PELLEGRINI TAT-TAMA

Innu tal-Ġublew 2025

 

Ta’ tamietna int ħuġġieġa vera,

bil-kant tagħna ġieħ u qima ntuk!

Nifsek frisk jimliena b’ħajja ġdida,

fik nafdaw, fit-triq gwida nżommuk.

 

Kull ilsien, nazzjon u ġens fuq artna

f’Kelmtek biss isib id-dawl għall-qlub:

lilna wliedek dgħajfa u mxerrda

tilqa’ u tgħożż f’Qalb Ibnek il-maħbub.

 

Ta’ tamietna int ħuġġieġa vera…

 

Fuqna jħares l-Ispirtu bi tjieba,

iqajjimna f’sebħ ta’ ħolqien ġdid,

Smewwiet ġodda jwelled f’art għammiela,

sliem jagħtina, ta’ kollox hu s-Sid.

 

Ta’ tamietna int ħuġġieġa vera…

 

Għajnejk erfa’, fl-għoli itfa’ ħarstek:

Alla-magħna ġie l-ħelsien jurik,

tal-Etern fiż-żmien fittex il-passi –

bniedem sar il-Verb sabiex jifdik.

 

Ta’ tamietna int ħuġġieġa vera…

 

L‑Innu inkiteb bit‑Taljan mill‑Prof. Pierangelo Sequeri, bil‑mużika tas‑Surmast Francesco Meneghello.

It‑test inqaleb għall‑Malti minn Francesco Pio Attard u kantat mill‑Kor tad‑Djoċesi ta’ Għawdex.