VJAĠĠ APPOSTOLIKU TAL-QDUSIJA TIEGĦU PAPA FRANĠISKU
FIR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA TAL-KONGO U S-SUDAN T’ISFEL
(PELLEGRINAĠĠ EKUMENIKU TAL-PAĊI FIS-SUDAN T’ISFEL)
[31 ta’ Jannar - 5 ta’ Frar 2023]

LAQGĦA MAL-ISQFIJIET

DISKORS TAL-PAPA

Cenco (Kinshasa)
Il-Ġimgħa, it-3 ta’ Frar 2023

 

Għeżież ħuti Isqfijiet, l-għodwa t-tajba!

Ninsab kuntent li qed niltaqa’ magħkom, u nirringrazzjakom mill-qalb għall-merħba sabiħa li tajtuni. Grazzi lil Mons. Utembi Tapa għall-kliem ta’ introduzzjoni li għamilli f’isimkom: ninsab grat għall-mod kif intom tħabbru b’kuraġġ il-faraġ tal-Mulej, billi timxu f’nofs il-poplu u magħhom taqsmu t-tbatijiet u t-tamiet.

Kien ta’ ferħ kbir għalija li nqatta’ dawn il-jiem f’artkom, li bil-foresta kbira tagħha tirrappreżenta l-“qalb ħadra” tal-Afrika, pulmun għad-dinja kollha. L-importanza ta’ dan il-wirt ekoloġiku ifakkarna li aħna msejħin biex nipproteġu s-sbuħija tal-ħolqien u nħarsuh mill-ġrieħi kkawżati mill-egoiżmu u mir-regħba. Imma din il-wesgħa ħadra immensa li hija l-foresta tagħkom hija wkoll xbieha li għandha ħafna xi tgħid lill-ħajja nisranija tagħna: bħala Knisja għandna bżonn nieħdu n-nifs tal-arja safja tal-Vanġelu, inwarrbu l-arja mniġġsa tal-mondanità, inħarsu l-qalb żagħżugħa tal-fidi.  Hekk nimmaġina l-Knisja Afrikana u hekk nara lil din il-Knisja Kongoliża: Knisja żagħżugħa, dinamika, ferrieħa, animata miż-żelu missjunarju, bl-aħbar it-tajba li Alla jħobbna u li Ġesù hu l-Mulej. Din tagħkom hija Knisja preżenti fl-istorja konkreta ta’ dan il-poplu, li għandha għeruq sodi fil-ħajja ta’ kuljum, u li tinsab fuq quddiem nett fil-karità; komunità li kapaċi tattira u għandha entużjażmu li jittieħed, u għalhekk, bħall-foresti tagħkom, mimlija b’tant “ossiġnu”. Grazzi, għax intom bħal dak il-pulmun li tagħtu nifs lill-Knisja universali!

Mhux ħaġa sabiħa li tibda paragrafu bil-kelma “sfortunatament”, imma hekk se nagħmel! Sfortunatament, naf sew li l-komunità Nisranija ta’ din l-art għandha wkoll wiċċ ieħor. Il-wiċċ tagħkom żagħżugħ, mimli dawl u sabiħ fil-fatt hu wiċċ li juri wkoll l-uġigħ u l-għeja, immarkat xi drabi mill-biża’ u l-qtigħ il-qalb. Huwa wiċċ ta’ Knisja li tbati għall-poplu tagħha, hija qalb li fiha l-ħajja tan-nies tħabbat bl-ansjetà minħabba l-ferħ u l-provi li tgħaddu minnhom. Hija Knisja li hija sinjal viżibbli ta’ Kristu li, anke llum, huwa miċħud, ikkundannat u disprezzat fil-ħafna kurċifissi tad-dinja, u jibki d-dmugħ tagħna stess. Hi Knisja li, bħal Ġesù, trid ukoll tixxotta d-dmugħ tan-nies, timpenja ruħha biex tieħu fuqha l-ġrieħi materjali u spiritwali tal-poplu, u titfa’ fuqhom l-ilma ħaj li jfejjaq, ħiereġ mill-ġenb ta’ Kristu.

Magħkom, ħuti, nara lil Ġesù jbati fl-istorja ta’ dan il-poplu, poplu msallab, poplu maħkum, meqrud minn vjolenza terribbli, immarkat mit-tbatija tal-innoċenti, imġiegħel jgħix fl-ilma mdardar tal-korruzzjoni u tal-inġustizzja li jniġġsu lis-soċjetà, poplu li jsofri l-faqar f’tant uliedu. Imma fl-istess ħin nara poplu li ma tilefx it-tama, li jħaddan il-fidi b’entużjażmu u li jħares lejn ir-Ragħajja tiegħu.  Nara poplu li għandu l-ħila li jdur lejn il-Mulej u jafda ruħu f’idejh, sabiex il-paċi li jixxennqu għaliha, paċi maħnuqa minn l-isfruttament, mill-egoiżmu partiġġjan, mill-veleni tal-kunflitti u mit-tgħawwiġ tal-verità, din il-paċi tista’ finalment tasal bħala rigal minn fuq.

Wieħed jistaqsi: kif neżerċitaw il-ministeru f’din is-sitwazzjoni? Meta naħseb fikom, ir-Ragħajja tal-Poplu Qaddis ta’ Alla, ġiet f’moħħi l-istorja ta’ Ġeremija, profeta msejjaħ biex jgħix il-missjoni tiegħu f’mument drammatiku fl-istorja ta’ Iżrael, fost l-inġustizzji, prattiċi moqżieża u tbatijiet. Għadda ħajtu jxandar li Alla qatt ma jabbanduna lill-poplu tiegħu u mexxa ʼl quddiem proġetti ta’ paċi anke f’sitwazzjonijiet li kienu jidhru mitlufa u irrekuperabbli. Imma fuq kollox Ġeremija esperjenza din it-tħabbira konsolanti b’mod personali, kien l-ewwel wieħed li esperjenza li Alla jinsab qrib. B’hekk biss seta’ jwassal lill-oħrajn profezija kuraġġuża ta’ tama. Il-ministeru episkopali tagħkom jinsab ukoll bejn dawn iż-żewġ realtajiet li nixtieq inkellimkom dwarhom, li Alla jinsab qrib, kif ukoll il-profezija għall-poplu.

The first thing I would say is, let yourselves be touched and consoled by the closeness of God. He is close to us. The first thing that the Lord told Jeremiah was this: “Before I formed you in the womb I knew you” (Jer 1:5). This is a declaration of love that God writes upon the heart of each of us, one that no one can erase and that, amid the storms of life, proves a source of comfort. It is important for us, who have been called to be shepherds of God’s People, to rely on this closeness of the Lord, “to form ourselves in prayer”, and to spend a good deal of time in his presence. Only in this way do the people entrusted to us draw closer to the Good Shepherd and only in this way do we ourselves become shepherds, for without him we can do nothing (cf. Jn 15:5). Otherwise we would be entrepreneurs, “masters”, but not following the Lord’s call. Without Him we can do nothing.

L-ewwel ħaġa li nixtieq ngħidilkom hija, ħallu lilkom infuskom tintmissu u tiġu kkunslati mill-qrubija ta’ Alla. Hu qrib tagħna. L-ewwel kelma li l-Mulej jgħid lil Ġeremija hija din: “Qabel sawwartek fil-ġuf, għaraftek” (Ġer 1:5). Din hija dikjarazzjoni ta’ mħabba li Alla jikteb fil-qalb ta’ kull wieħed minna, u li ħadd ma jista’ jħassar u li, fil-maltemp tal-ħajja, issir għajn ta’ faraġ. Għalina, li rċevejna s-sejħa biex inkunu Ragħajja tal-Poplu ta’ Alla, huwa importanti li nibbażaw ruħna fuq din il-qrubija tal-Mulej, “biex niffurmaw ruħna fit-talb”, u li ngħaddu ħin sewwa quddiemu. B’hekk biss jista’ l-poplu fdat f’idejna jersaq eqreb lejn ir-Ragħaj it-Tajjeb u b’hekk biss nistgħu nsiru tassew Ragħajja, għax mingħajru ma nistgħu nagħmlu xejn (ara Ġw 15,5). Inkella nispiċċaw inkunu intraprendituri, “mgħallmin”, imma ma nkunux mexjin wara s-sejħa tal-Mulej. Mingħajru ma nistgħu nagħmlu xejn.  Ara ma jfettlilniex naħsbu li aħna awtosuffiċjenti, wisq inqas li naraw fl-episkopat il-possibbiltà li nitilgħu pożizzjonijiet soċjali u li nħaddmu l-poter. Dan hu l-ispirtu ikrah ta’ “karreriżmu”. U fuq kollox: li ma jidħolx l-ispirtu tal-mondanità, li jġiegħelna ninterpretaw il-ministeru tagħna skont il-kriterji ta’ x’jaqbel lili; dan jirrendi lil qalbna tkun kiesħa u ninqatgħu milli namministraw dak li ġie afdat f’idejna. U jiġri li nużaw il-pożizzjoni tagħna biex naqdu lilna nfusna minflok naqdu lill-oħrajn, u anke nispiċċaw nittraskuraw l-unika relazzjoni importanti għalina: it-talb umli u ta’ kuljum. Ma ninsewx li l-mondanità hija l-agħar ħaġa li tista’ tiġri lill-Knisja, hija l-agħar ħaġa. Dejjem messli qalbi l-kliem li bih il-Kardinal De Lubac itemm il-ktieb tiegħu dwar il-Knisja – l-aħħar tlieta jew erba’ paġni, fejn jgħid hekk: il-mondanità spiritwali hija l-agħar ħaġa li tista’ tiġri, agħar minn dak iż-żmien meta l-Papiet kienu mundani u kellhom il-konkubini! Hija agħar. U l-mondanità hija dejjem nasba! Mela noqogħdu attenti!

Għeżież ħuti Isqfijiet, ejjew nikkultivaw il-qrubija lejn il-Mulej sabiex inkunu xhieda kredibbli tiegħu u nwasslu l-imħabba tiegħu lejn il-poplu. Huwa permezz tagħna li jrid jidlek lill-poplu tiegħu biż-żejt tal-faraġ u tat-tama! Intom il-leħen li bih Alla jrid jgħid lill-Kongoliżi: “Inti poplu kkonsagrat lill-Mulej Alla tiegħek” (Dt 7,6). It-tħabbira tal-Evanġelju, l-animazzjoni tal-ħajja pastorali, it-tmexxija tal-poplu ma jistgħux jispiċċaw bħallikieku xi idejat sbieħ imma li, fil-verità, jkunu ʼl bogħod mir-realtà tal-ħajja ta’ kuljum, iżda għandhom imissu l-feriti u jikkomunikaw lill-poplu kemm Alla huwa qrib tagħna, sabiex in-nies jiskopru d-dinjità tagħhom bħala wlied Alla, u jitgħallmu jimxu b’rashom mgħollija, u qatt ma jbaxxu rashom quddiem l-umiljazzjoni u l-oppressjoni. Permezz tagħkom dan il-poplu għandu l-grazzja li jisma’ kliem indirizzat lilhom jixbaħ lil dak li l-Mulej qal lil Ġeremija: “Int poplu mbierek, qabel ma sawwartek fil-ġuf għaraftek, kont nafek u ħabbejtek”. Jekk nikkultivaw il-qrubija lejn Alla, inħossuna miġbuda lejn in-nies u dejjem inħossu mogħdrija għal dawk fdati f’idejna. Din l-attitudni ta’ kompassjoni, li mhix biss sentiment, imma tfisser tbati ma’... Inkoraġġiti u msaħħin mill-Mulej, aħna min-naħa tagħna nsiru strumenti ta’ konsolazzjoni u ta’ rikonċiljazzjoni għall-oħrajn, biex infejqu l-ġrieħi ta’ min ibati, intaffu l-uġigħ ta’ min jibki, nerfgħu lill-fqir, neħilsu lin-nies minn ħafna forom ta’ jasar u oppressjoni. . Il-qrubija lejn Alla, jiġifieri, tagħmilna profeti għall-poplu, billi niżirgħu l-Kelma tiegħu li ssalva, fl-istorja miġrugħa ta’ arthom stess.

U biex nidħlu f’dan it-tieni punt, li nkunu profeti għall-poplu, ejjew nerġgħu nħarsu lejn l-esperjenza ta’ Ġeremija. Wara li rċieva l-Kelma ta’ mħabba u ta’ konsolazzjoni ta’ Alla, huwa ġie msejjaħ biex ikun “profeta tal-ġnus” (ara Ġer 1,5), mibgħut biex iġib id-dawl fid-dlam, biex jixhed f’kuntest ta’ vjolenza u korruzzjoni. U Ġeremija, li “kiel” il-Kelma tal-Mulej, li għalih kienet il-ferħ u l-hena ta’ qalbu (ara Ġer 15, 10), jistqarr li din l-istess Kelma ġabitlu inkwiet bla tarf li ġagħlitu jmur biex jilħaq lill-oħrajn, ħalli huma wkoll tmisshom il-preżenza ta’ Alla. Jikteb hekk: “F’qalbi hemm bħal nar jaqbad, magħluq f’għadmi; għejjejt inżommu magħluq ġo fija, ma niflahx iktar għalih” (Ġer 20:9). Ma nistgħux inżommu l-Kelma ta’ Alla għalina nfusna, ma nistgħux inżommu l-qawwa tagħha: huwa nar li jaħraq l-apatija tagħna u jqanqal fina x-xewqa li ndawlu lil dawk li jinsabu fid-dlam. Il-Kelma ta’ Alla hija nar li jaħraq ġo fina u jimbuttana biex noħorġu! Hawn tinsab l-identità episkopali tagħna: nies imkebbsin mill-Kelma ta’ Alla, mibgħutin għand il-Poplu ta’ Alla, b’ħeġġa appostolika!

Imma – nistgħu nistaqsu lilna nfusna – fiex tikkonsisti din it-tħabbira profetika tal-Kelma, u din il-ħeġġa? Lill-profeta Ġeremija il-Mulej jgħidlu: “Ara poġġejt kliemi fuq fommok. Ara, illum jiena qiegħedtek fuq il-ġnus u s-saltniet, biex taqla’ u ġġarraf, biex teqred u tħott, biex tibni u tħawwel” (Ġer 1:9-10). Huma verbi qawwijin ħafna dawn: l-ewwel li taqla’ u ġġarraf, sabiex imbagħad tkun tista’ tibni u tħawwel. Huwa kliem li jfisser li għandna ngħinu biex jinbeda kapitlu ġdid fl-istorja li Alla jixtieq jibni f’nofs dinja ta’ perverżjoni u inġustizzja. Intom ukoll, mela, imsejħin biex tkomplu ssemmgħu leħinkom profetiku, sabiex il-kuxjenzi tal-oħrajn iħossuhom sfidati u kull persuna ssir il-protagonista u responsabbli għal futur differenti. Għalhekk jeħtieġ li jitqaċċtu s-siġar velenużi tal-mibegħda u l-egoiżmu, tar-rabja u l-vjolenza; jitkissru l-artali ddedikati lill-flus u l-korruzzjoni; u tinbena koeżistenza bbażata fuq il-ġustizzja, il-verità u l-paċi; u fl-aħħar nett, li jitħawlu ż-żerriegħa ta’ twelid mill-ġdid, biex il-Kongo ta’ għada jkun tassew dak li ħolom bih il-Mulej: art imbierka u hienja, qatt aktar stuprata, oppressa u miksija bid-demm.

At the same time, let us be careful: we are not talking about political activity. Christian prophecy becomes incarnate in a wide variety of political and social activities, yet that is not generally the task of Bishops and pastors, which is to proclaim the word, awakening consciences, denouncing evil and encouraging those who are broken-hearted and lacking hope. “Comfort, comfort my people: this theme that appears again and again is an invitation from the Lord: Comfort the people. “Comfort, comfort my people”. It is a proclamation made not only in words but also through closeness and personal witness. Closeness, above all, to priests,for priests are those closest to the Bishop, concern for pastoral workers and encouragement to work together in a synodal spirit. And witness, since the Church’s pastors must first and foremost be credible, particularly in their work of fostering communion, in their moral life and in their administration of goods.

Fl-istess ħin irridu noqogħdu attenti: hawnhekk m’aħniex qed nitkellmu dwar xi attività politika. Il-profezija Nisranija imbagħad tinkarna ruħha f’diversi ħidmiet  politiċi u soċjali, iżda b’mod ġenerali l-kompitu tal-Isqfijiet u r-rgħajja mhuwiex dan. Il-kompitu tagħkom huwa dak li tħabbru l-Kelma u biex tqajmu l-kuxjenzi reqdin, biex tikkundannaw il-ħażen, biex tħeġġu lil dawk li għandhom qalbhom maqtugħa u bla tama. “Farrġu, farrġu lill-poplu tiegħi”: dan il-motto li jidher ta’ spiss, huwa stedina mill-Mulej: li nfarrġu lill-poplu. “Farrġu, farrġu lill-poplu tiegħi”. Hija tħabbira li ssir mhux biss bil-kliem, imma billi nkunu qrib tan-nies u nkunu xhieda għalihom: inkunu qrib, fuq kollox, tas-saċerdoti – is-saċerdoti huma l-ewwel proxxmu tal-isqof –, il-ħerqa lejn l-operaturi pastorali, u li nagħmlulhom il-qalb biex jaħdmu flimkien fl-ispirtu sinodali. U nkunu xhieda, għax ir-rgħajja għandhom ikunu l-ewwel u qabel kollox kredibbli, u b’mod partikolari billi jikkultivaw il-komunjoni, kif ukoll fil-ħajja morali tagħhom u anke minn kif jamministraw il-ġid.  F’dan is-sens, huwa meħtieġ li nkunu nafu nibnu l-armonija, u dan mingħajr ma nitilgħu fuq xi pedestall, u lanqas billi nkunu żorri, imma billi nagħtu eżempju tajjeb meta aħna stess ngħinu u naħfru lil xulixn, billi naħdmu flimkien u hekk inkunu ta’ eżempju ta’ fraternità, paċi u sempliċità evanġelika. M’għandux ikun li, meta n-nies ikunu qed ibatu l-ġuħ, ikun hemm min jgħid fuqkom: “ara naqra, ma jimpurtahomx, xi wħud marru fl-għelieqi tagħhom, oħrajn għan-negozju tagħhom” (ara Mt 22,5). Le, jekk jogħġobkom, ejja nħallu n-negożju barra mill-għalqa tal-Mulej! Ragħaj ma jistax ikun negozjant, ma jistax! Aħna Rgħajja u qaddejja tal-poplu t’Alla, mhux amministraturi tal-affarijiet, mhux negozjanti, imma rgħajja! L-amministrazzjoni tal-isqof trid tkun dik tar-ragħaj: quddiem il-merħla, f’nofs il-merħla, wara l-merħla. Quddiem il-merħla biex juri t-triq; f’nofs il-merħla biex inxommu r-riħa tal-merħla, biex ma tintilfinniex; wara l-merħla biex jgħin lil dawk li jimxu aktar bil-mod, u wkoll biex iħallu l-merħla waħedha għal ftit u tara fejn tista’ ssib mergħa tajba. Ir-ragħaj irid jimxi f’dawn it-tliet direzzjonijiet.

Għeżież ħuti Isqfijiet, qsamt magħkom dak li ħassejt f’qalbi. Ħudu ħsieb li tkunu qrib il-Mulej biex tkunu sinjali profetiċi tal-kompassjoni tiegħu għall-poplu. Jekk jogħġobkom tittraskurawx id-djalogu ma’ Alla u tħallux in-nar tal-profezija jintefa billi jkollkom xi relazzjoni ambigwa mal-poter, inkella billi tippreferu tgħixu għall-kwiet jew billi tidraw xi rutina partikulari. Quddiem il-poplu li jbati u quddiem l-inġustizzja, l-Evanġelju jitlobna ngħollu leħinna. Meta ngħollu leħinna kif jixtieqna Alla, inkunu qed nirriskjaw. Hekk ġralu wieħed minn ħutkom, il-qaddej ta’ Alla Mons Christophe Munzihirwa, li kien Ragħaj kuraġġuż u li kellu vuċi profetika. Offra ħajtu biex jipproteġi lill-poplu tiegħu. Il-ġurnata qabel ma miet, bagħat messaġġ lil kulħadd li jgħid hekk: “X’fadlilna nagħmlu f’dawn il-jiem? Ejjew nibqgħu sodi fil-fidi. Aħna għandna tama sħiħa li Alla mhux se jħallina waħedna, u li se jkun hemm għalina, x’imkien, xi dawl żgħir ta’ tama. Alla mhux se jħallina waħedna jekk aħna nibqgħu impenjati li nirrispettaw il-ħajja tal-ġirien tagħna, ikun xi jkun il-grupp etniku li ġejjin minnu”. L-għada inqatel fi pjazza tal-belt, imma ż-żerriegħa tiegħu, imħawla f’din l-art, flimkien ma’ dik ta’ ħafna oħrajn, qed tagħti l-frott. Tajjeb li tiftakru, bi gratitudni, ir-Ragħajja l-kbar li mmarkaw l-istorja ta’ pajjiżkom u tal-Knisja tagħkom, ta’ dawk li evanġelizzaw u ġew qabilkom fil-fidi. Ħuti, dawn huma l-għeruq tagħkom li jsaħħukom fil-ħeġġa evanġelika. Jiena ma nistax ninsa l-ġid li rċevejt meta sirt naf lill-Kardinal Laurent Monsengwo Pasinya.

Għeżież ħuti, tibżgħux tkunu profeti ta’ tama għall-poplu, kunu vuċi waħda tal-konsolazzjoni tal-Mulej, xhieda u ħabbara ferrieħa tal-Evanġelju, appostli tal-ġustizzja, Samaritani tas-solidarjetà. Kunu xhieda tal-ħniena u tar-rikonċiljazzjoni f’nofs il-vjolenza li tinħoloq mhux biss bl-isfruttament tar-riżorsi u mill-kunflitti etniċi u tribali, imma wkoll u fuq kollox mill-qawwa mudlama tal-ħażin, l-għadu ta’ Alla u tal-bniedem. Madankollu, qatt taqgħu qalbkom: il-Imsallab irxoxta, Ġesù jirbaħ, anzi diġà rebaħ id-dinja (ara Ġw 16,33) u jixtieq jiddi fikom, fil-ħidma prezzjuża tagħkom, billi tiżirgħu ż-żerriegħa tal-paċi! Ħuti, irrid nirringrazzjakom tas-servizz tagħkom, tal-ħeġġa pastorali tagħkom, u tax-xhieda tagħkom.

U issa, fi tmiem il-vjaġġ tiegħi fostkom, nixtieq nesprimi l-gratitudni kollha tiegħi lejkom u lejn dawk kollha li ppreparaw għalih. Kellkom is-sabar li tistennew sena, bravi! Nirringrazzjakom għal dan! Kellkom taħdmu d-doppju, għax l-ewwel żjara tħassret, imma naf li intom taħfrulu lill-Papa! Grazzi ta’ kollox!

F’Ġunju li ġej intom se tiċċelebraw il-Kungress Ewkaristiku Nazzjonali f’Lubumbashi. Ġesù huwa tabilħaqq preżenti u attiv fl-Ewkaristija; hemm huwa jaħfer u jfejjaq, jfarraġ u jgħaqqad, idawwal u jibdel; hemmhekk huwa jispira, jgħin u jagħmel il-ministeru tagħkom effettiv. Jalla l-preżenza ta’ Ġesù, ir-Ragħaj li għandu qalbu ħelwa u umli, ir-rebbieħ fuq il-ħażen u l-mewt, jittrasforma dan il-pajjiż kbir u jalla jkun dejjem Hu l-ferħ u t-tama tagħkom! Inberikkom minn qalbi.

Nixtieq inżid ħaġa waħda biss: għidt “ħennu”. Il-ħniena. Aħfru dejjem. Meta jiġi xi ħadd biex iqerr, jiġi biex jitlob maħfra, jiġi biex jitlob it-tgħannieqa tal-Missier. U aħna, nippuntaw subgħajna lejh: “Kemm-il darba? Kif għamiltu?…”. Le, dan m’għandux ikun. Aħfru. Dejjem. “Imma jiena ma nafx..., għax il-kodiċi jgħidli...”. Irridu josservaw il-kodiċi, għax huwa importanti, iżda l-qalb tar-ragħaj trid tmur lil hinn minn hekk! Trid tirriskja. Għall-maħfra irriskjaw. Dejjem. Aħfru dejjem, fis-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni. U b’hekk tkunu qed tiżirgħu l-maħfra fis-soċjetà kollha.

Inberikkom minn qalbi. U jekk jogħġobkom komplu itolbu għalija, għax dan l-uffiċċju huwa daqsxejn diffiċli! Imma jien nafda fit-talb tagħkom. Grazzi.

 

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Fr Roy Galdes