Laikos

 

IL-FEHMA TAL-PAPA GĦAT-TALB

GĦAL MATUL KULL XAHAR TAL-2024

 

Jannar - Għar-Rigal tad-Diversità fil-Knisja

Nitolbu l-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu ħalli nagħrfu r-rigal tal-kariżmi differenti fil-komunità Nisranija u biex niskopru r-rikkezza tat-tradizzjonijiet ritwali diversi fil-Knisja Kattolika  -  klikkja ...


Frar - Għall-Pazjenti b’Mard Terminali

Nitolbu biex il-pazjenti b’mard terminali u l-familji tagħhom jirċievu l-kura u l-akkumpanjament meħtieġ kemm fiżiku kif ukoll spiritwali  -  klikkja ...

 


Marzu - Għall-Martri Ġodda

Nitolbu sabiex dawk li jissugraw ħajjithom għall-Vanġelu f’diversi naħat tad-dinja jħeġġu l-Knisja bil-kuraġġ u bl-entużjażmu tagħhom  -  klikkja ...

 


April - Għar-Rwol tan-Nisa

Nitolbu biex kull kultura tagħraf id-dinjità u l-valur kbir tan-nisa ħalli tintemm id-diskriminazzjoni li jġarrbu f’diversi partijiet tad-dinja   -  klikkja ...

 


Mejju - Għall-Formazzjoni tar-Reliġjużi u tas-Seminaristi

Nitolbu sabiex ir-reliġjużi nisa u rġiel, u s-seminaristi, jikbru fil-vokazzjoni tagħhom permezz tal-formazzjoni umana, pastorali, spiritwali u komunitarja li twassalhom ikunu xhieda kredibbli tal-Vanġelu   -  klikkja ...

 


Ġunju - Għall-Migranti li Jaħarbu minn Djarhom

Nitolbu għall-migranti li jaħarbu mill-gwerra u l-ġuħ, u li jkollhom jivvjaġġaw fost perikli kbar u vjolenza, biex il-pajjiżi li jirċevuhom jilqgħuhom tajjeb u joffrulhom opportunitajiet ġodda.

 


Lulju - Għall-Kura Pastorali tal-Morda

Nitolbu biex is-Sagrament tal-Griżma tal-Morda jwassal il-qawwa ta’ Alla lil dawk li jirċevuh u lill-maħbubin tagħhom, u jkun dejjem aktar sinjal viżibbli ta’ kompassjoni u tama għal kulħadd.

 


Awwissu - Għall-Mexxejja Politiċi

Nitolbu għall-mexxejja politiċi biex ikunu għas-servizz tan-nies tagħhom, jaħdmu għall-iżvilupp integrali tal-bniedem u għall-ġid komuni, b’mod speċjali jieħdu ħsieb tal-fqar u ta’ dawk li tilfu x-xogħol.

 


Settembru – il-Karba tad-Dinja

Nitolbu li kull persuna tisma’ u ġġarrab il-karba tad-dinja u tal-vittmi tad-diżastri naturali u tal-kriżi klimatika, ħalli nimpenjaw ruħna personalment biex nieħdu ħsieb tad-dinja li ngħixu fiha.

 


Ottubru – Għal Missjoni Flimkien

Nitolbu biex il-Knisja tibqa’ ssostni b’kull mod stil ta’ ħajja sinodali, billi tinkoraġġixxi lis-saċerdoti, lir-reliġjużi u ‘l-lajċi jkunu lkoll responsabbli bil-parteċipazzjoni flimkien f’missjoni waħda.

 


Novembru – Għal min tilef it-tarbija

Nitolbu sabiex il-ġenituri kollha li jibku t-telfa ta’ binhom jew ta’ binthom isibu għajnuna mill-komunità tagħhom u jirċievu l-paċi tal-qalb mill-Ispirtu tal-faraġ.

 


Diċembru – Pellegrini ta’ Tama

Nitolbu sabiex dan il-Ġublew issaħħaħ il-fidi tagħna, jgħinna nagħrfu lil Kristu Rxoxt fil-qalba ta’ ħajjitna, u jagħmilna pellegrini ta' tama Nisranija.

 


Għal aktar mill-Papa Franġisku klikkja fuq l-istampa ▲