IL-PAPA FRANĠISKU

REGINA CAELI

Biblijoteka tal-Palazz Appostoliku

It-Tnejn tal-Anġlu, 5 ta' April, 2021

 

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

It-Tnejn l-għada tal-Għid jissejjaħ ukoll 'It-Tnejn tal-Anġlu', għax fih infakkru l-laqgħa tal-anġlu man-nisa li waslu fejn il-qabar ta' Ġesł (cfr Mt 28, 1-15).  L-anġlu jgħidilhom: "Naf li qed tfittxu lill-imsallab.  Mhuwiex hawn.  Qam" (vv. 5-6).  Din l-espressjoni "Qam' tmur 'l hinn mil-ħiliet umani.  Lanqas in-nisa li marru ħdejn il-qabar u sabuh miftuh u vojt, ma setgħu jgħidu "Qam". imma kulma setgħu jgħidu kien li l-qabar kien vojt.  Li Ġesł kien qam seta' jgħidha biss anġlu bis-setgħa li jkun ħabbar mis-sema, bis-setgħa mogħtija lilu minn Alla biex jgħidha.  L-istess bħalma anġlu - anġlu biss - seta' jgħid lil Marija: "Int se tnissel iben (...) u jkun jissejjaħ Bin l-Aktar Għoli" (Lq 1,31)  Huwa għalhekk li nsejħulu t-Tnejn tal-Anġlu, għax anġlu biss bil-qawwa t'Alla, jista' jgħid: "Ġesł qam".

L-evanġelista Mattew jirrakkonta li f'dik l-għodwa tal-Għid "kien hemm terremot kbir.  Anġlu tal-Mulej gerbeb il-blata u qagħad bilqegħda fuqha" (cfr v. 2).  Dik il-ġebla kbira, li kellha tkun is-siġill tar-rebħa tal-ħażen u tal-mewt, tqiegħdet taħt ir-riġlejn, issir banketta għall-anġlu tal-Mulej.  Il-proġetti kollha u d-difiża tal-għedewwa u l-persekuturi ta' Ġesł kienu kollha għalxejn.  Is-siġilli nksiru kollha.  Ix-xbieha tal-anġlu bilqiegħda fuq il-blata tal-qabar hi l-manifestazzjoni konkreta, li tidher, tar-rebħa ta' Alla fuq il-ħażen, il-manifestazzjoni tar-rebħa ta' Kristu fuq il-prinċep ta' did-dinja, tad-dawl fuq id-dlam.  Il-qabar ta' Ġesł ma nfetaħx minn xi fenomeu fiżiku, imma bl-intervent tal-Mulej.  Id-dehra tal-anġlu, jkompli jgħid Mattew, "kienet qiesha berqa u lbiesu abjad bħas-silġ" (v. 3).  Dawn id-dettalji huma simboli li jaffermaw l-intervent ta' Alla nnifsu, li ġab era ġdida, tal-aħħar żminijiet tal-istorja, għax bil-qawmien ta' Ġesł jibda l-aħħar żmien tal-istorja li tista' ddum elf sena imma dejjem tibqa' l-aħħar żmien.

Quddiem dan l-intervent ta' Alla sseħħ reazzjoni doppja.  Dik tal-għases, li ma jirnexxilhomx iwaqqfu l-qawwa irreżistibbli ta' Alla u jinfixlu minħabba t-terremot intejuri: kienu xxukkjati (cfr v. 4).  Il-qawwa tal-qawmien tfarrak lil dawk li kienu wżati biex jiggarantixxu r-rebħa mistħajla tal-mewt.  U x'kellhom jagħmlu dawn l-għases?  Imorru għand dawk li kienu tawhom l-ordni biex jgħassu, u jistqarru l-veritą.  Kellhom għażla quddiemhom: jew li jgħidu l-veritą jew li jħallu lil dawk li tawhom il-mandat biex jgħassu, jikkonvinċuhom.  U l-mod waħdieni biex jikkonvinċuhom kienu l-flus, u dawn l-imsejkna nies, imsejkna, biegħu l-veritą għall-flus fil-but u marru jgħidu: "Le, ġew id-dixxipli u serqu l-ġisem".  "Is-sinjur flus", hawn ukoll, fil-qawmien ta' Kristu għandu s-setgħa tal-poter, biex jinnegaha.  Ir-reazzjoni tan-nisa hi differenti għal kollox, għax l-anġlu tal-Mulej jistedinhom direttament biex ma jibżgħux: "La tibżgħux!" (v. 5) u biex ma jfittxux lil Ġesł fil-qabar. U fl-aħħar huma ma beżgħux.

Minn kliem l-anġlu nistgħu nisiltu tagħlima prezzjuza: qatt m'għandna nehdew infittxu lil Ġesł mqajjem, li jagħti l-ħajja bl-abbundanza lil kulmin jiltaqa' miegħu.  Is-sejba ta' Ġesł Kristu tfisser is-sejba tal-paċi tal-qalb.  L-istess nisa tal-Evanġelju, wara l-fixla tal-bidu, nifhmu li ħassew ferħ kbir għax sabu lill-imgħallem ħaj (vv. 8-9).  F'daż-żmien tal-Għid, nawgura lil kulħadd li jġarrab l-istess esperjenza spiritwali billi jilqa' f'qalbu, fid-djar, fil-familji l-aħbar hienja tal-Għid: "Kristu mqajjem ma jmut qatt iżjed, il-mewt m'għadx għandha s-setgħa fuqu" (Antifona tal-komunjoni).  L-aħbar tal-Għid hi din: "Kristu huwa ħaj, Kristu jakkumpanjali ħajti, Kristu jinsab ħdejja".  Kristu jħabbat fuq il-bieb ta' qalbi sabiex inħallih jidħol, Kristu huwa ħaj.  F'dawn il-jiem tal-Għid jagħmlilna tajjeb intennu dan: "Il-Mulej qed jgħix".

Din iċ-ċertezza ġġagħlna nitolbu, illum u tul iż-żmien kollu tal-Għid: "Regina Caeli, laetare - jiġifieri, Sultana tas-Sema, ifraħ".  L-anġlu Gabrijel hekk kien sellmilha l-ewwel darba: "Ifraħ,mimlija bil-grazzja!"  Issa l-hena ta' Marija hi sħiha: Ġesł jgħix, l-Imħabba rebħet.  Jalla dan ikun il-ferħ tagħna wkoll!

 

Wara r-Regina Caeli

 

Għeżież ħuti,

f'dil-klima tal-Għid li qed tagħti sens lill-ġurnata tal-lum, insellem minn qalbi lilkom ilkoll li qed tieħdu sehem bl-għożża f'dal-mument ta' talb permezz tal-meżżi tal-komunikazjoni soċjali.  Ħsiebi jdur b'mod partikolari lejn l--anzjani, il-morda magħqudin magħna minn ġo djarhom  jew mid-dajr tal-anzjani jew tal-kura.  Lilhom nagħti kelma ta' inkoraġġiment u rikonoxxenza għax-xhieda li jagħtu.  Jien qribhom.  Nawgura lil kulħadd li jgħaddi dal-ġranet tal-ottava tal-Għid,s li tulhom tibqa' tidwi l-memorja tal-qawmien ta' Kristu, bil-fidi.  Ħudu kull okkażjoni tajba biex tkunu xhieda tal-ferħ u tal-paċi tal-Mulej Irxoxt.  L-Għid it-tajjeb, hieni u qaddis lil kulħadd!  Jekk jogħġobkom,tinsewx titolbu għalija.

L-ikla t-tajba u arrivederci!

 

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Joe Huber