Messaġġ vidjo mill-Papa Franġisku lill-ħaddiema is-servizz tas-saħħa fl-Arġentina. Fih jesprimi l-gratitudni tiegħu lejn il-ħaddiema f'dan is-settur u jfaħħar is-servizz diżinteressat tagħhom mal-morda matul il-pandemija Covid-19.
 
Irrid inkun viċin tat-tobba u l-infermiera kollha, speċjalment f’dan il-mument meta l-pandemija qed issejħilna biex inkunu qrib ta’ dawk li qegħdin ibatu.

Darba kont għidt li dawn huma l-eroj anonimi f’din il-pandemija. Kemm minnkom qed tagħtu ħajjitkom biex tkunu qrib tal-morda! Grazzi talli intom tant viċin tal-morda, grazzi tat-tenerezza li turu, grazzi tal-professjonalitŕ li biha tittrattaw mal-morda. Jiena nitlob għalikom. Nitlob lill-Mulej ibierek lil kull wieħed u waħda minnkom, lill-familji tagħkom, u jakkumpanjakom fix-xogħol tagħkom, l-iktar fil-problemi li jista’ jkollkom. U jkun viċin tagħkom, kif intom viċin tal-morda.

Jekk jogħġobkom tinsewx titolbu għalija.

Grazzi!

20 ta' Novembru 2020