IL-PAPA FRANĠISKU

ANGELUS

Bażilika ta' San Pietru - Altar tal-Katedra

Ħadd il-Palm, 28 ta' Marzu, 2021

 

Għeżież ħuti,

dħalna fil-Ġimgħa Mqaddsa.  Għat-tieni darba qed ngħixuha fil-kuntest tal-pandemija.  Is-sena l-oħra konna taħt xokk, dis-sena nħossuna aktar eżawriti.  U l-kriżi ekonomika kompliet titgħarraq.

F'dis-sitwazzjoni storika u soċjali, x'jagħmel Alla?  Jieħu s-salib.  Ġesù jieħu s-salib, jiġifieri jitgħabba bit-tbatija li ġġib magħha din ir-realtà, tbatija fiżika, psikoloġika u, fuq kollox, tbatija spiritwali, għax il-Malinn japprofitta ruħu mill-kriżi biex jiżra' l-isfiduċja, id-disperazzjoni u s-sikrana.

U aħna?  X'għandna nagħmlu?  Turina l-Verġni Marija, Omm Ġesù u wkoll l-ewwel dixxiplu tiegħu.  Hi mxiet wara Binha.  Tgħabbiet bis-sehem tagħha tat-tbatija, tad-dlam, ta' fixla hu terrrqet it-triq tal-passjoni billi f'qalbha żammet tixgħel il-lampa tal-fidi.  Bil-grazzja t'Alla aħna wkoll nistgħu nimxu f'dil-mogħdija.  U, matul il-via sagra ta' kuljum niltaqgħu mal-uċuħ ta' tant ħutna li jinsabu f'diffikultà: ma nibqgħux għaddejjin, inħallu qalbna titqanqal bil-ħniena u nersqu qribhom.  Dak il-ħin, bħaċ-Ċirinew, jista' jgħaddi minn moħħna: "Għaliex propju jien?"  Imma mbagħad niskopru d-don li missna mingħajr mertu tagħna.

Nitolbu għall-vittmi kollha tal-vjolenza, partikolarment għal dawk tal-attentat li seħħ dalgħodu fl-Indoneżja quddiem il-Katidral ta' Makassar.

Tgħinna l-Madonna li dejjem tinsab qabilna fit-triq tal-fidi.

 

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Joe Huber