VJAĠĠ APPOSTOLIKU TAL-QDUSIJA TIEGĦU FRANĠISKU
FIL-KAŻAKISTAN 
(13 - 15
ta’ SETTEMBRU, 2022)

LAQGĦA MAL-AWTORITAJIET, MAS-SOĊJETÀ ĊIVILI U L-KORP DIPLOMATIKU

DISKORS TAL-QDUSIJA TIEGĦU

"Qazaq Concert Hall" (Nur-Sultan)
It-Tlieta, 13 ta’ Settembru, 2022

 

Sur President tar-Repubblikadistinti

Membri tal-Gvern u tal-Korp diplomatiku,
illustri
Awtoritajiet Reliġjużi u ċivili,
insigni Rappre
żentanti tas-soċjetà ċivili u tal-kultura,
Si
njuri!

 

Insellmilkom minn qiegħ qalbi bi gratitudni lejn il-President għall-kliem li ndirizzali.  Inħossni onorat  li ninsab hawn magħkom, f’din l-art tant kbira daqskemm hi antika, li ġejt fiha bħala ġellegrin tal-paċi, jien u nfittex id-djalogu u l-għaqda.  Id-dinja tagħna teħtieġhom b’urġenza, għandha bżonn issib l-armonija mill-ġdid.  Armonija li f’dal-pajjiż nistgħu ngħidu li simbolikament jirrappreżentaha strument mużikali tradizzjonali u karatteristiku, li sirt naf bih: id-dombra.  Dan l-istrument huwa emblema kulturali u wieħed mis-simboli l-aktar importanti tal-Kazakhstan, tant illi reċentement ġie dedikat jum speċjali apposta għalih.  Nixtieq nieħu d-dombra bħala elementli minnu nixtieq nislet dak li nixtieq naqsam magħkom.

Jien u nħejji għal dal-vjaġġ sirt naf li xi verżjonijiet tad-dombra kienu diġà jintużaw fl-epoka tal-medjuevu u li matul is-sekli kien jakkumpanja mużikalment ir-rakkonti tal-istejjer epiċi u opri poetiċi, u b’hekk jgħaqqad l-imgħoddi mal-preżent.  Simbolu ta’ kontinwità fid-diversità, għalhekk jagħti r-ritmu l-memorja tal-pajjiż u jfakkarna fl-importanza, quddiem it-tibdil ekonomiku u soċjali mgħaġġel ta’ bħalissa, li m’għandniex nittraskuraw ir-rabtiet mal-ħajja ta; min ġie qabilna, ukoll permezz ta’ dawk it-tradizzjonijiet li bihom ngħożżu l-imgħoddi u jingħata valur lil dak li ntwiret.  Qed naħseb, per eżempju, dwar id-drawwa sabiħa u mifruxa li nhar ta’ Ġimgħa filgħodu, jissajru seba’ ħobżiet ad unur tal-antenati.

Il-memorja tal-Kazakhstan, li meta l-Papa Ġwanni Pawlu II kien hawn bħala pellegrin, iddeskriviha bħala “Art talpmartri u ta’ nies li jemmnu, Art tad-deportati utal-eroj, Art ta’ ħassieba u ta’ artisti” (Diskors waqt iċ-ċerimonja tal-merħba, 22.9.2001), għandha ttimbrata fiha storja glorjuża ta’ kultura, umanità u sofferenza.  Kif nistgħu ma niftakrux, partikolarment, fil-kampijiet ta’ priġunerija u deportazzjoni tal-massa li fl-iblet u fl-isteppi bla tarf ta’dawn ir-reġjuni raw l-oppressjoni ta’ tant popolazzjonijiet?  Iżda n-nies tal- Kazakhstan ma ħallews din l-oppressjoni tjassarhom: mill-memorja tar-reklużjoni warrdet il-kura tal-inklużjoni.  F’din l-art, li sa minn żmien antik rat fiha ċaqliq ta’ popli sħaħ, it-tifkira tas-sofferenza u tal-provi mġarrbin għandu jkun ħażna indispensabbli għall-mixja ‘l quddiem lejn ġejjieni li jqiegħed id-dinjità tal-bniedem u ta’ kull grupp etniku, soċjali u reliġjuż, fl-ewwel post.

Lura lejn id-dombra: din tindaqq bħall-kitarra imma fih żewġ kordi biss.  Il-Kazakhstan ukoll għandu l-karatteristika u l-ħila li jimxi ‘l quddiem bil-ħolqien ta’ armonija fuq “żewġ kordi paralleli”: tempersturi iebsin ħafna fix-xitwa daqskemm ikunu għoljin fis-sajf; tradizzjoni u progress, li jsibu s-simbolu tagħhom fil-laqgħa bejn bliet storiċi ma’ oħrajn moderni, bħalma hi dil-belt kapitali.

Fuq kollox, fil-pajjiż jidwu n-noti ta’ żewġt iqlub, din ażjatika u dik ewropea, li minhom infushom jifurmaw “missjoni permanenti ta’ rabta bejn iż-żewġ kontinenti” (idem, (Diskors liż-żgħażagħ, 23.9.2001; “pont bejn l-Ewropa u l-Asja” “katina li tgħaqqad l-Orjent mal-Punent” (idem, Diskors waqt iċ-ċerimonja tat-tluq 25.9.2001).  Il-kordi tad-dombra soltu jdoqqu flimkien ma’ strumenti oħra tal-korda, tipiċi ta’ dawn l-inħawi:  l-armonija timmatura u tissedaq bis-solidarjetà, bil-koralità li ġġib l-armonija fil-ħajja soċjali.   “L-għajn tas-suċċess hi l-għaqda”, jgħid proverbju sabiħ lokali.  Jekk fan jgħodd kullimkien, hawn, b’mod partikolari: il-madwar mija u ħamsin gruppi etniċi u l-aktar minn tmenin lingwa li hawn fil-pajjiż, bi stejjer, tradizzjonijiet kulturali u reliġjużi mlewna, jiffurmaw sinfonija straordinarja u-Kazakhstan jagħmluh laboratorju multi-etniku, multi-kulturali, u mutli-reliġjuż ewlieni, u juri ċar il-vokazzjoni speċifika tiegħu li hu Pajjiż tal-laqgħa.

Jien ninsab hawn biex nisħaq kemm hu importanti u urġenti dan l-aspett, li għalih, b’mod parikolari għandhom sejħu li jagħtu sehemhom ir-reliġjonijiet; għalhekk se jkolli l-unur li nieħu sehem fis-Seba’ Kungress tal-Mexxejja tar-Reliġjonijiet dinjija u tradizzjonali. Sewwa sew il-Kostituzzjoni tal-Kazakhstan, filwaqt li hi lajka, tagħraf il-libertà reliġjuża u tat-twemmin.  Lajċita sȃna, li tagħti għarfien lill-irwol prezzjuż u insostitwibbli tar-reliġjon u topponi l-estemiżmu li jherriha, hi kundizzjoni essenzjali biex kull ċittadin jitqies indaqs minbarra li tiffavorixxi sens ta’ appartenenza lill-pajjiż, ta’ kull grupp etniku, lingwistiku, kulturali u reliġjuz.  Infatti, filwaqt li jaqdu rwol insostitwibbli li jfittxu u jkunu xhieda tal-Assolut, ir-reliġjonijiet jeħtieġu l-libertà biex jesprimu ruħhom.  Għalhekk il-libertà reliġjuża hi l-aħjar benniena għall-konvivenza ċivili.

Hi ,ħtieġa minquxa fl-isem ta’ dal-poplu, fil-kelma “kazako”, li tfakkar propju fil-mixja ħielsa u indipendenti.  Il-ħarsien tal-libertà, xenqa mnaqqxa fil-qalb ta’ ull bniedem, kundizzjoni waħdanija sabiex il-laqgħa bejn il-persuni u l-gruppi tkun reali u mhux artifiċjali, tissarraf f’soċjetà ċivili bl-għarfien tad-drittijiet akkumpanjati mid-dmirijiet.  Irrid nuri apprezzament, minn dan l-aspett, għall-fatt li t-tneħħija tal-piena tal-mewt hija affermazzjoni tal-valur tal-ġajja umana, f’isem id-dritt għat-tama għal kull essri uman.  Flimkien ma’ dan imprtanti li l-libeertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tal-espressjoni, tkun garatita biex jingħata wisa’ għar-rwol uniku u paritarju li kull bniedem għandu biex juri solidarjetà.

F’dan ukoll id-dombra hija ta’ stimolu.  Prinċipalment huwa strument mużikali popolari, u minħabba f’hekk, jikkomunika s-sbuħija tal-ħarsien tal-ġenju u l-vivaċità ta’ poplu.  Dan, qabel kollox jinsab fġidejn l-awtiritajiet ċivili, l-ewwel nies li huma responsabbli biex jisseddaq il-ġid komuni, u dan isir b’mod speċjali bil-ħarsien tad-demokrazija, li hi l-għamla l-aktar addattata sabiex is-setgħa tissarraf f’servizz favur il-poplu kollu kemm hu u mhux favur il-ftit.  Naf li nbeda, l-aktar dawn l-aħħar xhur, proċess ta’ demokratizzazzjoni bl-għan li jissaħħu l-kompetenzi tal-Parlament u tal-Awtoritajiet lokali, u b’mod aktar ġenerali, tqassim aħjar tas-setgħa.  Hu mixja ta’ mertu u impenjattiva, li żgur mhix se sseħħ fi żmien qasir, li jitlob li tibqgħu mexjin lejn l-gġan aħħari bla ma tħarsu lura.  Infatti, l-fiduċja ta’ min jiggverna tissaħħaħ meta l-wegħdiet, ma jkunux strumentali, imma jseħħ kif imiss.  Hemmm bħonn li kullimkien id-demokrazija u l-modernizzazzjoni ma jibqgħux biss dikjarazzjonijiet, imma jinġabru kollha f’servizz konkret għall-poplu: politika tajba magħmula mis-smigħ tan-nies u tweġibiet għall-ħtiġiejiet leġittimi, ta’ parteċipazzjoni bla heda tas-soċjeta ċivili u tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi u umanitarji, b’attenzjoni partikoalri lejn il-ħaddiema, iż-żgħażagħ u l-kategoriji l-aktar dgħajfa.  U wkoll – kull ġajjiż fid-dinja jeħtieġ dan – ta’ miżuri li jiġġieldu l-korruzzjoni.  Dan l-istil politiku realment demokratiku hu t-tweġiba l-aktar effikaċi għall-estermiżmi , personaliżmi, populiżmi, li jheddu l-istabbiltà, il-ġid u l-kuntentizza tal-popli.  Qed naħseb ukoll  fil-ħtieġa ta’ ċert sigurtà ekonomika, li talbu xi reġjunijiet fil-bidu tas-sena, fejn, minkejja r-riżorsi tal-enerġija huma enormi, qed jinħass li hemm diversi diffikultaijiet.  Hi sfida li ma tolqotx biss lill-Kazakhstan, iħda lid-dinja kollha, għax l-iżvilupp integrali sar ostaġġ ta’ inġustizzja mifruxa għall-aħħar, għaliex ir-riżorsi mhumiex imqassmin b’mod ugwali.  U huwa dmir tal-istat, imma tas-settur privat ukoll, li lil kull parti tal-popolazzjoni jittrattawha bil-ġustizzja u bi rittijiet u dmirijiet indaqs, u li jmexxu ‘l quddiem l-iżvilupp ekonomiku mhux għall-qliegħ tal-fit imma għad-dinjità ta’ kull ħaddiem.

Induru lura għall-aħħar darba lejn id-dombra – jgħidu dal-Papa mużiċist! -.  Dan l-istrument jgħaqqad il-Kazakhstan ma’ dversi pajjiżi tal-madwar u ku kontribut biex tinxtered il-kultura fid-dinja.  Nawgura li, bl-istess mod, isem dal-pajjiż kbir jkompli jkun ifisser armonija u paċi.  Il-Kazakhstan hu salib it-toroq ta’ laqgħat ġeopolitiċi: għalhekk għandu r-rwol fundamentali li jraqqad il-kunflitti.  Hawnhekk, Ġwanni Pawlu II, ġie jiżra’ t-tama eżatt wara l-ġrajjiet traġiċi tal-11 ta’ Settembru, 2001.  Jien ninsab hawn fi żmien il-ġenn ta’ gwerra traġika li bdiet bl-invażjoni tal-Ukrajna, filwaqt li aktar tilwim u theddid ta’ kunflitti huma ta’ periklu għal żmienna.  Jien qiegħed hawn biex inkabbarw l-għajta ta’ tant popli li qed jitkarrbu għall-paċi, li hi triq ta’ żvilupp essenzjali għad-dinja globalizzata tagħna.

Għalhekk hi dejjem aktar urġenti l-ħtieġa  li jissaħħa l-impenn diplomatiku favur id-djalogu u l-laqgħa, għax illum il-problema ta’ wieħed hi problema ta’ kulħadd, u min fid-dinja għandu l-aktar setgħa għandu aktar responsabniltà lejn l-oġrajn, speċjalment lejn dawk il-pajjiżi li l-aktar jinsabu fi kriżi minħabba l-loġika tal-kunflitt.  Minn dan l-aspett m’għandniex inħarsu biss lejn l-interessi li jolqtu lilna u li jkunulna ta’ vantaġġ.  Waslet is-siegħa li nevitaw li naggravaw ir-rivalità u li l-blokki kontra xulxin iwebbsu rashom.  Għandna bżon leaders li fuq livell internazzjonali, jippermettu li l-popli jifhmu ‘l xulxin u jiddjalogaw, u jiġġeneraw Ġspirtu ta’ Helsinki” ġdid, ir-rieda li jissaħħaħ il-multilateraliħmu, li tinbena dinja aktar stabbli u paċifika bil-ħsieb tal-ġenerazzjonijiet il-ġodda.  U biex dan iseħħ  hemm bżonn nifhmu ‘l xulxin, paċnzha u djalogu bejn kulħadd.  Intenni bejn kulħadd.

 

Proprio pensando all’impegno globale per la pace, esprimo vivo apprezzamento per la rinuncia agli armamenti nucleari che questo Paese ha intrapreso con decisione; così come per lo sviluppo di politiche energetiche e ambientali incentrate sulla decarbonizzazione e sull’investimento in fonti pulite, che l’Esposizione internazionale di cinque anni fa ha messo in risalto. Insieme all’attenzione per il dialogo interreligioso, sono semi concreti di speranza piantati nel comune terreno dell’umanità, che sta a noi coltivare per le generazioni a venire; per i giovani, ai cui desideri occorre guardare per intraprendere le scelte di oggi e di domani. La Santa Sede vi è vicina in questo percorso: subito dopo l’indipendenza del Paese, trent’anni fa, sono state allacciate relazioni diplomatiche e sono lieto di visitare il Paese nell’imminenza di questo anniversario. Assicuro che i cattolici, presenti in Asia centrale fin da tempi antichi, desiderano continuare a testimoniare lo spirito di apertura e rispettoso dialogo che distingue questa terra. E lo fanno senza spirito di proselitismo.

Signor Presidente, cari amici, vi ringrazio per l’accoglienza che mi avete riservato e che rivela il vostro ben noto senso di ospitalità, nonché per l’opportunità di trascorrere questi giorni di dialogo fraterno insieme ai leader di molte religioni. L’Altissimo benedica la vocazione di pace e unità del Kazakhstan, Paese dell’incontro. A voi, che avete la responsabilità prioritaria del bene comune, e ad ogni suo abitante, esprimo la mia gioia di essere qui e la volontà di accompagnare con la preghiera e la vicinanza ogni sforzo per un futuro prospero e armonioso di questo grande Paese. Raqmét! [grazie!] Dio benedica il Kazakhstan!

minnhom.

 

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Joe Huber