IL-PAPA FRANĠISKU

REGINA COELI

Biblijoteka tal-Palazz Appostoliku

It-Tnejn tal-Anġlu, 13 ta' April, 2020

 

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Illum, It-Tnejn tal-Anġlu, tidwi l-aħbar ferrieħa tal-qawmien ta' Kristu.  Il-paġna tal-Evanġelju (cfr Mt 28, 8-15) tirrakkonta li n-nisa beżgħana, jitilqu jgħaġlu minn fejn il-qabar ta' Ġesł, li kienu sabu vojt; imma Ġesł nnifsu jidhrilhom fit-triq u jgħidilhom: "La tibżgħux, morru agħtu l-aħbar lil ħuti biex imorru l-Galilija; lili jarawni hemmhekk" (v. 10).  B'dal-kliem, lin-nisa, l-Irxoxt itihom mandat missjunarju għall-Appostli.  Infatti huma taw eżempju straordinarju ta' fedeltą, ta' dedikazzjoni u ta' mħabba lejn Kristu matul il-ħajja pubblika tiegħu kif ukoll waqt il-passjoni; issu Hu jippremjahom b'dal-ġest ta' attenzjoni u ta' għażla.  In-nisa dejjem fil-bidu: Marija, fil-bidu; in-nisa, fil-bidu.

L-ewwel in-nisa, imbagħad id-dixxipli u, partikolarment Pietru, jagħrfu r-realtą tal-qawmien.  Ġesł kien ħabbrilhom minn qabel bosta drabi illi, wara l-passjoni u s-salib, kellu jqum, imma d-dixxipli ma fehemux għax kienu għadhom mhumiex lesti.  Il-fidi tagħhom kien għad trid tagħmel qabża ta' kwalitą, li l-Ispirtu s-Santu biss, don tal-Irxoxt, seta' jqanqal.

Fil-bidu tal-ktieb tal-Atti tal-Appostli, nisimgħu lil Pietru jistqarr bla ħabi, bil-kuraġġ, bla ħabi: "Lil dan Ġesł, Alla qajjmu mill-imwiet u ta' dan aħna lkoll xhieda" (Atti 2,32).  Qiesu qed jgħid: "Jien inseffaq wiċċi minħabba fih, Jien nagħti ħajti għalih".  U aktar tard ta ħajtu għalih.  Minn dak il-waqt l-aħbar li Kristu qam xterdet ma' kullimkien u waslet sat-truf kollha tad-dinja, u saret messaġġ ta' tama għal kulħadd.  Il-qawmien ta' Ġesł jgħidilna li l-aħħar kelma mhijiex tal-mewt iżda tal-ħajja.  Bil-qawmien ta' Ibnu mill-imwiet, Alla l-Missier wera l-milja ta' mħabbtu u l-ħniena għall-umanitą ta' kull żmien.

Ladarba Kristu qam, possibbli li nħarsu lejn kull ġrajja ta' ħajjitna bil-fiduċja, anki l-ġrajjiet l-aktar diffiċli u milijin stress u inċertezza.  Dan hu l-messaġġ tal-Għid li aħna msejħin inxandru, bil-kliem, imma, fuq kollox, bix-xhieda ta' ħajjitna.  Fid-djar tagħna u fi qlubna jalla tibqa' tidwi din l-aħbar: "Kristu, tama tiegħi, qam mill-mewt!" (Sekwenza tal-Għid).  Din iċ-ċertezza għandha ssaħħaħ il-fidi ta' kull mgħammed u tagħti l-kuraġġ, fuq kollox, lil kull min għaddej minn żmien ta' tbatija kbira u diffikultajiet.

Il-Verġni Marija, xhud siekta tal-mewt u l-qawmien ta' Binha Ġesł, tgħinna nemmnu bil-qawwa dal-misteru ta' salvazzjoni:  meta milqugħ bil-fidi, jista' jibdlilna ħajjitna.  Dan hu l-awgurju tiegħi tal-Għid li nġedded lil kull wieħed u waħda minnkom.  Nafda dan f'idejha, l-Omm tagħna, li issa se ninvokawha bit-talba tar-Regina Coeli.

 

Wara r-Regina Coeli

Għeżież ħuti,

smajna li n-nisa taw l-aħbar tal-qawmien ta' Ġesł lid-dixxipli.  Illum irrid niftakar flimkien magħkom dwar il-ħidma ta' ħafna nisa, anki f'daż-żmien ta' emerġenza sanitarja, biex jieħdu ħsieb l-oħrajn: tobba nisa, infermieri nisa, aġenti nisa tal-forzi tal-ordni u fil-ħabsijiet, impjegati nisa fil-ħwienet tal-ħtiġijiet bażiċi... tant ommijiet u aħwa u nanniet li sabu ruħhom magħluqin id-dar mal-familja kollha tagħhom, bit-tfal, anzjani u diżabbli.  Kultant huma jinsabu f'riskju li jġarrbu l-vjolenza minħabba konvivenza li huma jġorru piż wisq tqil minħabba fiha.  Nitolbu għalihom sabiex il-Mulej itihom il-qawwa u sabiex il-komunitajiet tagħna jkunu jistgħu jtuhom l-għajnuna flimkien mal-familji tagħhom.  Jalla l-Mulej itina l-kuraġġ li għandhom in-nisa, biex nibqgħu mexjin 'il quddiem.

F'dil-ġimgħa tal-Għid nixtieq infakkar bi qrubija u mħabba dawk il-pajjiżi li ntlaqtu ħażin ħafna bil-Cronavirus, uħud b'għadd kbir ta' nfettati u mejtin, b'mod speċjali l-Italja, l-Istati Uniti tal-Amerika, Spanja, Franza.. il-lista twila.  Nitlob għalihom ilkoll.  U tinsewx li l-Papa jitlob għalikom, jinsab qribkom.

Inġedded minn qalbi l-awguri tal-Għid.  Nibqgħu magħqudin fit-talb u fl-impenn biex ngħinu lil xulxin bħal aħwa.  L-ikla t-tajba u arrivederci.

 

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Joe Huber