IT-TMIENJA U GĦOXRIN JUM DINJI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ

IL-PAPA FRANĠISKU

ANGELUS

Pjazza San Pietru
Ħadd il-Palm, 24 Marzo 2013

Għeżież ħuti,

Fi tmiem din iċ-ċelebrazzjoni, insejħu l-interċessjoni tal-Verġni Marija sabiex takkompanjana matul il-Ġimgħa Mqaddsa.  Hija li mxiet wara Binha bil-fidi, it-triq kollha sal-Kalvarju, tgħinna nimxu warajh, inġorru b’serenità u b’imħabba s-Salib tiegħu, sabiex naslu għall-ferħ tal-Għid.  Ħa tgħin il-Verġni Mnikkta speċjalment lil dawk li għaddejjin minn ċirkustanzi aktar diffiċli.  Nfakkru l-dawk il-peresuni li huma milquta mit-tubercolożi, għaliex illum huwa l-Jum Dinji kontra din il-marda.   Lil Marija nafda b’mod partikolari lilkom, għeżież żgħażagħ, u l-mixja tagħkom lejn Rio de Janeiro.

Sa dakinhar, f’Lulju ġewwa Rio!  Ħejju qalbkom spiritwalment.

Nawguralkom ħafna hena fil-vjaġg tagħkom.

Il-mixja t-tajba!

Buon cammino a tutti!

Bonne route à tous !

I wish you all much joy on your journey.

Alles Gute für euren Weg auf Ostern hin und nach Rio!