VIDJOMESSAĠĠ TAL-QDUSIJA TIEGĦU FRANĠISKU

LIŻ-ŻGĦAŻAGĦ LI QED JITĦEJJEW GĦALL-

JUM DINJI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ TA’ LISBONA 2023

 

Għeżież żgħażagħ,

 

Qed noqorbu, anki jekk baqa’ ftit xhur, lejn il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ, u diġà nkitbu 400 elf żagħżugħ u żagħżugħa. Issorprendejt ruħi u fl-istess ħin fraħt li ġejjin daqshekk żgħażagħ, li qed iħossu li għandhom jipparteċipaw. Xi ħadd forsi jgħid: “ħa mmur bħala turist”. Imma ż-żagħżugħ li ġej, ġej għax, fil-fond ta’ qalbu, għandu għatx biex jieħu sehem, biex jaqsam, biex jirrakkonta l-esperjenza tiegħu u jirċievi l-esperjenza tal-ieħor. Għandu għatx għal xefaq usa’.

 

Intom iż-żgħażagħ, li diġà nkitbu 400 elf minnkom, għandkom għatx għal xefaq usa’. F’din il-laqgħa, f’dan il-Jum, tgħallmu ħarsu dejjem lejn ix-xefaq, ħarsu dejjem iktar lil hemm. La tibnux ħajt quddiem ħajjitkom. Il-ħitan jagħlquk, ix-xefaq jgħinek tikber! Ħarsu dejjem lejn ix-xefaq quddiemkom, b’għajnejkom, imma fuq kollox b’qalbkom! Iftħu qalbkom! Għal kulturi oħra, għal żgħażagħ oħra li ġejjin huma wkoll għal dan il-Jum.

 

Ħejju ruħkom għal dan: biex tiftħu x-xefaq u l-qalb tagħkom! U grazzi li diġà nktibtu, daqshekk minn qabel. Nittamaw li jkun hemm oħrajn li jimxu fuq l-eżempju tagħkom! Iberikkom Alla, u l-Madonna tħariskom. Itolbu għalija, jiena nitlob għalikom. U tinsewx: xejn ħitan, imma ixfqa iva! Grazzi.

 

Miġjub mit-Taljan g]all-Malti minn Francesco Pio Attard