|
It-Tereżjani u l- Visite Generalizie
Minn David Rossi
Hekk kif il-Patrijiet Tereżjani bdew il-funzjoni tagħhom ġewwa Bormla fis-Seklu Sbatax l-Ordni Reliġjuż, li kien bagħat lil dawn l-aħwa f`Malta, ħatar diversi viżitaturi uffiċjali sabiex jistħarrġu kif il-komunita` kienet miexja. Mill-Libro della SS Visite Generalizie, AD 1627 – 1959 miżmum ġewwa l-Arkivju tal-Karmelitani Skalzi, naraw li l-ewwel mawra saret minn Patri Joanes a Santo Hieronymo fit-8 ta` Gunju 1627 jew ftit anqas minn sentejn wara li l-Isqof Cagliares kien laqa` lit-Tereżjani bid-donazzjoni benevolanti tiegħu. Il-Visitator provincialis kien qed jirrapreżenta lill-Provinċja Matris Dei u fost affarijiet oħra kien hemm referenza għall-kunvent il-ġdid.
Kien
hemm visti
oħrajn
f`dan iż-żmien
tal-bidu li jindikaw l-iżvilupp
inizjali tal-Ordni Tereżjan
f’Malta
hekk kif bdiet tiġi
mħarsa
flimkien mal-Kunvent Siċiljan
minn Vicario provinciale
skont id-Definitorio Generale tal-1629 kif
misjuba
fl-artiklu nfurmattiv Il Carmelo in Sicilia. Tliet
snin wara,
jiġifieri
fl-1632,
il-Provinċja
ta` Sqallija
ħatret
lil San Albert bħala
protettur tagħha
u kompliet timxi minn hemm sabiex ixxerred
il-Kelma tal-Ħajja
fost id-devoti u l-parruċċani.
Dawn il-fatti fuq skala reġjonali
huma riflessi fiż-żjarat
li saru lill-Kunvent f` Malta fit-28 ta`Mejju 1629 minn Fra Optato di S
Carlo li ġie
bħala
Vicario u Visitatore provincial;
waqt li fit-18 ta`
Ottubru 1633 wasal Alesio di St Angelo li f`dak il-perjodu kien Provinċjal
tal-Provinċja
ta`San Albert,
qaddis meqjum sew
minn Santa Tereza t`Avila u Santa Maria Maddalena de' Pazzi.
Il-Vista fil-Kunvent ta` Malta kienet tiġi ddikjarata bis-siġill tal-Ordni Tereżjan u miżmuma fid-dettal fl-Arkivju bħala manuskritt f`reġistru ewlieni. Il-Kitba minn Viżitatur għall-ieħor kienet tieħu l-istess xejra u tibda sabiex tindroduċi lil min kien qed jagħmel iż-żjara fil-Kunvent ta` Santa Tereza f’ Malta. Dan ir-Reliġjuż kien iniżżel l-uffiċċju tiegħu u jgħid dak li sab kemm fil-qasam temporali u spiritwali waqt li jitfa’ ħsiebu lejn l-imġiba tar-Reliġjużi, il-ħarsien tal- virtujiet u d-dixxiplina regolari . Meta jkun sodisfatt b`dak li jkun osserva jikteb li ma għandu ebda ordni ġdida xi jżid ħlief dak li jkun qal pubblikament u privatament favur ħajja ta` qdusija sabiex jintlaħaq livell perfett ta` santita`. Il-viżitatur imbagħad kien jiffirma u jniżżel id-data taż-żjara bis- siġill.
Kien hemm xi drabi meta l-Viżitatur kien iħoss il-ħtiega sabiex jinforma lill-Komunita` b`xi digrieti ġodda li kellhom jiġu osservati u moqrija kull xahar fil- Kapitlu quddiem ir-Reliġjużi Professi f`’Malta. Hekk naraw kif fit-18 t`Ottubru 1633 Patri Alesio di St Angelo kien għamel żjara bħala Provinċjal ta` San Albert’ u waqt li sab l-affarijiet mexjin sew kiteb tmien punti ġodda li kellhom jiġu pprattikati mit-Tereżjani f`Malta, hekk kif kienu mgħoddija lilu fuq xewqa tal-viżitatur ta` qablu Patri Benedetto di San Pietro waqt zjara fil-15 ta` April 1633.
Ir-Reliġjużi kienu pprojbiti milli jmorru jistadu jew jieklu fil-ġonna tal-lajċi jekk ma jkunux informaw lis-superjur u għal mhux aktar minn tlett darbiet bejn l-Għid il-Kbir u l-Esaltazzjoni tas-Salib Imqaddes; ħlief fil-jiem tar-rikreazzjoni straordinarja taħt piena ta` sospensjoni għall- erba’ xhur. It-tluq u l-wasla tad-dgħajsa riedu jsiru mill-postijiet indikati dietro del Borgo o` dietro del Isola.
Fuq kollox ma kellhomx jieklu barra mir-refettorju jekk mhux skont l-użanzi stabbiliti, jiġifieri fil-festi il-kbar jew jiem tar-rikreazzjoni straordinarja taħt piena ta` tliet xhur sospensjoni. Kien hemm digrieti dwar is-siegħa ta` talb waqt il-Festi tal-Għid, Milied, Epifanija u Ċirkonċiżjoni. Il-viżitatur stqarr li aktar estensjonijiet fil-Kunvent setgħu jsiru bil-permess espress tiegħu u ċellel kienu mistennija jinbnew skont il-kejl mniżżla fil-kostituzzjoni. Kellu jkun hemm tapizzarija fil-kappella maġġura waqt il-festa tas-Santa Madre u l- flus miġbura riedu jitpoġġew fil-kaxxa ta’ tliet ċwievet taħt sospensjoni ta’ erba’ xhur.
Ir-Reliġjużi
setgħu
jżuru
nisa morda bil-permess tad-Discreti bl-awtoriżazzjoni
tas-superjur u jekk xi patri kien ikollu jmur iqarar jew jassisti moribond
bil-lejl id-Discreti kellhom jiġu
nfurmati filgħodu.
Meta dawn l-uffiċjali
ma kienux ikunu preżenti
r-Reliġjużi
nvoluti riedu
jgħidu
lil patrijiet l-aktar anzjani b`dak kollu li seħħ.
Kien meħtieġ
ukoll li d-Discreti
u l-Pirjol
ikunu nfurmati b`xi
żjara
fid-djar għall-istess
skop meta
mitluba jagħmlu
dan minn
xi ħadd
li jkun
iltaqa’ magħhom fit-triq.
Dan it-tagħrif dwar It-Tereżjani u l- Visite Generalizie ġie miġbur mill-Arkivju u l-Librerija tat-Tereżjani f`Bormla. Nħeġġu lil dawk kollha li jixtiequ jkunu jafu aktar dwar l-Ordni tal-Karmelitani Skalzi sabiex jikkuntattjaw lil Fr. Karm Spiteri, Kunvent Santa Tereża Bormla BML 1271, fuq mob: 79930984 / tel: 21826111 jew jibgħatu email: fatherkarm62@gmail.com.
Referenza: Catalogo: Archivio dell'Ordine dei Carmelitani Scalzi – OCD Citta` Cospiqua Malta Sezione: Convento C 7 Libro della SS Visite Generalizie AD 1627 – 1959. IL CARMELO IN SICILIA https://www.carmelodisicilia.it/il-carmelo-in-sicilia (notament fl- 24 ta` Settembru 2021)