IL-PAPA FRANĠISKU: 10 SNIN - 10 TEMI

Illum jimmarka anniverżarju importanti għall-Papa Franġisku.  Kien propju fit-13 ta’ Marzu tal-2013 li Jorge Mario Bergoglio, Arċisqof ta’ Buenos Aires fl-Arġentina ġie  elett Papa.  Għaxar snin.  Għaxar snin li fihom dan il-persunaġġ biddel totalment il-mod ta’ kif inkunu Knisja.  Persunaġġ li jgħix hu stess il-faqar li jippriedka.  F’din il-mixja li se nagħmlu flimkien għandna l-ħsieb li nimmarkaw dan l-anniverżarju billi ma’ xulxin naraw għaxar temi mportanti li mmarkaw b’mod sħiħ l-għaxar snin ta’dan il-Papa.  Għaxar snin, għaxar temi mportanti fil-mixja ta’ dan il-Papa.