Il-Papa Franġisku

dwar iċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ

fi Kristu Re minflok f'Ħadd il-Palm

 

Fi tmiem din iċ-ċelebrazzjoni Ewkaristika, insellem minn qalbi lilkom kollha hawn preżenti u lil dawk li qed isegwuna bil-midja. Tislima partikulari tmur lilkom iż-żgħażagħ, żgħażagħ mill-Panama u mill-Portugall, irrappreżentati minn żewġ delegazzjonijiet li, minn hawn u ftit ieħor, se jagħmlu l-ġest sinifikattiv tal-passaġġ tas-Salib u tal-ikona ta’ Marija Salus Populi Romani, simboli tal-Jiem Dinjija taż-Żgħażagħ. Hu passaġġ importanti fil-pellegrinaġġ li se jwassalna f’Lisbona fl-2023.

U waqt li qed inħejju għall-edizzjoni interkontinentali li jmiss tal-JDŻ, nixtieq inniedi wkoll mill-ġdid iċ-ċelebrazzjoni tagħna fil-Knejjes lokali. Issa li għaddew ħamsa u tletin sena mit-twaqqif tal-JDŻ, u wara li smajt diversi pariri u lid-Dikasteru għal-Lajċi, il-Familja u l-Ħajja, kompetenti fuq il-pastorali taż-żgħażagħ, iddeċidejt li nittrasferixxi, ibda mis-sena d-dieħla, iċ-ċelebrazzjoni djoċesana tal-JDŻ minn Ħadd il-Palm għall-Ħadd ta’ Kristu Re. Fiċ-ċentru jibqa’ l-Misteru ta’ Ġesù Kristu Feddej tal-bniedem, kif dejjem saħaq San Ġwanni Pawlu II, li beda l-JDŻ u hu l-patrun tiegħu.

Għeżież żgħażagħ, b’ħajjitkom għajtu li Kristu jgħix, li Kristu jsaltan, li Kristu hu l-Mulej! Jekk tisktu intom, niżgurakom li jgħajjat il-ġebel (ara Lq 19:40).

Il-Papa Franġisku fil tmiem l-Omelija fis-Solennità ta' Kristu Sultan, 22/11/2020.


Aktar dwar il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ, Lisbona 2023.