ŻJARA PASTORALI TAL-QDUSIJA TIEGĦU FRANĠISKU

ANGELUS

Pjazza tal-Bażilika ta’ ‘Santa Maria in Collemaggio
Il-Ħadd, 28 ta’ Awwissu, 2022

 

Għeżież ħuti!

 

Fi tmiem din iċ-ċelebrazzjoni, iduru lejn il-Verġni Marija bit-talba tal-Angleus.

Imma l-ewwel nixtieq insellem likom ilkoll li ħadtu sehem, ukoll dawk li kellhom isegwu mill-bogħod, mid-dar jew mill-isptar jew mill-ħabs.  Irrodd ħajr lill-awtoritajiet ċivili għall-preżenza tagħhom u għall-impenn fl-organizzazzjoni.  Irrodd ħajr minn qalbi lill-Kardinal Arċisqof u l-Isqfijiet l-oħra, lis-saċerdoti, lill-irġiel u nisa konsagrati, lill-familji, lill-kor u lill-volontarji kollha, kif ukoll lill-puluzija u l-membri tal-protezzjoni ċivili.

 

F’dal-post, li għadda minn ġrajja kerha u iebsa, nixtieq niżgura lill-popolazzjonijiet tal-Pakistan li ntlaqtu minn għarar ta’ qies diżastruz, li jien ninsab qribhom.  Nitlob għall-bosta vittmi, għall-feruti u dawk li spiċċaw bla dar, u jalla s-solidarjetà internazzjonali tasal malajr u tkun ġeneruża.

 

U issa nitlobu bill-qalb lill-Madonna sabiex, kif għidt fi tmiem l-omelija, iġġib il-maħfra u l-paċi fid-dinja kollha.  Nitolbu għall-poplu ukren u għall-popli kollha li qed isofru minħabba l-gwerer.  Alla tal-paċi jkebbes mill-ġdid fil-qlub ta’ kulmin hu responsabbli f’kull nazzjon, is-sens uman u nisarni tal-ħniena, tal-maħfra.  Marija, Omm tal-Ħniena u Reġina tal-Paċi, itlob għalina.

 

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Joe Huber