Laikos

 

MESSAĠĠ TAL-QDUSIJA TIEGĦU FRANĠISKU
LILL-PARTEĊIPANTI FL-ASSEMBLEA PLENARJA
TAL-KUMMMISSJONI PONTIFIĊĊJA

GĦALL-ĦARSIEN TAL-MINURI

[24-28 ta’ Marzu, 2025]

Għeżież ħuti,

Minn qalbi nibgħatilkom it-tislijiet tiegħi flimkien ma xi suġġerimenti għas-servizz prezzjuż tagħkom.   Infatti das-servizz qiesu “l-ossiġenu” għall-Knejjes lokali u għall-komunitajiet reliġjużi, għax kull fejn hemm hemm il-protezzjoni għat-tfal jew għall-persuni vulnerabbli, hemmhekk Kristu hu servut u mogħti ġieħ.  Fin-nisġa tal-operat tagħkom fil-ħajja ta’ kuljum – partikolarment fl-oqsma l-aktar fil-bżonn -,  issir konkreta verità profetika : il-prevenzjoni tal-abbużi mhix xi għata li tintefa’ biex tostor l-emerġenzi, imma waħda mis-sisien li fuqhom jinbnew il-komunitajiet fidili għall-Evanġelju.  Għal dan nesprimilkom il-gratitudni tiegħi.

Il-ħidma tagħkom m’għandhiex tispiċċa tkun xi sensiela ta’ implimentazzjoni ta’ protokolli imma promozzjoni ta’ swar ta’ protezzjoni: formazzjoni li teduka, kontrolli li jilqgħu minn qabel, smigħ li jrodd lura d-dinjità.  Meta, saħansitra fil-komunitajiet l-aktar imbiegħda, intom twaqqfu proċeduri ta’ prevenzjoni, tkunu qed tiktbu wegħda: li kull tifel/tifla, kull persuna vulnerabbli, fil-komunità ekkleżjali jsibu ambjent protett.  Dan hu l-mutur ta’ dak li għalina suppost  għandha tkun il-konverżjoni integrali

Illum mingħandkom qed nitlob tliet impenji:

1. It-tkattir tal-ħidma komuni flimkien mad-Dikasteri tal-Kurja ta’ Ruma.

2. Li lill-vittmi u lil dawk li għaddew mit-trawma toffrulhom ospitalità u kura għall-ġrieħi tal-ispirtu bl-istil tas-Sammaritan it-Tajjeb.  Tisimgħu bil-widna tal-qalb, sabiex kull testimonjanza minflok sempliċi nota f’xi reġistru ssib vixxri ta’ ħniena li minnhom tikseb twelid ġdid.

3. Twaqqfu allejanzi ma’ realtajiet extra-ekkleżjali – awtoritajiet ċivili, esperti, assoċjazzjonijiet – sabiex il-protezzjoni ssir lingwaġġ universali.

Tul dawn l-għaxar snin, fil-Knisja rnexxilkom tifirxu ferm aktar ix-xibka tal-protezzjoni.  Ibqgħu mexjin!  Komplu kunu għassiesa li jishru waqt li d-dinja rieqda.  Jalla l-Ispirtu s-Santu, mgħallem tal-memorja ħajja, iħarisna mit-tentazzjoni li minflok infejquha, it-tbatija nagħtuha l-ġenb.

Irroddilkom ħajr li tiftakru fija fit-talb tagħkom.  Jiena wkoll nakkumpanjakom f’dan u nitlob lill-Mulej u lill-Verġni Mqaddsa biex iweżnukom ħalli tkunu tistgħu tkomplu l-mixja li bdejtu b’dedikazzjoni u tama.

 

Ruma, Poliklinika “A. Gemelli”, 20 ta’ Marzu, 2025.

 

Miġjub għall-Malti minn Joe Huber