Il-Papa Ġwanni Pawlu II

Omelija

Fl-okkażjoni tal-Kanonizzazzjoni ta’ San Padre Piju

Pjazza San Pietru

Il-Ħadd, 16 ta’ Ġunju 2002

 

San Piju mexa wara Kristu l-Feddej mill-viċin ħafna

 

1. “Għaliex il-madmad tiegħi ħelu u t-toqol tiegħi ħafif.” (Mt 11,30)

Il-kliem ta’ Ġesù lid-dixxipli tiegħu jgħinuna nifhmu l-messaġġ l-iktar importanti ta’ din iċ-ċelebrazzjoni solenni. Fil-verità, f’ċertu sens, nistgħu nqisuhom bħala ġabra kbira tal-ħajja kollha ta’ Padre Pio ta’ Pietralcina, li llum ġie pproklamat qaddis.

 

Il-madmad ta’ Kristu: hu laqa’ t-tiġrib b’imħabba ta’ fedeltà

Ix-xbieha tal-Vanġelu tal-madmad tfakkarna fil-ħafna tiġrib u provi li l-umli Kapuċċin ta’ San Giovanni Rotondo kellu jħabbat wiċċhom magħhom. Illum, fih nikkontemplaw kemm hu ħelu l-madmad ta’ Kristu, u kemm hu veru li l-piż tiegħu meta hu mgħejjex b’imħabba b’fedeltà kbira. Il-ħajja u l-missjoni ta’ Padre Pio juruna li d-diffiltajiet u d-duluri tal-ħajja tagħna, meta naċċettawhom bl-imħabba, ikunu trasformati f’mod privileġġjat ta’ qdusija, li jinfetaħ fuq l-orizzonti ta’ ġid ikbar, li Alla biss jaf x’inhu.

 

Hu fittex li jkun jixbah dejjem aktar mal-Mulej Imsallab

2.  “Imma ma jkun qatt li niftaħar jekk mhux bis-salib ta’ Sidna Ġesù Kristu.” (Gal 6, 14)

Imma mhijiex eżattament il-“glorja tas-Salib” li tiddi fuq kollox f’Padre Pio? Kemm tgħodd għaż-żminijiet tagħna l-ispiritwalità tas-Salib kif għexha l-umli Kapuċċċin ta’ Pietralcina. Iż-żminijiet tagħna għandhom bżonn jerġgħu jiskopru l-valur tas-Salib biex jiftħu qalbhom għat-tama.

Matul ħajtu kollha, hu dejjem fittex li jixbah lill-Kurċifiss, peress li kien konxju ħafna li kien imsejjaħ biex jikkollabora b’mod speċjali fil-ħidma tas-salvazzjoni. L-ispiritwalità tiegħu ma tistax tkun mifhuma mingħajr ma jkun hemm referenza kostanti għas-Salib.

Fil-pjan t’Alla, is-Salib jiġbor fih l-istrument veu tas-alvazzjoni għall-umanità kollha u t-triq ċara murija mill-Mulej lil dawk li jixtiequ jimxu warajh (Mk 16, 24). Il-Franġiskan Qaddis tal-Gargano fehem dan tajjeb ħafna, meta, fil-Festa tal-Assunta tal-1914, kiteb: “Biex jirnexxilna nilħqu l-għan aħħari tagħna għandna nimxu wara r-Ras divina, li ma jixtieqx imexxi lir-ruħ magħżula fl-ebda triq ħlief dik li mexa fiha hu stess: b’din nifhem it-triq taċ-ċaħda u tas-Salib.” (Epistolario II, p. 155)

 

Laqa’ l-midinbin, sema’ l-qrar tagħhom

3. “Jiena hu l-Mulej li nagħmel it-tjieba.” (Ġeremija 9, 23)

Padre Pio kien iwassal il-ħniena divina b’mod ġeneruż, billi kien ikun lest li jilqa’ lil kulħadd, bid-direzzjoni spiritwali u, b’mod speċjali billi kien jamministra s-Sagrament tal-Penitenza. Jien ukoll, matul is-snin ta’ meta kont għadni żgħir, kelli l-privileġġ li nibbenifika mill-attitudni tiegħu li kellu li kien lest li jilqa’ lill-penitenti. Il-ministeru tal-konfessinarju, li hu wieħed mill-katatteristiċi li jiddistingwuh  fl-appostolat tiegħu, ġibed ġmiegħi kbar ta’ fidili lejn il-monasteru ta’ San Giovanni Rotondo. Anke meta dak il-konfessur straordinarju tratta lill-pellegrini b’mod li deher aħrax, dan, meta kien jiġi konxju tal-gravità tad-dnub u kien jindem bis-sinċerità, kważi kien dejjem imur lura għat-tgħanniqa mimlija paċi tal-maħfra tas-sagrament. Jalla l-eżempju tiegħu jinkoraġġixxi lis-saċerdoti biex iwettqu dan il-ministeru li hu tant importanti llum, b’ferħ u ħeġġa, bħalma nixtieq insaħħaħ f’din is-sena fl-Ittra lis-Saċerdoti fl-okkażjoni ta’ Ħamis ix-Xirka.

 

Alla fuq kollox: talb u karità

4. “Inti, Mulej, l-unika ġid tiegħi.”

Dan hu dak li kantajna fis-salm responsorjali. Permezz ta’ dan il-kliem, il-Qaddis il-ġdid jistedinna biex inpoġġu lil Alla fuq kollox, biex inqisuh bħala l-unika u l-ogħla ġid tagħna.

Fil-fatt, ir-raġuni aħħarija għaliex l-appostolat ta’ Padre Pio kien effettiv, l-għerq profond tal-frott spiritwali kollu li ħareġ minnu, insibuha f’dik l-għaqda intima u kostanti li kellu ma’ Alla, li jixhdu għaliha dawk is-sigħat twal li hu għadda jitlob u fil-konfessinarju. Hu kien iħobb jirrepeti, “Jiena Franġiskan fqajjar li nitlob” li kien konvint li “t-talb hu l-aqwa arma li għandna, iċ-ċavetta li tiftaħ il-qalb ta’ Alla”. Din il-karatteristika fundamentlital-ispiritwalità tiegħu tibqa’ ħajja fil-“Gruppi ta’ Talb” li huwa waqqaf, li joffru lill-Knisja u lis-soċjetà il-kontirbuzzjoni tal-għaġeb tat-talb bla waqfien u b’kunfidenza. Mat-talb, Padre Pio għaqqad attività intensa ta’ karità, li tagħha “id-Dar tas-Solliev mit-Tbatija”, hija espressjoni straordinarja. It-tfalb u l-karità, din hija l-ġabra l-aktar konkreta tat-tagħlim ta’ Padre Pio, li llum hu offrut lil kulħadd.

 

Il-Misteri tas-Saltna li huma murija lil dan iż-żgħir tal-Vanġelu.

5. "Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ … urejthom liċ-ċkejknin.

Kemm huma addattati dawn il-kelmiet ta’ Ġesù, meta naħsbu fihom bħala li huma applikati għalik, umli u maħbub Padre Pio.

Għallimna, fil-waqt li nitolbuk, l-umiltà tal-qalb biex aħna nkunu magħduda baż-żgħar tal-Vanġelu, li lilhom il-Missier wegħedhom li jurihom il-misteri tas-Saltna.

Għinna nitolbu bla ma naqtgħu, għax aħna ċerti li Alla jaf dak li neħtieġu anke qabel ma nitolbuh aħna.

Aqlgħalna l-għajnejn tal-fidi li jkunu kapaċi jagħrfu mill-ewwel il-wiċċ ta’ Ġesù fil-foqra u f’dawk li jbatu.

Fis-siegħa tat-tiġrib u tal-prova agħtina dak li neħtieġu u, jekk naqgħu, ħallina nesperjenzaw il-ferħ tas-sagrament tal-maħfra.

Agħtina d-devozzjoni ħelwa tiegħek lejn Marija, Omm Ġesù u ommna.

Akkompanjana fil-pellegrinaġġ tagħna hawn fid-dinja lejn id-dar tagħna mbierka, fejn aħna nittamaw li naslu biex nikkontemplaw għal dejjem il-glorja tal-Missier, tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.

 

Miġjub għall-Malti mill-Ingliż minn Kathleen Bonello