Talba tal-Papa Franġisku lill-Ispirtu s-Santu

Mulej, ħares lill-poplu tiegħek hu u jistenna lill-Ispirtu s-Santu.  Ħares liż-żgħażagħ, ħares lill-familji, ħares lit-tfal, ħares lill-morda, ħares lis-saċerdoti, l-ikkonsagrati, ħares lilna l-isqfijiet, ħares lil kulħadd.  U agħtina dik is-sakra qaddisa, dik ta’ l-Ispirtu, dik li tagħtina li nitkellmu bl-ilsna kollha, l-ilsna ta’ l-imħabba, dejjem qrib ta’ ħutna li għandhom bżonna.  Għallimna ma noqogħdux nitlewmu bejnietna għal biċċa iżjed poter f’idejna; għallimna nkunu umli, għallimna nħobbu iżjed lill-Knisja milli l-partit tagħna, milli t-“tilwim” ta’ bejnietna; għallimna jkollna qalb miftuħa biex nilqgħu fiha lill-Ispirtu.  Ibgħat, o Mulej, l-Ispirtu tiegħek fuqna.  Ammen.

 

Minn laqgħa li l-Papa kellu ma' gruppi tal-Moviment Kariżmatiku, l-1 ta' Gunju 2014.