trento. “Ebda 
												bniedem, għalkemm ġustifikat, ma 
												għandu jaħseb li ħieles 
												mill-ħarsien tal-kmandamenti; 
												ħadd ma għandu jħaddan dik 
												il-fehma, nieqsa sewwa 
												mill-għaqal u kkundannata minn 
												Missirijiet il-Knisja, li 
												l-ħarsien tal-kmandamenti ta’ 
												Alla minn min hu ġustifikat hi 
												impossibbli. Dan għaliex Alla ma 
												jordnax dak li hu impossibbli, u 
												meta jordna jwissi biex tagħmel 
												kull ma tista’, titlob dak li 
												tista’ tagħmel u jgħinek biex 
												tagħmlu; għax ‘il-kmandamenti 
												ta’ Alla m’humiex tqal’ (1 Ġw 5, 
												3) u l-madmad tiegħu ħelu u 
												t-toqol tiegħu ħafif (ara Mt 11, 
												3)”. 
												  
												
												
												103.
												
												
												Il-bniedem għandu dejjem 
												quddiemu t-triq spiritwali li 
												twassal għat-tama bl- 
												
												
												
												għajnuna tal-grazzja ta’ Alla u 
												bil-kooperazzjoni tal-libertá 
												tal-bniedem. 
												
												Fis-salib ta’ Kristu li salvana, 
												fid-doni ta’ l-Ispirtu s-Santu, 
												fis-Sagramenti li ħarġu 
												mill-ġenb minfud tal-Feddej (ara 
												Ġw19, 34), in-nisrani jsib 
												il-grazzja u l-qawwa biex iħares 
												dejjem il-liġi mqaddsa ta’ Alla, 
												ukoll fost ħafna diffikultajiet 
												kbar fuq li kbar. Kif jgħid San 
												Andrija ta’ Kreta, l-istess liġi 
												“tikseb ħajja mill-grazzja, 
												tinħakem minnha u tissejjaħ biex 
												tingħaqad magħha u taqdiha 
												f’armonija sħiħa, bla ebda 
												taħlit u konfużjoni ta’ dak li 
												hu tal-grazzja u ta’ dak li hu 
												tal-liġi, iżda b’mod li dak li 
												seta’ kien ta’ madmad u ta’ 
												toqol isir ħelu u ħieles permezz 
												ta’ bidla li sseħħ bil-qawwa ta’ 
												Alla. 
												
												
												  
												
												
												
												Fil-misteru biss tal-Fidwa ta’ 
												Kristu jinsabu l-fakultajiet 
												“konkreti” tal-bniedem: 
												
												
												“Ikun żball kbir ħafna tasal 
												biex tgħid li tagħlim mogħti 
												mill-Knisja hu fih innifsu 
												“ideal” biss, li jista’ jiġi 
												adattat, proporzjonat u dispost 
												skond ma jkunu l-possibiltajiet 
												tal-bniedem fil-fatt, skond kif 
												joħroġ “mill-bilanċ u l-qjies li 
												jkun hemm bejn il-ħafna suriet 
												ta’ ġid li jkun hemm”. Imma 
												liema huma “il-possibilitajiet 
												tal-bniedem fil-fatt?” Dwar 
												liema bniedem qed nitkellmu? 
												Dwar bniedem maħkum 
												mill-konkupixxenza, jew dwar 
												bniedem mifdi minn Kristu? Għax 
												il-kwistjoni hi dwar il-veritá 
												tal-Fidwa ta’ Kristu. Kristu 
												fdiena, jiġifieri tana 
												l-ħila, il-fakultá li niksbu 
												l-veritá kollha sħiħa ta’ dak li 
												aħna. Ġesú ħeles il-libertá 
												tagħna mill-ħakma 
												tal-konkupixxenza. Jekk 
												il-bniedem mifdi għadu jidneb 
												dan ġej mhux għax l-opra 
												tas-salvazzjoni ta’ Kristu ma 
												kinitx perfetta, imma għax 
												il-bniedem bir-rieda tiegħu
												jinqata’ mill-grazzja li 
												tiġi mill-opra tas-salvazzjoni. 
												Il-Kmandamenti ta’ Alla huma 
												proporzjonati għall-kapaċitajiet 
												tal-bniedem li lilu ngħatalu 
												l-Ispirtu s-Santu; il-bniedem li 
												jekk jaqa’ fid-dnub jista’ 
												jikseb il-maħfra u jgawdi 
												mill-ġdid il-preżenza ta’ 
												l-Ispirtu s-Santu”. 
												  
												
												
												104.
												
												
												Fid-dawl ta’ dan naraw li hemm 
												post għall-ħniena ta’ Alla
												għad-dnub tal- 
												
												
												bniedem li jagħmel penitenza 
												għalih, u għarfien ukoll 
												għad-dgħufija tal-bniedem. 
												Dan l-għarfien qatt ma jfisser 
												kompromess jew tibdil fil-qjies 
												ta’ dak li hu tajjeb u ta’ dak 
												li hu ħażin, biex jiġi adattat 
												għaċ-ċirkostanzi. Jekk 
												il-bniedem meta jidneb jista’ 
												jagħraf id-dgħufija tiegħu u 
												jitlob ħniena għall-ħtija li 
												għamel, m’għandniex inqisu tajba 
												l-imġiba ta’ dak li jagħmel 
												id-dgħufija tiegħu norma u 
												ġudizzju dwar dak li hu tajjeb, 
												hekk li jħoss li hu stess jista’ 
												jiskuża lilu nnifsu, mingħajr ma 
												jitlob l-għajnuna ta’ Alla u 
												l-ħniena tiegħu. Din l-imġiba 
												tħassar il-moralitá tas-soċjetá 
												kollha, għaliex tħajjar 
												għad-dubju dwar il-veritá 
												universali tal-liġi morali u 
												tiċħad il-projbizzjoni morali 
												assoluta dwar għemejjel 
												speċifiċi tal-bniedem u twassal 
												għal taħwid sħiħ fil-valuri. 
												
												
												  
												
												
												Aħna għall-kuntrarju, rridu 
												nilqgħu t-tħabbira li nsibu 
												fil-parabbola evanġelika 
												tal-Fariżew u l-pubblikan 
												(Ara Lq 18, 9-14). Il-pubblikan, 
												b’xi mod, seta’ kellu xi xkuża 
												għal dnubietu li tnaqqaslu 
												l-ħtija tiegħu. Iżda din 
												l-iskuża m’hijiex bażata fuq 
												it-talba li għamel, imma fuq 
												l-għarfien tax-xejn tiegħu 
												quddiem il-qdusija ta’ Alla: 
												“Alla ħenn għalija, għax jien 
												midneb” (Lq 18, 13). Il-Fariżew 
												għall-kuntrarju jiskuża lilu 
												nnifsu għax forsi ħaseb li kellu 
												xi jsaffih minn ħtijietu. Hawn 
												għandna quddiemna żewġ suriet 
												ta’ mġiba tal-kuxjenza morali 
												tal-bniedem ta’ kull żmien. 
												Il-pubblikan juri kuxjenza 
												“niedma”, tagħraf sewwa 
												d-għufija tan-natura tagħha u 
												tara fi ħtijietha, huma x’inhuma 
												l-iskużi soġġettivi li ġġib, 
												il-ħtieġa għaliha tal-fidwa. 
												Il-Fariżew minn-naħa l-oħra juri 
												kuxjenza “kuntenta biha 
												nnifisha”, li taħseb li tista’ 
												tħares il-liġi mingħajr 
												l-għajnuna tal-grazzja, żgura li 
												ma teħtieġ ebda ħniena. 
												  
												
												
												105.
												
												
												Kulħadd għandu joqgħod attent li 
												ma jiħux id-drawwa tal-Fariżew, 
												li jipprova 
												
												
												jwarrab minnu l-għarfien 
												tal-limiti tiegħu u ta’ 
												dnubietu, drawwa li llum tidher 
												partikularment fl-isforzi li qed 
												isiru biex in-normi morali jiġu 
												adattati għall-kapaċitajiet u 
												l-interessi partikulari, jew 
												għaċ-ċaħda stess ta kull norma. 
												Għall-kuntrarju, meta wieħed 
												jammetti differenza bejn liġi u 
												kapaċitajiet tal-bniedem, 
												jiġifieri l-kapaċitajiet 
												tal-forzi morali tal-bniedem 
												imħolli waħdu, jitħeġġeġ 
												bix-xewqa tal-grazzja u jħejji 
												ruħu biex jirċeviha. “Min se 
												jeħlisni minn dan il-ġisem 
												tal-mewt?” jistaqsi San Pawl 
												lilu nnifsu, “Nizziħajr lil Alla 
												permezz ta’ Ġesú Kristu Sidna”, 
												(Rum 7, 24-25). 
												
												
												  
												
												
												Insibu l-istess għarfien f’din 
												it-talba ta’ l-Isqof San Ambroġ: 
												“X’inhu l-bniedem jekk ma 
												żżurux? Tinsiex li jiena 
												dgħajjef, ftakar li sawwartni 
												mit-trab. Kif nista’ nżomm jekk 
												int ma ssaħħaħx bla heda ‘l dan 
												it-tajn biex is-sbuħija tiegħi 
												tiġi mill-ħarsa ta’ wiċċek? 
												‘Jekk taħbi wiċċek, huma 
												jitfixklu (Salm 103, 29); jekk 
												tħares, miskin jien! Ma hemm 
												xejn li tista’ tara fija jekk 
												mhux tbajja ta’ dnubiet: ma hemm 
												xejn ta’ siwi kemm jekk titlaqni 
												u kemm jekk tħares lejja, għax 
												meta tħares lejna tara li aħna 
												noffenduk. Iżda nistgħu naħsbu 
												li int ma twarrabx lil dawk li 
												fuqhom titfa’ ħarstek, għax int 
												issaffi lil min tara. Hemm nar 
												iħeġġeġ quddiemu li jeqred kull 
												ħtija” (ara Gal 2, 3). 
												  
												
												
												IL-MORALITÁ U 
												L-EVANĠELIZZAZZJONI L-ĠDIDA 
												
												
												106.
												
												
												L-evanġelizzazzjoni hi l-aqwa 
												sfida li qanqlet il-Knisja sa 
												mill-bidu tagħha 
												
												
												stess. Din l-isfida fil-fatt 
												m’hijiex ġejja 
												mill-kondizzjonijiet soċjali u 
												kulturali li fihom il-Knisja 
												sabet ruħha tul il-ġrajja twila 
												tagħha, imma aktar minn Ġesú 
												Kristu li qam mill-imwiet, 
												mill-ordni tiegħu li wera x’hini 
												l-essenza tal-missjoni 
												tal-Knisja: “Morru fid-dinja 
												kollha, xandru l-Bxara t-tajba 
												lill-ħolqien kollu” (Mk 16, 15). 
												
												
												  
												
												
												Iżda żmien li fih qegħdin 
												ngħixu, almenu għal ħafna popli, 
												għandu sfida li ma bħala 
												għall-“evanġelizzazzjoni ġdida”, 
												jiġifieri tħabbira ta’ 
												l-Evangelju, li hu dejjem ġdid u 
												dejjem iħabbar ħwejjeġ ġodda, 
												evanġelizzazzjoni li trid tkun 
												“ġdida fil-ħeġġa tagħha, 
												fil-metodi tagħha, u fis-suriet 
												tagħha”. 
												It-telfien tal-fidi nisranija, 
												li qed jolqot popli sħaħ u 
												komunitajiet li fl-imgħoddi 
												kienu minn ta’ qauddiem 
												fix-xhieda ta’ ħajja nisranija, 
												mhux biss iġġib it-telfien 
												tal-fidi jew b’xi mod in-nuqqas 
												tas-siwi tagħha għall-ħajja, 
												imma twassal ukoll u bil-fors 
												biex jonqos jew jiddallam 
												is-sens morli. Dan jiġri jew 
												għax jintilef l-għarfien 
												mill-kuxjenza ta’ dak li hi 
												l-moralitá nisranija, jew għax 
												jintilfu għal kollox 
												il-prinċipji fondamentali 
												tal-virtujiet morali. 
												It-tendenzi soġġettivi, 
												utilitarji u relattivi, hekk 
												imxerrda llum, juru mhux biss 
												qagħdiet prammatiċi jew suriet 
												ta’ mġiba, imma wkoll 
												opinjonijiet mibnijin fuq 
												teoriji li min iħaddanhom 
												iqishom leġittmi kemm 
												kulturalment u kemm soċjalment. 
												  
												
												
												107.
												
												
												L-evanġelizzazzjoni 
												– u għalhekk 
												l-“evanġelizzazzjoni l-ġdida” –
												tħabbar ukoll veritajiet 
												morali. Ġesú nnifsu, huwa u 
												jxandar is-saltna ta’ Alla u 
												l-imħabba salvifika tiegħu, 
												stieden in-nes għall-fidi u 
												l-konverżjoni (ara Mk 1, 15). 
												Sab Pietru, flimkien ma’ 
												l-Appostli l-oħra, huma u 
												jxandru l-qawmien mill-imwiet 
												ta’ Ġesú ta’ Nazaret, ħabbru 
												sura ġdida ta’ ħajja “triq” 
												ġdida li jridu jgħaddu minnha 
												dawk kollha li jridu jmorru wara 
												Kristu rxoxt (ara Atti 2, 37-41; 
												3, 17-20). 
												
												
												  
												
												
												L-Evanġelizzazzjoni l-ġdida, 
												bħalma tagħmel għall-veritajiet 
												tal-fidi, wisq aktar tagħmlu 
												dwar is-sisien tal-morali 
												nisranija u dwar it-tifsir 
												tagħha, għax barra li turi 
												l-veritá tagħha, fl-istess waqt 
												toħroġ il-qawwa missjunarja 
												kollha tagħha, li sseħħ mhux 
												biss bit-tħabbir tal-kelma billi 
												l-kelma ngħixuha fil-ħajja. 
												B’mod partikulari hi ħajja ta’ 
												qdusija,li tiddi f’tant membri 
												tal-Poplu ta’ Alla, spiss umli u 
												moħbija minn għajnejn in-nies, 
												ħajja mill-aktar sempliċi u 
												mill-isbaħ, li jekk ngħixuha 
												minnufih nistgħu naraw il-ġmiel 
												tal-veritá, il-qawwa li ssalva 
												ta’ l-imħabba ta’ Alla, u s-siwi 
												ta’ fedeltá sħiħa għal kull ma 
												titlob il-liġi ta’ Alla, ukoll 
												f’ċirkostanzi mill-aktar 
												diffiċli. Għalhekk il-Knisja, 
												bil-ħila tagħha, għat-tagħlim 
												tal-moralitá, dejjem ħeġġet 
												lill-insara biex jgħixu ħajja 
												skond il-kmandamenti ta’ Alla u 
												l-beatitudnijiet ta’ l-Evanġelju 
												u jfittxu u jsibu mudell, qawwa 
												u hena tal-Qaddisin irġiel u 
												nisa b’mod speċjali, fil-Verġni 
												Omm Alla “mimlija bil-grazzja” u 
												“kollha kemm hi qaddisa”. 
												
												
												  
												
												
												Il-ħajja tal-Qaddisin, rifless 
												tat-tjieba ta’ Alla, ta’ Dak li 
												hu “waħdu Tajjeb”, mhux biss 
												hija stqarrija vera tal-fidi li 
												twassalna wkoll biex ngħadduha 
												lill-oħrajn, imma hi fuq kollox 
												tifħir ta’ Alla u tal-qdusija 
												infinita tiegħu. Hekk il-ħajja 
												qaddisa twassal għall-milja 
												sħiħa u għall-effett sħiħ tiegħu 
												l-uffiċċju wieħed, profetiku, 
												saċerdotali u regali, li kull 
												nisrani jirċievi bħala don 
												tat-twelid ġdid “mill-ilma u 
												l-Ispirtu s-Santu” (Ġw 3, 5). 
												L-istess ħajja morali għandha 
												sura mill-aqwa ta’ “qima 
												spiritwali” (ara Rum 12, 1; Fil 
												3, 3), li tiġi u tissaħħaħ minn 
												dik l-għajn li ma tintemm qatt 
												ta’ qdusija u ta’ tifħir lil 
												Alla, li huma s-Sagramenti, u 
												l-aktar l-Ewkaristija; għaliex 
												in-nisrani, huwa u jissieħeb 
												fis-sagrifiċċju tas-salib, 
												jixxierek ma’ dik l-imħabba, li 
												wasslet lil Kristu biex jagħti 
												lilu nnifsu, u jiġi msaħħaħ biex 
												jimpenja ruħu ħa jgħix din 
												l-imħabba fi ħsibijietu u 
												f’għemilu. Fil-ħajja morali 
												l-qadi regali jidher u jseħħ 
												bl-għajnuna tal-grazzja u aktar 
												ma wieħed jobdi l-liġi ġdida ta’ 
												l-Ispirtu s-Santu, aktar jikber 
												fil-libertá li għaliha hu 
												msejjaħ permezz tal-misteru 
												tal-veritá, ta’ l-imħabba u 
												tal-ġustizzja. 
												  
												
												
												108.
												
												
												L-għerq ta’ l-evanġelizzazzjoni 
												l-ġdida u tal-ħajja morali ġdida 
												li turi u tqanqal frott ta’ 
												qdusija u ħeġġa missjunarja hu
												l-Ispirtu ta’ Kristu, 
												il-bidu u l-qawwa ta’ kull frott 
												fil-Knisja Mqaddsa Ommna, kif 
												iwissina l-Papa Pawlu VI “Ebda 
												predikazzjoni ma jista’ jkun 
												hemm mingħajr don ta’ l-Ispirtu 
												s-Santu”. 
												Mill-Ispirtu ta’ Ġesú, milqugħ 
												bl-umiltá u t-tjieba fil-qalb 
												ta’ min jemmen, jiġi l-frott 
												tal-ħajja morali nisranija u 
												x-xħieda tal-varjetá kbira ta’ 
												sejħat, doni, 
												responsabbiltajiet, 
												kondizzjonijiet u qagħdiet 
												tal-ħajja. Hu l-Ispirtu s-Santu, 
												kien qal Novazjanu, huwa u 
												jfisser il-fidi vera tal-Knisja 
												dwar dan, “li jwettaq il-qlub u 
												l-fehmiet ta’ dawk li ħabbrilhom 
												il-misteri ta’ l-Evanġelju, li 
												xerred fuqhom id-dija tad-dawl 
												tal-ħwejjeġ tas-sema u, mwettqin 
												minnu, ma jibżgħux la 
												mill-ħabsijiet u lanqas 
												mill-ktajjen, anzi jgħaffġu fuq 
												is-setgħat u t-turmenti 
												tad-dinja, armati u msaħħin 
												minnu, għax fihom ikollhom 
												id-doni li dan l-istess Spirtu 
												jqassam bħala doni lill-Knisja, 
												għallem l-għorrief, mexxa 
												l-ilsna, għamel għeġubijiet u 
												mirakli, ta’ l-għażla ta’ 
												l-ispirti, qassam kull tmexxija, 
												nebbaħ pariri, qassam u mexxa 
												l-kariżmi l-oħra kollha li hemm 
												biex il-Knisja tal-Mulej 
												jagħmilha perfetta u sħiħa 
												kullimkien u f’kulħadd”. 
												
												
												  
												
												
												F’dan il-kontest ħaj ta’ 
												l-evanġelizzazzjoni l-ġdida, li 
												trid tagħti bidu u taħji l-fidi 
												“li taħdem permezz ta’ 
												l-imħabba” (Gal 5, 6), 
												b’riferenza għall-ħidma ta’ 
												l-Ispirtu s-Santu, nistgħu 
												nifhmu liema hu l-post li 
												fil-Knisja ix-xirka ta’ dawk li 
												jemmnu, għandu jkollha 
												riflessjoni fuq it-teoloġija 
												tal-ħajja morali, u nistgħu 
												wkoll nuru x’inhi l-missjoni u 
												x’inhuma r-responsabbiltajiet 
												tal-moralisti. 
												  
												
												
												IL-MINISTERU TA’ L-GĦALLIEMA 
												TAT-TEOLOĠIJA MORALI 
												
												
												109.Il-Knisja kollha, imsieħba
												uffiċċju profetiku 
												tal-Mulej Ġesú b’don ta’ 
												l-Ispirtu s-Santu, hi msejħa 
												biex ixxandar l-Evanġelju u 
												tagħti xhieda ta’ ħajja 
												tal-fidi. Bi grazzja ta’ 
												l-Ispirtu s-Santu, li dejjem hu 
												mal-Knisja (ara Ġw 14,16-17), 
												“il-ġemgħa tal-fidili kollha li 
												għandhom l-unzjoni ta’ l-Ispirtu 
												s-Santu (ara 1 Ġw 2, 20-27), ma 
												jistgħux jitqarrqu fi 
												twemminhom, din il-ġemgħa turi 
												din il-kwalitá speċjali tagħha 
												permezz tas-sens sopranaturali 
												tal-fidi tal-poplu kollu, meta 
												‘mill-Isqfijiet sa l-inqas 
												wieħed fost il-lajċi’, turi 
												l-qbil ta’ kulħadd dwar 
												veritajiet ta’ fidi u ta’ 
												morali”.
												 
												
												
												  
												
												
												Il-Knisja hija u taqdi 
												l-uffiċċju profetiku tagħha 
												bla heda, trid tqanqal u 
												“tqajjem” (2 Tim 1, 6) il-ħajja 
												tal-fidi tagħha, taħt 
												it-tmexxija ta’ l-Ispirtu 
												s-Santu, billi tagħraf dejjem 
												aktar fil-fond kull ma hemm 
												fil-fidi stess. Fil-qadi ta’ dan 
												il-ministeru ta’ għarfien aktar 
												fil-fond tal-fidi b’fedeltá 
												sħiħa tinsab “il-vokazzjoni” 
												tat-teoloġi. Naqraw 
												fl-istruzzjoni Donum 
												veritatis: “Fost 
												il-vokazzjonijiet li l-Ispirtu 
												jqajjem fil-Knisja hi għolja 
												ħafna l-vokazzjoni tat-teoloġi 
												li b’mod speċjali għandhom 
												id-dmir, f’għaqda mal-Maġisteru, 
												jiksbu għarfien aktar fil-fond 
												tal-Kelma ta’ Alla, li tinsab 
												fl-Iskrittura ispirata u 
												titwassal tul iż-żmienijiet 
												permezz tat-Tradizzjoni ħajja 
												tal-Knisja. Il-fidi , min-natura 
												tagħha, timpenja r-raġuni 
												għaliex turi lill-bniedem 
												il-veritá tad-destin tiegħu u 
												t-triq biex jiksbu. Għalkemm din 
												il-veritá tiżboq għal kollox 
												il-mod kif aħna nitkellmu, u 
												t-tagħrif kollu li għandna ma 
												jwassalx biex infissru l-kobor 
												kollu tagħha, għax qatt ma 
												nistgħu nagħrfuha biżżejjed (ara 
												Ef 3, 19), din il-veritá 
												tistieden lir-raġuni – mogħtija 
												lilna bħala don biex nagħrfu 
												l-veritá – biex tkun imdawla 
												b’rispett għall-veritá, tfittex 
												tifhem il-fidi, tgħin lill-Poplu 
												ta’ Alla, skond l-ordni ta’ 
												l-Appostlu (ara 1 Piet 3, 15) 
												biex jagħti tweġiba ta’ l-għala 
												tat-tama li għandu”. 
												
												
												  
												
												
												
												L-għarfien tar-rabta intima u 
												ħajja mal-Knisja u mal-misteru 
												tagħha u mal-ħajja u l-ħidma 
												tagħha 
												
												turi verament x’inhi 
												t-teoloġija, u għalhekk turiha 
												wkoll kif taqdi l-uffiċċju 
												tagħha. “It-teoloġija hi xjenza 
												ekkleżjali għax tikber 
												fil-Knisja u taħdem fiha. Għax 
												taqdi l-Knisja trid tħoss li hi 
												impenjata fil-missjoni 
												tal-Knisja u l-aktar 
												fil-ministeru profetiku tagħha”. 
												It-teoloġija vera, min-natura 
												tagħha stess u bil-qawwa 
												dinamika tagħha, tista’ 
												tiffjorixxi u timxi ‘l quddiem, 
												jekk, b’impenn u b’sens ta’ 
												responsabbiltá, tissieħeb u 
												tħoss li hi mal-Knisja, bħala 
												“xirka ta’ fidi”, u mbagħad 
												il-frott tar-riċerka u 
												tar-riflessjoni fil-don 
												tat-teoloġija jagħni l-Knisja u 
												l-ħajja tagħha. 
												  
												
												
												110.
												
												
												Kull ma għedna sa issa b’mod 
												ġenerali dwar it-teoloġija 
												nistgħu u għandna ntennuh dwar
												it-teoloġija morali, 
												fin-natura speċifika tagħha ta’ 
												riflessjoni xjentifika dwar 
												l-Evanġelju bħala kmandament ta’ 
												ħajja ġdida, ta’ ħajja skond 
												il-veritá u l-imħabba (ara Ef 4, 
												15) ta’ ħajja ta’ qdusija 
												tal-Knisja fejn tiddi l-veritá 
												ta’ dak li hu tajjeb 
												fil-perfezzjoni sħiħa tiegħu. 
												Mhux biss fil-qasam tal-fidi 
												imma wkoll, b’rabta li ma 
												tinħall qatt, fil-qasam ta’ 
												l-imġiba morali, jindaħal 
												il-Maġisteru tal-Knisja, li 
												bħala uffiċċju għandu li 
												“jagħraf, permezz ta’ ġudizzju 
												li jorbtu l-kuxjenza tal-fidili, 
												dawk l-għemejjel li fihom 
												infushom jaqblu ma’ dak li 
												titlob il-fidi u jġibhom ‘il 
												quddiem fil-ħajja ta’ kuljum u 
												jagħżilhom minn dawk 
												l-għemejjel, li għax huma fihom 
												infushom ħżiena, ma jistgħux 
												ikunu jaqblu ma’ dak li titlob 
												il-fidi”.
												Il-Maġisteru tal-Knisja, 
												huwa u jxandar il-kamandamenti 
												ta’ Alla u l-imħabba ta’ Kristu, 
												jgħallem ukoll lill-fidili 
												preċetti partikulari u speċifiċi 
												u jitlob minnhom li jqisuhom 
												bħala moralment obbligatorji u 
												jgħożżuhom bir-rispett kollu. 
												Il-Maġisteru jaqdi ministeru 
												għoli ta’ ħarsien, biex iwissi 
												l-fidili dwar tagħlim żbaljat li 
												jista’ jxerred fosthom, ukoll 
												jekk hu żbaljat biss 
												impliċitament, meta l-kuxjenza 
												tagħhom ma tasalx biex tagħraf 
												in-normi morali ġusti u veri li 
												jgħallem il-Maġisteru. 
												
												
												  
												
												
												Hawn jidħol id-dmir ta’ dawk li, 
												b’mandat leġittmu, jgħallmu 
												t-Teoloġija morali fis-Seminarji 
												u l-fakultajiet teoloġiċi. Hu 
												dmir gravi tagħhom li jgħallmu 
												‘l-fidili – u speċjalment lil 
												dawk li għada se jkunu ragħajja 
												ta’ l-erwieħ – il-kmandamenti 
												kollha u n-normi li jridu jiġu 
												mħarsa, li l-Knisja tagħmel 
												bl-awtoritá kollha tagħha”. 
												
												
												  
												
												
												Waqt li jagħrfu li l-argumenti 
												umani tal-Maġisteru jistgħu 
												jkunu limitati, dawk li jgħallmu 
												t-teoloġija morali għandhom 
												jippruvaw jifhmu aktar fil-fond 
												ir-raġunijiet tat-tagħlim 
												tal-Maġisteru u juru s-siwi u 
												l-obbligu li għandhom dawn 
												il-kmandamenti, ifissru x’rabta 
												għandhom bejniethom u 
												r-relazzjoni tagħhom ma’ l-għan 
												aħħari tal-bniedem. 
												Hu dmir dawn it-teoloġi li 
												jfissru t-tagħlim tal-Knisja 
												huma u jaqdu l-ministeru tagħhom 
												u jagħtu eżempju ta’ rispett 
												sinċier, internament u 
												esternament, għat-tagħlim 
												tal-Maġisteru, kemm 
												fid-dommatika u kemm fil-morali. 
												It-teoloġi f’ħidma ta’ 
												kooperazzjoni sħiħa 
												tal-Magisteru ġerarkiku, 
												għandhom ifittxu li jfissru 
												sewwa l-pedamenti bibliċi, 
												it-tifsir etiku, ir-raġunijiet 
												antropoloġiċi li hemm u li 
												jwettqu t-tagħlim tal-Knisja u 
												l-fehma li għandha tal-bniedem. 
												  
												
												
												111.
												
												
												Il-ministeru li jridu jaqdu llum 
												l-għalliema tat-teoloġija morali 
												hu important ħafna mhux biss 
												għall-ħajja u l-ħidma 
												tal-Knisja, imma wkoll 
												għas-soċjetá u l-kultura 
												tal-bniedem. Dmirhom hu li, 
												f’rabta sħiħa mat-teoloġija 
												biblika u dommatika, u permezz 
												ta’ riflessjoni xierqa, juru 
												f’dawl tassew ċar, “dak l-aspett 
												dinamiku li jqanqal it-tweġiba 
												li l-bniedem jeħtieġ jagħti 
												għas-sejħa ta’ Alla li tasallu, 
												huwa u jikber fl-imħabba fi ħdan 
												komunitá ta’ salvazzjoni. B’dan 
												il-mod it-teoloġija morali 
												tikseb dimensjoni spiritwali 
												fiha nnifisha, hija u twieġeb 
												għall-ħtieġa li dejjem aktar 
												iseħħix-xbieha ta’ Alla 
												li hi l-bniedem, bi tweġiba 
												għal-liġijiet li jirregolaw dak 
												il-progress spiritwali imfisser 
												mit-teoloġija axxetika u mistika 
												nisranija”. 
												
												
												  
												
												
												Illum it-teoloġija morali u 
												t-tagħlim tagħha jinsabu 
												f’diffikultá partikulari. 
												Għaliex il-moralitá tal-Knisja 
												tistenna li jsir dak li tordna, 
												it-teoloġija morali ma tistax 
												tkun biss ġabra ta’ tagħlim dwar 
												it-tagħrif biss li jagħtu 
												x-xjenzi tal-bniedem. Dawn 
												ix-xjenzi huma interessati biss 
												fil-fenomeni ta’ moralitá bħala 
												fatti storiċi u soċjali waqt li 
												t-teoloġija morali, għalkemm 
												trid tuża dak li jagħtu dawn 
												ix-xjenzi dwar il-bniedem u 
												n-natura, ma toqgħodx biss fuq 
												dak li joħroġ minn 
												osservazzjonijiet emperiċi 
												formali jew minn għarfien 
												fenomenoloġiku biss. Fil-fatt 
												kull ma hu proprju tax-xjenzi 
												dwar il-bniedem, fil-teoloġija 
												morali għandu dejjem jitqies 
												b’riferenza għall-mistoqsija: 
												“X’inhu tajjeb u x’inhu l-ħażin? 
												X’għandu jsir biex tinkiseb 
												il-ħajja ta’ dejjem? 
												  
												
												
												112.
												
												
												It-teologu li jiddedika ruħu 
												għat-teoloġija morali għandu 
												għalhekk juża l-għaqal kollu 
												tiegħu, minħabba li l-kultura 
												ta’ żminijietna hi l-aktar 
												kultura ta’ xjenza u ta’ 
												teknika, hi mhedda 
												mir-relattiviżmu, 
												mill-pragmatiżmu u 
												mill-pożittiviżmu. Skond 
												it-tagħlim tat-teoloġija, 
												il-prinċipji tal-moralitá ma 
												jiddependux miż-żmien li fih 
												isiru magħrufin. U mbagħad, għax 
												xi nsara qed jittraskuraw 
												it-tagħlim tal-Maġisteru jew 
												iqisu moralment tajba mġiba li 
												r-Ragħajja tal-Knisja jgħidu li 
												hi kontra l-liġi ta’ Alla, dan 
												m’għandux jitqies argument 
												validu biex wieħed jiċħad 
												il-veritá tan-normi li 
												jifformulaw prinċipji morali. 
												It-teoloġija morali ma ticħadx 
												is-siwi ta’ dawn il-metodi, iżda 
												ma tillimitax il-fehmiet tagħha 
												għal dawn il-metodi biss, u 
												b’fedeltá sħiħa għas-sens 
												sopranaturali tal-fidi, tqis 
												l-aktar id-dimensjoni 
												spiritwali tal-qalb tal-bniedem 
												u l-vokazzjoni tagħha 
												għall-imħabba ta’ Alla. 
												
												
												Waqt li x-xjenzi dwar 
												il-bniedem, bħax-xjenzi 
												sperimentali kollha, jiżviluppaw 
												fehmiet empiriċi u statistiċi 
												dwar “moralitá”, il-fidi 
												tgħallem li din il-moralitá 
												għandha fiha s-sinjali 
												tal-waqgħa tal-bniedem fil-bidu 
												tal-ħolqien, jiġifieri hi 
												midruba mid-dnub. Il-fidi 
												nisranija biss turi lill-bniedem 
												it-triq li twasslu lura 
												għall-“bidu” tiegħu (ara Mt 19, 
												8), triq li spiss m’hijiex dik 
												l-istess tan-normi empiriċi. 
												Ix-xjenzi tal-bniedem, għalkemm 
												jagħtu ħafna tagħrif ta’ 
												importanza kbira, ma jistgħux 
												jagħtu normi morali definittivi. 
												L-Evanġelju biss juri l-veritá 
												kollha dwar il-bniedem u dwar 
												il-moralitá tal-mixi morali 
												tiegħu, u hekk idawwal ir-raġuni 
												u jwissi l-midinbin billi 
												jħabbrilhom il-ħniena ta’ Alla, 
												li ma jieqaf qatt jaħdem biex 
												jeħlishom mid-disperazzjoni għax 
												ma jistgħux ikunu jafu u jħarsu 
												l-liġi ta’ Alla, jew jeħlishom 
												mill-prużunzjoni tagħhom li 
												jistgħu jsalvaw bla ebda merti. 
												Tfakkarhom ukoll dwar il-ferħ li 
												jiġi mill-maħfra, li waħedha 
												biss tagħti l-qawwa li nagħrfu 
												l-veritá salvatriċi tal-liġi 
												morali u l-grazzja tat-tama u 
												t-triq tal-ħajja. 
												  
												
												
												113.
												
												
												It-tagħlim tat-teoloġija morali 
												jitlob li wieħed jaċċetta 
												liberament responsabbiltajiet 
												intellettwali, spiritwali u 
												pastorali. Għalhekk it-teoloġi 
												li jgħallmu l-morali, li 
												għandhom il-mandat li jgħallmu 
												d-duttrina tal-Knisja, għandhom 
												l-obbligu kbir li jħarrġu 
												lill-fidili għal din l-għażla 
												morali, jiġifieri li jimpenjaw 
												ruħhom ħa jagħmlu dak li hu 
												l-ġid tassew u jitolbu 
												bil-fiduċja kollha l-grazzja ta’ 
												Alla. 
												
												
												  
												
												
												Jekk id-differenzi 
												fl-opinjonijiet fil-ħajja 
												pubblika huma s-sinjal normali 
												ta’ demokrazija 
												rappreżentattiva, it-tagħlim 
												morali bl-ebda mod ma jista’ 
												jiddependi mir-regoli 
												“proċedurali” ta’ demokrazija 
												rappreżentattiva. It-tagħlim 
												morali ma jistax jiġi deċiż 
												skond il-proċeduri u r-regoli 
												ta’ l-ordni demokratiku. 
												
												
												  
												
												
												
												In-nuqqas ta’ qbil 
												
												mat-tagħlim tal-Maġisteru 
												permezz ta’ protesti mħejjijin 
												sewwa u ta’ argumenti kuntrarji 
												fuq il-mass media imur kontra 
												x-xirka tal-Knisja u kontra 
												l-fehma vera tal-kostituzzjoni 
												ġerarkika tal-Poplu ta’ Alla.
												Fiċ-ċaħda tat-tagħlim ta’ 
												l-Isqfijiet ma narawx imfissra 
												la l-libertá nisranija u lanqas 
												il-varjetá tad-doni ta’ 
												l-Ispirtu s-Santu. F’din 
												il-ħaġa, ir-Ragħajja ta’ 
												l-erwieħ għandhom jagħmlu ħidma 
												li tkun taqbel sewwa 
												mal-ministeru appostoliku 
												tagħhom, billi jinsistu li hu 
												dritt tal-fidili li 
												t-tagħlim tal-Knisja jaslilhom 
												sħiħ u fis-safa kollu tiegħu. 
												“It-teologu qatt ma għandu jinsa 
												li hu wkoll membru tal-Poplu ta’ 
												Alla, għandu juri rispett kbir 
												lejh, u jilqa’ d-dmir li 
												jgħallmu b’mod li ma jagħmel 
												ebda ħsara lit-tagħlim tal-fidi”. 
												  
												
												
												ID-DMIRIJIET PASTORALI TAGĦNA 
												
												
												114.
												
												
												Il-Konċilju Vatikan II jwissi li 
												r-responsabbiltá għall-fidi u 
												għall-ħajja tal-fidi tal-Poplu 
												ta’ Alla, taqa’ proprjament u 
												b’mod speċjali fuq ir-Ragħajja 
												ta’ l-erwieħ. “Fost id-dmirijiet 
												ewlenin ta’ l-Isqfijiet hemm 
												quddiem nett ix-xandir ta’ 
												l-Evanġelju. L-Isqfijiet huma 
												l-ħabbâra ta’ l-Evanġelju ħa 
												jwasslu dixxipli ġodda għand 
												Kristu u huma veri għalliema, 
												jiġifieri għalliema mżejnin 
												bl-awtoritá ta’ Kristu, li 
												jħabbru lill-poplu fdat lilhom 
												il-fidi li għandhom jemmnu u li 
												juru fl-imġiba kollha tagħhom, 
												ifissruha fid-dawl ta’ l-Ispirtu 
												s-Santu, huma u joħorġu 
												mit-teżor tar-Rivelazzjoni 
												ħwejjeġ ġodda (ara Mt 13, 52), 
												ħalli tagħti frott; iridu 
												jgħassu biex ibiegħdu kull żball 
												li jkun jhedded il-merħla 
												tagħhom (ara 2 Tim 4, 1-4)”
												
												. 
												
												
												  
												
												
												Hu dmir tagħna lkoll, u hi wkoll 
												qabel xejn grazzja tagħna lkoll 
												bħala Ragħajja u Isqfijiet, 
												ngħallmu lill-insara dak kollu 
												li jista’ jwassalhom għand Alla 
												kif Kristu għamel maż-żagħżugħ 
												ta’ l-Evanġelju li staqsieh 
												x’għandu jagħmel. 
												Għall-mistoqsija, “X’tajjeb 
												għandi nagħmel biex nikseb 
												il-ħajja ta’ dejjem?” (Mt 19, 
												16), Ġesú semmielu lil Alla, 
												is-Sid tal-ħolqien u tal-Patt, 
												fakkru fil-kmandamenti morali ġa 
												rivelati fi żmien il-Patt 
												il-Qadim, urieh l-ispirtu u 
												l-awtoritá għolja tagħhom, u 
												ħajru jimxi warajh fil-faqar, 
												fl-umiltá u fl-imħabba: “Ejja u 
												imxi warajja”. Il-veritá ta’ dan 
												it-tagħlim ġie mwettaq bid-demm 
												ta’ Kristu fuq is-salib; hekk 
												saret fl-Ispirtu s-Santu l-liġi 
												l-ġdida tal-Knisja u ta’ 
												l-insara kollha. 
												
												
												  
												
												
												“It-tweġiba” għal dak li titlob 
												il-moralitá, il-Mulej fdaha 
												l-aktar lilna bħala Ragħajja 
												tal-Knisja, għax aħna msejħin 
												biex infissruha b’mod ċar 
												fil-qadi tal-ministeru 
												profetiku tagħna. 
												Il-ministeru pastorali tagħna 
												dwar it-tagħlim morali nisrani 
												rridu neżerċitawh ukoll bħala 
												ministeru saċerdotali, u dan 
												nagħmluh meta nqassmu d-doni 
												tal-grazzja u tal-qdusija 
												lill-insara.biex ikunu jistgħu 
												jħarsu l-liġi qaddisa ta’ Alla, 
												u nwettquhom bit-talb kollu 
												fiduċja u ma jaqta’ qatt tagħna 
												biex jibqgħu sħaħ f’dak li 
												titlob minnhom il-fidi u jgħixu 
												fl-ispirtu ta’ l-Evanġelju (ara 
												Kol 1, 9-12). Id-duttrina morali 
												nisranija llum għandha tkun 
												wieħed mill-oqsma l-aktar 
												importanti ta’ l-għassa 
												pastorali tagħna u tat-tħaddim 
												tal-ministeru regali tagħna. 
												  
												
												
												115.
												
												
												Din hi l-ewwel darba li 
												l-Maġisteru tal-Knisja qiegħed 
												ixandar b’mod l-aktar 
												 
												
												
												wiesa’ l-elementi ewlenin 
												tat-tagħlim morali tal-Knisja, u 
												qed juri liema huma l-prinċipji 
												li jridu jirregolaw l-għażliet 
												pastorali f’qagħdiet prattiċi u 
												kulturali li jkunu komplessi 
												ħafna u ftit u xejn 
												problematiċi. 
												
												
												  
												
												
												Fid-dawl tar-Rivelazzjoni u 
												tat-tagħlim dejjem sejjer 
												tal-Knisja, u l-aktar fid-dawl 
												tat-tagħlim tal-Konċilju Vatikan 
												II, fakkarna fil-qosor x’inhuma 
												l-kwalitajiet essenzjali 
												tal-libertá u l-ġid ewlieni 
												tad-dinjitá tal-persuna 
												tal-bniedem, marbuta dejjem 
												mal-veritá ta’ għemilu, hekk li 
												tkun dejjem tingħaraf il-grazzja 
												u s-sinjal tal-predestinazzjoni 
												tagħna ħa nkunu wlied Alla 
												b’Ġesú Kristu, Ibnu l-Waħdieni 
												(ara Ef 1, 4-6). Din l-enċiklika 
												b’mod partikulari eżaminat xi 
												opinjonijiet li qed jidhru llum 
												fit-teoloġija morali. Qed 
												ngħassu fuqhom, aħna u nobdu 
												l-ordni mogħti mill-Mulej lil 
												San Pietru biex iwettaq lil ħutu 
												fil-fidi (ara Lq 22, 32) ħa 
												niċċaraw il-ġudizzju dwar 
												l-għażliet li nagħmlu flimkien u 
												ngħinu ‘l xulxin. 
												
												
												  
												
												
												Kull wieħed minna jagħraf 
												x’qawwa għandu l-qofol 
												tat-tagħlim ta’ din l-enċiklika, 
												li llum qed jiġi mtenni 
												bl-awtoritá tas-suċċessur ta’ 
												San Pietru. Kull wieħed minna 
												jista’ jagħraf kemm hi gravi 
												l-kwistjoni li qed timpenja mhux 
												biss lill-individwi imma 
												s-soċjetá kollha wkoll, issa li 
												ħassejna l-ħtieġa li 
												nikkonfermaw l-universalitá u 
												l-immutabbilitá tal-preċetti 
												morali, u l-aktar 
												tal-preċetti negattivi li dejjem 
												u bla eċċezzjoni jipprojbixxu 
												għemil intrinsikament ħażin, 
												għemil ħażin fih innifsu. 
												
												
												  
												
												
												Fl-għarfien ta’ dawn 
												il-Kmandamenti, il-qalb 
												nisranija u l-imħabba pastorali 
												tagħna juru att ta’ ubbidjenza 
												lejn Dak “li ħabbna l-ewwel” (1 
												Ġw 4,19). Alla jitlob minna li 
												nkunu qaddisin kif hu qaddis 
												(ara Lq 19, 2), inkunu fi 
												Kristu, perfetti kif hu perfett 
												(ara Mt 5, 48) ħalli s-sbuħija 
												urġenti ta’ dan il-kmandament 
												ikollha s-sisien tagħha 
												fil-ħniena ta’ Alla li ma tonqos 
												qatt (ara Lq 6, 36) kmandament 
												li l-għan tiegħu hu li jmexxina, 
												bl-għajnuna tal-ġrazzja ta’ 
												Alla, fit-triq li twassal 
												għall-milja tal-ħajja li hi 
												proprja ta’ wlied Alla. 
												  
												
												
												116.
												
												
												Hu dmir tagħna bħala Isqfijiet,
												naraw il-Kelma ta’ Alla 
												titħabbar lill-insara 
												bil-fedeltá kollha. Hi parti 
												mill-ministru pastorali tagħna, 
												għeżież ħuti fl-Episkopat, li 
												dan it-tagħlim morali jitwassal 
												bla mittiefes u li naraw ukoll, 
												f’ħin waqtu, li l-insara jkunu 
												mħarsin minn kull tagħlim 
												tal-Knisja. F’din il-missjoni 
												aħna lkoll għandna l-għajnuna 
												tat-teoloġi, iżda l-opinjonijiet 
												tat-teoloġi la huma r-regola u 
												lanqas il-liġi tal-maġisteru 
												tagħna. L-awtoritá tal-maġisteru 
												tagħna, bl-għajnuna ta’ 
												l-Ispirtu s-Santu u bix-xirka 
												tagħna ma San Pietru u taħt 
												San Pietru, toħroġ 
												mill-fedeltá tagħna lejn il-fidi 
												kattolika li rċevejna mingħand 
												l-Appostli. Hu dmir gravi 
												proprju tagħna l-Isqfijiet, li 
												personalment naraw li 
												fid-djoċesijiet tagħna qed 
												jingħata “tagħlim sħiħ” (1 Tim 
												1, 10) dwar fidi u morali. 
												
												
												  
												
												
												Kull Isqof għandu responsabbiltá 
												partikulari dwar l-istituti 
												kattoliċi kemm jekk huma 
												istituti ta’ ħidma pastorali 
												familjari jew ta’ ħidma 
												pastorali soċjali u kemm jekk 
												huma istituti għat-tagħlim jew 
												għall-ħarsien tas-saħħa, kull 
												Isqof jista’ jwaqqafhom jew 
												jagħrafhom u jafdalhom ukoll 
												ċerti responsabbiltajiet, iżda 
												qatt ma għandu jħalli f’idejn 
												dawn l-istituti dak li hu 
												proprju d-dmir tiegħu bħala 
												Isqof. Hu dmir l-Isqfijiet, 
												f’xirka mas-Santa Sede, jaraw 
												għandhomx jagħtu l-isem ta’ 
												“kattoliku” lill-iskejjel, 
												lill-Universitajiet, 
												lid-djar ta’ kura u ta’ servizz 
												soċjali jew ineħħulhom dan 
												l-isem minħabba raġunijiet ta’ 
												differenzi serji mat-tagħlim 
												tal-Knisja. 
												  
												
												
												117.
												
												
												F’qalb in-nisrani, fil-fond ta’ 
												qalbu, dejjem tidwi l-mistoqsija 
												li ż-ħagħżugħ ta’ l-Evanġelju 
												għamel lil Ġesú: “Mgħallem, 
												x’tajjeb għandi nagħmel biex 
												nikseb il-ħajja ta’ dejjem?” (Mt 
												19, 16). Jeħtieġ li din 
												il-mistoqsija jagħmilha kull 
												wieħed lil dan l-Imgħallem 
												“tajjeb”, għaliex hu dak li 
												waħdu biss jista’ jwieġeb 
												bil-veritá kollha, f’kull qagħda 
												u f’kull ċirkostanza. 
												Lill-fidili li jistaqsuh 
												fil-fond ta’ qalbhom, il-Mulej 
												iwieġeb bi kliem il-Patt 
												il-Ġdid, li ġie fdat 
												lill-Knisja. Aħna, kif jgħid 
												għalih l-Appostlu intbgħatna 
												“biex inxandru l-Evanġelju, mhux 
												bi kliem il-għerf, sabiex ma 
												jiġix fix-xejn is-salib ta’ 
												Kristu” (1 Kor 1,17). Għalhekk, 
												fit-tweġib li tagħti l-Knisja 
												għall-mistoqsija tal-bnedmin, 
												hemm l-għerf tal-qawwa ta’ 
												Kristu msallab li hu l-Veritá li 
												tagħti lilha nnifisha. 
												
												
												  
												
												
												
												Meta n-nies jistaqsu lill-Knisja 
												dwar problemi tal-kuxjenza 
												tagħhom, 
												
												meta l-insara fil-Knsija jduru 
												lejn l-Isqfijiet u r-Ragħajja 
												fit-tweġiba tal-Knisja jinstema’ 
												leħen Ġesú Kristu, leħen 
												il-veritá dwar it-tajjeb u 
												l-ħażin. Fil-kelma li tgħid 
												il-Knisja jinstema’, fil-fond 
												tal-qalb tal-bniedem, leħen 
												Alla, li hu “waħdu t-Tajjeb” (Mt 
												19, 17) li hu waħdu “Mħabba” (1 
												Ġw 4, 8-16). 
												
												
												  
												
												
												
												Bl-unzjoni ta’ l-Ispirtu 
												s-Santu, din il-Kelma, 
												
												
												ħelwa u severa wkoll, hi dawl u 
												ħajja għall-bniedem. L-Appostlu 
												San Pawl ikompli jistedinna biex 
												ikollna fiduċja, għaliex 
												“il-ħila tagħna ġejja mingħand 
												Alla li tana l-ħila nkunu 
												ministri tal-Patt il-Ġdid, 
												il-Patt mhux ta’ l-ittra imma 
												ta’ l-ispirtu. 
												
												
												...Il-Mulej huwa Spirtu u fejn 
												hemm l-Ispirtu tal-Mulej hemm 
												il-ħelsien. Aħna lkoll li 
												b’wiċċna mikxuf nirriflettu 
												l-glorja tal-Mulej, qegħdin 
												ninbidlu fl-istess xbieha minn 
												glorja għal glorja, skond ma 
												jagħtina l-Mulej, li hu Spirtu” 
												(2 Kor 3, 5-6; 17-18). 
												  
												  
												  
												
												
												
												GĦELUQ 
												
												
												MARIJA OMM IL-ĦNIENA 
												
												
												118.
												
												
												Fi tmiem dawn 
												il-konsidrazzjonijiet ħa nafdaw 
												lilna nfusna, bit-tiġrib u 
												l-ferħ kollu ta’ ħajjitna, 
												il-ħaġa morali ta’ l-insara u 
												r-riċerki tat-teoloġi 
												fit-teoloġija morali, lil Marija 
												Omm Alla u Omm il-ħniena. 
												
												
												Hi Omm il-ħniena għaliex Ġesú 
												Kristu Binha, mibgħut 
												mill-Missier hu r-rivelazzjoni 
												tal-ħniena ta’ Alla (ara Ġw 3, 
												16-18). Ma ġiex biex jagħmel 
												ħaqq mill-bnedmin imma biex 
												jaħfer id-dnubiet u jurihom 
												ħniena (ara Mt 9, 13). L-ogħla 
												ħniena li wera kienet li għammar 
												fostna u sejħilna biex nistqarru 
												flimkien ma’ San Pietru li hu 
												“Iben Alla l-ħaj” (ara Mt 16, 
												16). La hemm ebda dnub 
												tal-bniedem li ma tistax tħassru 
												l-ħniena ta’ Alla u lanqas hemm 
												ebda dnub tal-bniedem li jista’ 
												jżomm lil Alla li ma jsawwabx 
												fuqna l-qawwa rebbieħa tiegħu, 
												jekk nitolbuh. L-istess dnub 
												iwassal biex tkun tiddi wisq 
												aktar l-imħabba ta’ Alla, li 
												biex jeħles il-bniedem imjassar 
												issagrifika lil Ibnu: 
												il-ħniena tiegħu hi l-fidwa 
												tagħna. Din il-ħniena tilħaq 
												il-milja tagħha permezz tad-don 
												ta’ l-Ispirtu s-Santu li jagħti 
												ħajja ġdida u jistennieha tkun 
												kemm ikun kbir it-tfixkil li 
												jsirlu minħabba d-dgħufija u 
												d-dnub tal-bniedem, l-Ispirtu 
												s-Santu dejjem iġedded il-wiċċ 
												ta’ l-art (ara Salm 104/103, 30) 
												u jkun jista’ jseħħ il-miraklu 
												tal-perfezzjoni ta’ kull ma hu 
												tajjeb. Din it-tiġdid li 
												jagħtina l-ħila li nagħmlu dak 
												li hu tajjeb, nobbli, sabiħ, dak 
												li jogħġob lil Alla u jaqbel 
												mar-rieda tiegħu, hu b’xi mod 
												il-fjur tad-don tal-ħniena li 
												jeħles mill-jasar tal-ħażen u 
												jagħti l-ħila biex ma nidinbux 
												aktar. Bid-don tal-ħajja ġdida, 
												Ġesú jagħtina sehem f’imħabbtu u 
												jwassalna fl-Ispirtu għand 
												il-Missier. 
												  
												
												
												119.
												
												
												Din hija ċ-ċertezza tal-fidi 
												nisranija li tfarraġna, l-għajn 
												ta’ l-umanitá qawwija u tas-sempliċitá 
												straordinarja tagħha. 
												Id-duttrina morali nisranija, 
												fid-diskussjonijiet komplessi u 
												diffiċli ħafna dwar il-moralitá, 
												tidher fiha nnifisha xi drabi 
												difficli ħafna u kważi 
												impossibbli tkun imħarsa. Dan 
												mhux minnu għaliex id-duttrina 
												nisranija fis-sempliċitá 
												evanġelika tagħha m’hijiex ħlief 
												li ningħaqdu ma’ Ġesu Kristu, 
												nagħtu lilu lilna nfusna kollna 
												kemm aħna u nħallu l-grazzja 
												tiegħu tbiddilna u l-ħniena 
												tiegħu ġġedidna: dan kollu 
												jingħatalna fil-ħajja tagħna ta’ 
												xirka fil-Knisja. Santu Wistin 
												iwissina li “min irid jgħix, 
												għandu biex jgħix. Jersaq, 
												jemmen, jissieħeb biex jgħix. 
												Jalla ma jistmerrx ix-xirka 
												tal-membri”. 
												Bid-dawl ta’ l-Ispirtu s-Santu, 
												kull bniedem, ukoll l-inqas 
												għaref, anzi l-ewwelnett kull 
												min għandu “qalb waħda” (Salm 
												86/85, 11), jista’ jifhem 
												l-essenza tal-morali nisranija. 
												Fl-aħħar mill-aħħar, 
												is-sempliċitá evanġelika ma 
												teħlisniex 
												mill-komplikazzjonijiet 
												tal-ħajja, imma tista’ twassalna 
												biex nifhmu aħjar ir-realtá 
												tagħhom, għaliex l-għaqda ma’ 
												Kristu, bil-mod il-mod, turina 
												x’inhu l-karattru tal-moralitá 
												nisranija vera, u fl-istess waqt 
												tagħtina l-qawwa meħtieġa biex 
												inħarsuha. Hu dmir il-Maġisteru 
												tal-Knisja li jara li 
												d-dinamiżmu tal-mixi wara Kristu 
												jissaħħaħ dejjem aktar, b’mod 
												ċar u b’ordni, mingħajr ma jkun 
												falsifikat jew moħbi kull ma 
												titlob il-moralitá, 
												bil-konsegwenzi kollha tiegħu. 
												Min iħobb ‘il Kristu jħares 
												il-kmandamenti (ara Ġw 14, 15). 
												
												
												  
												
												
												Marija hi Omm il-ħniena wkoll 
												għaliex Ġesú fdalha l-Knisja 
												tiegħu u l-ġens kollu 
												tal-bnedmin. F’riġlejn is-Salib, 
												meta aċċettat bħala binha lil 
												San Ġwann, u flimkien ma’ Kristu 
												talbet lill-Missier jaħfer dawk 
												li ma kinux jafu x’qed jagħmlu 
												(ara Lq 23, 34), Marija, 
												f’qagħda ta’ ubbidjenza sħiħa 
												għal dak li kien inebbaħha 
												l-Ispirtu s-Santu, ġarrbet 
												l-għana kollu u l-universalitá 
												sħiħa ta’ l-imħabba ta’ Alla, u 
												qalbha nfetħet hekk li segħet 
												tħaddan magħha l-ġens kollu 
												tal-bnedmin. Hekk saret Omm 
												kulħadd u kull wieħed minna, Omm 
												li tisksbilna l-ħniena ta’ Alla. 
												
												
												  
												
												
												Marija hi eżempju jiddi ta’ 
												ħajja morali, ta’ ġmiel li ma 
												bħalu; jikteb San Ambroġ: 
												“Din kienet Marija, bil-ħajja 
												tagħha kienet għalliema ta’ 
												kulħadd”. Dan qalu huwa u 
												jkellem direttament lill-verġni, 
												iżda b’riferenza għal kull 
												nisrani u għalhekk żied jgħid: 
												“Dak li l-ewwel iħajjar 
												għat-tagħlim hu n-nobbiltá ta’ 
												min jgħallem. Min hemm aktar 
												nobbli mill-Omm ta’ Alla? Min 
												hemm jiddi aktar minn dik li 
												għażilha dak li hu d-Dija fih 
												innifsu?” 
												Marija għexet u pperfezzjonat 
												il-libertá tagħha billi ngħatat 
												lil Alla u laqgħet fiha d-don 
												ta’ Alla. Ħarset l-Iben ta’ Alla 
												magħmul bniedem fil-ġuf 
												verġinali tagħha, mantnietu, 
												għenitu jikber u wasslitu għal 
												dak l-għemil l-aktar għoli ta’ 
												libertá li kien is-sagrifiċċju 
												sħiħ ta’ ħajtu. Bid-don tagħha 
												stess, Marija daħlet kollha kemm 
												hi fil-pjan ta’ Alla, li ta lilu 
												nnifsu lill-bnedmin. Hija u 
												tilqa’ u taħseb bejnha u bejn 
												ruħha fuq il-ġrajjiet, li mhux 
												dejjem kienet tifhem (ara Lq 2, 
												19), saret eżempju għal dawk 
												kollha li jisimgħu l-kelma ta’ 
												Alla u jgħożżuha (ara Lq 11, 
												28), u, bir-raġun kollu, 
												tissejjaħ “Tron ta’ l-Għerf”. 
												Dan l-Gherf hu Kristu Ġesú, 
												il-Verb etern ta’ Alla, li juri 
												r-rieda ta’ Alla u jagmilha (ara 
												Lhud 10, 5-10). Marija tistieden 
												lil kull bniedem biex jikseb dan 
												il-Għerf. Lilna wkoll tordnalna 
												dak li ordnat lill-qaddejja 
												fit-tieġ ta’ Kana: “Agħmlu kull 
												ma jgħidilkom hu” (Ġw 2, 5). 
												Marija taqsam magħna l-qagħda 
												tagħna bħala bnedmin, iżda 
												kollha kemm hi miftuħa 
												għall-grazzja ta’ Alla. Għaliex 
												qatt ma għamlet dnub, tagħder 
												kull xorta ta’ dgħufija. 
												B’imħabba ta’ Omm tifhem u tħobb 
												il-midneb. Minħabba f’hekk hi 
												dejjem favur il-veritá u taqsam 
												mal-Knisja l-piż li tfakkar 
												dejjem lill-bnedmin kollha dak 
												li titlob il-moralitá. 
												Għall-istess raġuni ma taħmilx 
												li l-bniedem midneb jiġi mqarraq 
												minn dawk li jippretendu li 
												jħobbuh, għax jiġġustifikawlu 
												dnubietu; hi taf li dan iġib 
												fix-xejn is-sagrifiċċju ta’ 
												Kristu, Binha. Ebda maħfra li 
												tiġi minn tagħlim verament 
												hieni; is-salib biss u l-glorja 
												ta’ Kristu rxoxt jistgħu jagħtu 
												s-sliem lill-kuxjenza tiegħu u 
												salvazzjoni lil ħajtu. 
												
												
												  
												
												
												Marija, 
												
												
												Omm il-ħniena, 
												
												
												ħares fuqna lkoll 
												
												
												biex is-Salib ta’ Kristu ma 
												jiġix fix-xejn, 
												
												
												biex il-bniedem ma jitwarrabx 
												mit-triq it-tajba,  
												
												
												u jagħlaq għajnejh għad-dnub, 
												
												
												imma jkattar it-tama tiegħu 
												f’Alla,  
												
												
												“li hu għani fil-ħniena” (Ef 2, 
												4), 
												
												
												u ħieles jagħmel l-opri tajba li 
												Alla ħejjielu (ara Ef 2, 10)
												 
												
												
												biex tul ħajtu kollha 
												
												
												“Ikun għat-tifħir tal-glorja ta’ 
												Alla (Ef 1, 12). 
												
												
												  
												
												
												
												Mogħtija minn Ruma, minn San 
												Pietru, fis-6 ta’ Awwissu, 
												
												
												
												f’jum il-festa 
												tat-Transfigurazzjoni tal-Mulej, 
												
												
												
												s-sena 1993, fil-ħmistax-il sena 
												tal-Pontifikat 
												
												
												
												  
												
												
												
												Joannes Paulus pp. II. 
												
												
												
												------------------------- 
												
												  
												 |