IL-PAPA FRANĠISKU

REGINA COELI

Knisja ta' 'Santo Spirito in Sassia'

Il-Ħadd 19 ta' April, 2020

 

Għeżież ħuti,

F'dat-tieni Ħadd tal-Għid, kien ta' tifsir kbir li ċċelebrajt l-Ewkaristija hawnhekk, fil-knisja ta' 'Santo Spirito in Sassia', li San Ġwanni Pawlu II ried li tkun is-Santwarju tal-Ħniena Divina.  It-tweġiba tal-insara waqt it-tempesti tal-ħajja ma tistax tkun ħlief il-ħniena: l-imħabba ta' mogħdrija bejnietna u lejn kulħadd, speċjalment lejn min qed ibati, min hu l-aktar magħkus, min hu l-aktar abbandunat...  Mhux nitħassru, mhux assistenzjalimu, iżda mogħdrija li tiġi mill-qalb.  U l-ħniena divina tiġi mill-Qalb ta' Kristu, ta' Kristu Rxoxt.  Tnixxi mill-ġerħa dejjem miftuħa tal-kustat tiegħu, dejjem miftuħa, għax aħna dejjem neħtieġu l-maħfra u l-faraġ.  Jalla l-ħniena nisranija  tkun ispirazzjoni biex in-nazzjonijiet u l-istituzzjonijiet tagħhom ikunu f'komunjoni bejnitehom sabiex jaffrontaw il-kriżi ta' bħalissa bis-solidarjetà.

Nagħti l-awguri lil ħutna tal-Knejjes tal-Orjent li llum qed jiċċelebraw il-festa tal-Għid.  Flimkien inħabbru: "Il-Mulej qam tassew!" (Lq 24,34).  Fuq kollox f'dan iż-żmien ta' prova, inħossu kemm hu kbir id-don tat-tama li titnissel mill-fatt li qomna flimkien ma' Kristu!  Nifraħ b'mod partikolari lill-komunitajiet kattoliċi orjentali illi, minħabba raġunijiet ekumeniċi, jiċċelebraw l-Għid flimkien mal-ortodossi: jalla dil-fraternità tkun ta' serħan tal-moħħ kull fejn l-insara jinsabu f'minoranza żgħira.

Bil-ferħ tal-Għid induru issa lejn il-Verġni Marija, Omm il-Ħniena.

 

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Joe Huber