|
It-Tereżjani f`Malta: Il-Pesta tal-1675
Minn David Rossi
Wara r-riforma ta` Santa Teresa t`Avila l-Ordni tal-Karmelitani Skalzi gie mwaqqaf b`digriet tal-Papa Klement VIII fl-20 ta` Diċembru 1593. Minn dak in-nhar l` hawn kienu bosta l- kunventi u monasterji li raw il-bidu tagħhom fl-Ewropa u lil hinn fuq prinċipji ta` sempliċita` u faqar fejn komunitajiet zgħar ta` rġiel u nisa inġabru flimkien separatament biex igħixu f`talb u kontemplazzjoni għall-glorja t` Alla.
Kien fil bidu tas-Seklu
Sbatax li l-Gran Kunsill tal-Ordni ta` San Gwann taħt
it-tmexijja tal-Gran Mastru de Paole aċċetta
l-preżenza
tat-Tereżjani
fostna,
bl-għajnuna
aħħarija
ta
l-Isqof Cagliares li
flimkien ma` oħtu
taw propjeta
f`Bur Mula,
mixtrijja mingħand
Fra Claudio De Casse u oħrajn
sabiex jiġi
stabilit l-Ordni Tereżjan
f`Malta. Minn
ġewwa
Bormla l-Ordni infirex
matul iż-żmien
u twaqqfu
kunventi u knejjes f`tas-Silġ,
Birkirkara u Ta` Xbiex. Sorijiet
Tereżjani
bdew ħajja
kontemplattiva f`Bormla fl-1726 u ftit ilu,
bil-għajnuna
ta` Patri Piju Sammut OCD,
sorijiet
ta` l-istess Ordni qegħdin
jgħixu
ġewwa
r-Rabat għall-ġid
ta
dawk ta` madwarhom,
kif ukoll għall-umanita kollha.
Mill-kitbiet ta` diversi storiċi tal-Ordni Tereżjan bħal Patri Angelicus u Patri Leone jidher li l-iskop f Malta kien li jitwaqqaf Kulleġġ Internazzjonali għat-taħrig ta` missjunarji ġewwa diversi pajjiżi fl-Asja Minuri, l-Indja u l-Mesopotamja. Għalkemm kien hemm enfasi fuq il-viżjoni Internazjonali, il-Komunita` tal-Karmelitani Skalzi f`Malta tat-importanza wkoll għas-sejħa tagħha man-nies tal-lokal kif dehret ċara waqt l-avvenimenti tqal u makabra tal-Pesta ta l-1675 u l- 1676.
Skont Saviour Pisani MD il-Pesta tas-Seklu Sbatax bdiet mid-dar ta` negozjant Belti Matteo Bonici hekk kif fl-24 ta` Diċembru 1675 mietet it-tifla tiegħu. Jidher li l-missier kellu xi konsenja minn Tripli li setgħet ġabet dan il-gwaj fuq Malta. L-Ordni Sovrana rat is-serjeta` ta` dan l-avveniment u tat bidu għall-miżuri sabiex iġibu fix-xejn il-Pesta. Laqgħat fi knejjes u f`postiiet pubbliċi kienu mwaqqfa u t-Tribunal tas-Saħħa kien jiltaqa darbtejn kuljum sabiex iwaqqaf sptarijiet ta` iżolament u jara x`inhu għaddej fl-Irħula u l-Ibliet li hlief l-Imdina, Ħal Safi u Għawdex kienu milquta sew.
Kien perjodu fejn minn
populazzjoni ta` 60, 000 mietu madwar 8732 fosthom membri tal-kleru li
ma qgħadux
lura milli jagħtu
l-għajnuna
tagħhom
sabiex jitwassal is-Sagrament fost il-moribondi. Fil-Birgu kienu tilfu
ħajjithom
tmien Dumnikani waqt li f`Bormla it-Tereżjani
sofrew it-telfa ta` erba
membri tal-Kongregazzjoni
li ħassew
il-htiega li jkunu man-nies fdin
is-siegħa
ta` prova.
Patri Raffaele ta` Sant Anna jindika li l-ewwel vittma tal-Pesta minn fost it-Tereżjani kien Patri Aurelio tas-Ssmu Sagrament, li miet fl-24 ta` Frar 1676 wara li qabditu l-marda hekk kif kien qed jgħin dawk I kienu milquta. Kellu 44 sena u kien minn Korsika membru tal-Provinċja Rumana. Huwa gie midfun fil-Kripta li hemm ġewwa l-kunvent f`Bormla. Kien ukoll spiċċa vittma Fra Simone minn Palermo mill-Provinċja ta` Sqallija li miet fil-21 t`April 1676 fl-eta` ta 25 sena. Ġie midfun fiċ-Ċimiterju ta` Santu Rokku barra l-ħitan tal-Birgu flimkien mal-kapillan ta` Bormla Dun Pietro Axiak ta` 60 sena, li għalih giet mwaħħla lapida fuq il-post.
Fit-23 tApril 1676 it- Tereżjani tilfu żewġ membri oħra; fosthom l-ewwel malti ta l-Ordni li miet kien Fr Luigi ta` Sant`Ursola, Provincja Napolitana li wara li talab permess lil Gran Mastru biex jgħin lil dawk infettati mill-Pesta marad huwa stess u ħallas l-ogħla prezz għall-fidi tiegħu. Dan ġie midfun flimkien ma` Fra Melchiorre ta` San Bernard Taljan ta` 23 sena mill-Provinċja Piemontina fil-ġnien inferjuri biswiet Triq Nelson. Fra Melchiorre miet sentejn wara l-professjoni tiegħu. Iż-żewg reliġjużi ġew trasferiti għal ġewwa l-kripta fl-4 ta` Ġunju 1900 minħabba xogħol fuq bini ġdid fit-Triq Nelson.
Wara li ntemmet il-pesta minn ġewwa gziritna ġie kantat it-Te Deum fl-24 ta` Settembru 1676 bħala ringrazzjament lil Alla li għalih taw xhieda dawn l-erba Tereżjani flimkien ma` tant oħrajn.
Riferenzi:
Catalogo: Archivio dell'Ordine dei Carmelitani Scalzi OCD Citta` Cospiqua Malta Convento A 59: St Teresa` s at Cospicua in retrospect upon the occasion of the 350th anniversary of the arrival of the Discalced Carmelites in Malta: A Short Historical Survey by John Leone ODC.
Convento D 6 Liber II Necrologio dei Religiosi Defunti in Convento di SM Teresa dell` anno 1634 al 1772. Necrologium Fratrum CC.DD qui Melitae in Conv S Teresiam in domino abierunt ab anno 1634 (Necrologium Religiosorum Carmelitarum Discaleatorum qui in Conventu SMN Theresiae Melitae decesserunt 1634 1964).
Convento E 69 Box H: Envelope R (Fr Raffaele di St Anna): quattro religiosi Teresiani del Convento di Cospicua morti colla peste dell` anno 1676 soccorrendo gli appestati.
https://core.ac.uk/download/pdf/83019979.pdf
Looking Backwards: The Malta Plague Epidemic of 1675 1676 Saviour Pisani M.D
L-Arkivju tat-Tereżjani f`Malta jiġbor tagħrif storiku dwar il-miġja tal Ordni tal-Karmelitani Skalzi f` Malta u s-sehem taghhom fis-soċjeta tagħna. Huwa tabilħaqq xieraq li f`dan il-ġurnal jibdew jidhru artikli dwar din it-tema kif ukoll xi poeżiji mill-kitba ta` Brother Emmanuel Aquilina OCD. Nħeggu lil dawk kollha li jixtiequ jkunu jafu aktar dwar l-Ordni tal-Karmelitani Skalzi sabiex jikkuntattjaw lil Fr. Karm Spiteri, Kunvent Santa Tereża Bormla BML 1271, fuq mob: 79930984 / tel: 21826111 jew jibgħatu email: fatherkarm62@gmail.com.