IL-PAPA FRANĠISKU

REGINA CAELI

Knisja ta' "Santo Spirito in Sassia''

il-Ħadd, 11 ta' April, 2021

 

Qabel ma ntemm din iċ-ċelebrazzjoni nixtieq irrodd ħajr lil kulmin ikkollabora biex titħejja u biex tkun imxandra dirett.  U nsellem ukoll lil kulmin hu magħqud magħna permezz tal-mezzi tal-komunikazzjoni.

Tislima partikolari lilkom hawn preżenti fil-knisja ta' Santo Spirito in Sassia, Santwarju tal-Ħniena Divina: fidili li tiffrekwentaw regolarment, infermieri, ħabsin, persuni b'diżabbiltà, rifuġjati u migranti, Sorijiet Ospedalieri tal-Ħniena Divina, volontarji tal-Protezzjoni Ċivili.

Intom tirrappreżentaw realtajiet li bihom il-ħniena tikseb il-konkretezza, issir qrubija, servizz, attenzjoni lejn il-persuna li tinsab f'diffikultà.  Nawgura li intom tibqgħu dejjem tħossu l-ħniena msawba fuqkom biex, min-naħa tagħkom turu ħniena mal-oħrajn.

Jalla l-Verġni Marija, Omm il-Ħniena, taqla' dil-grazzja lilna lkoll.

 

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Joe Huber