Riflessjoni li fiha il-kelliem, Fr Joe Galea Curmi jsemmi għaxar punti li Papa Franġisku jagħmel fl-Eżortazzjoni Appostolika Evangelii Gaudium u li jistgħu jgħinu fil-ħidma tal-volontarjat. Huwa wera wkoll kif is-Sinodu Djoċesan ta’ Malta (1999-2003) ittratta dawn il-punti, għax fil-fatt hemm xebħ kbir bejn il-viżjoni ta’ Papa Franġisku u dak tas-Sinodu Djoċesan fejn tidħol il-viżjoni ta’qadi.

▪ Ġesù Kristu: għall-qadi tal-bniedem bl-azzjoni u bil-kelma …

▪ Għall-qadi tal-bniedem: iċ-ċentralità tal-bniedem fis-servizzi tagħna …

▪ Nibnu komunità li tkun għall-qadi tal-bniedem ta’ kull reliġjon, razza, lewn, qagħda soċjali, orjentament …

▪ Kontra l-kultura tal-iskart: għall-qadi tal-bniedem li qiegħed fil-periferija jew mormi …

▪ Għall-qadi tal-bniedem: l-għażla preferenzjali tal-fqar …

▪ Diversità u kollaborazzjoni fil-ħidma għall-qadi tal-bniedem …

▪ Il-parroċċa/komunità u l-akkumpanjament għall-qadi tal-bniedem …

▪ Sfidi u opportunitajiet fil-ħidma għall-qadi tal-bniedem …

▪ Attitudnijiet li jgħinu jew li jfixklu l-qadi tal-bniedem …

▪ Sorsi ta’ enerġija u mudelli ta’ ispirazzjoni għall-qadi tal-bniedem.