Laikos

 

TALBA FI TMIEM IL-MESSAĠĠ TAL-PAPA FRANĠISKU
FL-OKKAŻJONI TA
' JUM DINJI TAL-MIGRANTI U R-RIFUĠJATI 2022

 

 

Talba

Mulej, agħmel minna nies li nġorru tama,

biex fejn hemm id-dlam isaltan id-dawl tiegħek,

u fejn hemm qtigħ il-qalb, terġa’ titwieled il-fiduċja fil-ġejjieni.

Mulej, agħmel minna strumenti tal-ġustizzja tiegħek,

biex fejn hemm l-esklużjoni twarrad il-fraternità,

u fejn hemm ir-regħba, jwarrad il-qsim tal-ġid.

Mulej, agħmel minna bennejja tas-Saltna tiegħek

Flimkien mal-migranti u r-rifuġjati

u ma’ dawk kolla li jgħixu fil-periferiji.

Mulej, għamel li nitgħallmu kemm hu sabiħ

Li lkoll kemm aħna ngħixu flimkien bħal aħwa. Ammen.

 

Ruma, San Ġwann Lateran, 9 ta’ Mejju 2022

 

FRANĠISKU

 

Ara l-messaġġ kollu tal-Papa Franġisku ...