|
It-Tereżjani fil-Perjodi Bikri (I)
Minn David Rossi
Mad-dħul
tat-Tereżjani f’ Malta
bdiet ħidma ntensiva sabiex tinbena l-knisja u l-kunvent.
Dan il-bini f` Bormla beda jservi sabiex jipprepara l-Karmelitani Skalzi
għall-attivita missjunarja lil hinn minn xtutna
fil-Mesopotania u pajjiżi oħrajn.
F`dak iż-żmien dawk li
kienu jħossu l-vokazzjoni għall-ħajja
reliġjuża fi
ħdan il-Karmelu kienu jmorru barra minn Malta għan-novizzjat
u ghal xi zmien jipprofessaw f` Santa Maria della Scala f` Ruma.
Kienet meħtiega li kull Tereżjan
iħaddan isem ġdid b`
dedikazzjoni partikolari. Pereżempju f` Marzu
tal-1603 insibu lil Patri Ambrosius a Santo Johannes Baptista waqt li f`
April 1639 reliġjuż kien iġib
l-isem ta` Patri Joseph Antonius a S Francesco. Naraw li bejn l-1604 u
1604 il-patrijiet afdaw s-sejħa
tagħhom lil diversi qaddisin bhal San Frangisk,
San Ġakbu, u San Ġorġ.
Oħrajn għażlu
lil San Pietru u lill San Nikola waqt li kien hemm reliġjużi
ddedikati għal San Pawl u
San Ippolitu flimkien ma` San Martin. Kien hemm oħrajn
li ħaddnu mal- isem
religjuz it-titolu ta` Gesu` Maria, Reżurrezzjoni
kif ukoll Assunta`.
Skont il-kitba misjuba fl-Arkivju l-eta` ta` dawk li kienu jidħlu mal-Ordni Tereżjan kienet bejn sbatax u sitta w tletin sena. Dawn kienu jiġu minn diversi postijiet l-aktar mill-kontinent mifrux tal-Ewropa. Insibu fost oħrajn reliġjużi minn Madrid, Cremona, Firenze, Ruma, it-Toskana, Fjandri, Genova, Borgonja, u l-Polonja. Oħrajn ġew minn Rocca Centrale, Hibernia , Montes Politiani u Carrara. Hekk kif il-missjoni bdiet tilħaq pajjiżi mbiegħda kien hemm vokazzjonijiet minn artijiet bħas-Sirja kif naraw fil-professjoni ta` Patri Franciscus a S Paolo fid-dinja Michael minn Aleppo.
Il-preżenza
tar-reliġjużi Tereżjani
lokalment kienet esperjenza profonda u xi wħud f`
Malta ħassew is-sejħa li
jissieħbu mal-patrijiet. Ta` min igħid
li l-ewwel Malti misjub fil-kotba tal-Ordni ngħaqad
mal-Karmelitani Skalzi qabel ‘il wasla tagħhom fi
gziritna. Hekk insibu li Petrus Paulus Manduca Melitensis: minn
Malta pprofessa fit-23 ta` Ġunju 1613 u sar magħruf
bħala Frater Paulus Baptista a S Petro. Kien
hemm Maltin oħra li daħlu
patrijiet wara l-miġja tat-Tereżjani
f` Malta. Fil-fatt insibu
mhux inqas minn erbatax il-persuna bejn is-sena
1695 u l-1788 fosthom lil Benignius Pace minn Civis Victoriosa li
pprofessa fil-25 t` Awwissu 1744 u beda jġib
l-isem ta`F Rajmundus a S Bartholomeo. Kien hemm ieħor
bl-isem ta` Paulino Grech mill-Belt Valletta. Huwa ħa
l-voti fl-10 ta` Diċembru 1766 u sar magħruf
bħala F. Theodosino a Conceptione. Kien hemm oħrajn
mill-Isla bħal Petrus Alcantra a S Teresia (J
Andreas) u Carolus Raymondus a S Joseph (Nicolaus Grech). Ismijiet oħra
ġew mniżżla mingħajr
ħjiel ta` minn fejn ġew
minn Malta. Hekk insibu lil F Franciscus Maria a Croce, Malti bl-isem
ta` Michael Angelus Fenech li ħa l-voti fl-4 ta`
Ottubru 1736.
Mir-Reġistru
Liber Professorum inter Carmelitas Discalceatos in Novitiatu
Melitensi 1790- 1857 naraw li l-ewwel professjoni solenni f` pajjiżna
saret fit-28 ta` Diċembru 1791 hekk kif F Carlos
Joseph a S Francesco jew, kif kien magħruf qabel
ma daħal patri, Jo Baptist Grech mwieled il-Belt
fit-8 ta` Awwissu 1774 mill-koppja Francesco u
Theresia Grech kien għamel iż-żmien
tiegħu ta` novizzjat f`
Malta għas-sodisfazzjon tas-superjuri tiegħu.
Dawn taw l-approvazzjoni tagħhom bħala
Pirjol f` dan il-każ F
Raimundus a San Bartholomeo u l-Mastru tan-novizzi F Stanislau di Gesu`.
Il-patri l-ġdid bħala
Korista wiegħed Poverta`, Kastita` u Ubbidjenza
lil Alla u lil Beata Verġni
Marija kif ukoll lil F Adriano a S Theresa
Preposito Generale tal-Kongregazzjoni ta` San
Elija u lis-suċċessuri tiegħu
sal-mewt skont ir-Regola primittiva tal-Ordni.
Kien hemm oħrajn li għamlu bħal dan il-patri Malti. Hekk insibu lil F Emmanuel Aloysius a S Maria ad Nives jew Aloysius Baldacchino imwieled fl-Isla fl-1775 minn Cajetano u Maria Baldacchino u lil Belti F Julius a SS Salvatore jew Raphael Calleya mwieled fit-30 ta` Diċembru 1771 minn Pio u Ursula Calleya. Dawn kienu għamlu n-novizzjat f` Malta minflok barra minn xtutna kif kien meħtieġ li jagħmlu l-ewwel reliġjużi li daħlu patrijiet minn Malta. Oħrajn kienu jidħlu bħala fratello donato mhux fil-livell ta`Chorista imma f` dak ta` converso fil-kunvent ta` Bormla b` novizzjat mqassam fuq mhedda ta` sentejn.
Dan it-tagħrif dwar It-Tereżjani fil-Perjodu Bikri (I) ġie miġbur mill-Arkivju u l-Librerija tat-Tereżjani f`Bormla. Nħeġġu lil dawk kollha li jixtiequ jkunu jafu aktar dwar l-Ordni tal-Karmelitani Skalzi sabiex jikkuntattjaw lil Fr. Karm Spiteri, Kunvent Santa Tereża Bormla BML 1271, fuq mob: 79930984 / tel: 21826111 jew jibgħatu email: fatherkarm62@gmail.com.
Referenza: Catalogo: Archivio dell'Ordine dei Carmelitani Scalzi – OCD Citta` Cospiqua Sezione Convento D 6 Liber Professarum inter Carmelitas Discalceatos in Novitiatu Melitensi 1790 – 1857 -----Liber I delli Nostri Religiosi e delle Nostre Religiose and Liber II Necrologio dei Religiosi Defunti in Convento di SM Teresa dell` anno 1634 al 1722 – Nomen Seculi La Scala Rome 1602 – 1789.