LISTA TA' KLIEM IL-BIBBJA BIL-MALTI    

Il-Bibbja: ktieb wieħed, żewġ Testmenti.

L-interpretazzjoni tat-Testment il-Qadim fil-Ġdid.

Minn Dun Paul Scberras.

 

Il-mod kif kotba differenti, allura awturi differenti, jinterpretaw it-TQ fil-kitbiet tat-TĠ tagħhom ivarja. Wieħed għalhekk irid jieħu l-awtur partikulari u iktar u iktar lil min hu indirizzat it-tali ktieb huwa importanti ħafna.

Nieħdu l-eżempju tal-Evanġelju ta’ Ġwanni.

 

L-interpretazzjoni tal-Qadim fil-Ġdid

º Il-Ħaruf ta’ Alla li jneħħi d-dnub tad-dinja

Il-kwistjoni tal-Ħaruf teħtieġ riflessjoni partikolari. Irridu nagħmlu attenzjoni speċjali għal kunċett li għadda minn interpretazzjoni sħiħa fit-Tliet Stages tal-formazzjoni tat-tradizzjoni u tal-Evanġelji. Ġwanni (1,29-34 – fejn il-Battista juri lil Ġesù bħala l-Ħaruf ta’ Alla) nkiteb qrib is-sena 100 WK; 1Kor (5,7 – “Il-Ħaruf tagħna tal-Għid hu maqtul”) fil-bidu tal-56 WK imma dawn jinterpretaw il-kunċett tal-Ħaruf li nsibu f’Eż 12 u saħansitra dak li sar fi żmien Ġesù.

 

1) ü L-Ikla tal-Għid għaddiet minn tibdiliet mhux ħażin sa żmien Ġesù:

            • fil-ħsieb Lhudi, il-ħaruf tal-Għid ma kienx ħaruf sagrifikat. M’hemmx fl-Eż 12 li kellhom jissagrifikaw il-ħaruf! Qatlu l-ħrief (kien aktar tard li l-verb użat hemm –xaħàt- sar verb tekniku għall-qtil tal-annimali għas-sagrifiċċju) jew il-gidien kull familja fi djarha (mhux fit-tempju jew fuq artal [dawn daħlu wara minħabba l-kontroll tal-purità tal-ħrief u d-demm]) u hemm id-demm tal-ħrief/gidien irġiel ta’ sena kien aktar importanti mill-ħrief/gidien infushom. Fil-fatt l-aspett sagrifikali kien wieħed mill-inqas fl-importanza dak iż-żmien! E.g., Ġetro jgħid lil Mosè jagħżel 70 anzjan biex jagħtu l-pariri u jsolvu l-problemi bejn il-poplu mhux biex joffru sagrifiċċji.

            • Skont Eż 12,1-6 [5] - º “Tistgħu tieħdu mill-mogħoż (gidi) jew min-nagħaġ (ħaruf)” imma fil-fatt dejjem il-ħaruf jissemma f’dan il-kuntest u qatt il-gidi. Imma mbagħad sa żmien Ġesù, l-aspett sagrifikali beda jinfiltra l-kunċett tal-ħaruf tal-Għid għax is-saċerdoti tat-tempju bdew joqtlu huma l-ħrief tal-Għid.

Malli l-insara bdew iqabblu lil Ġesù mal-ħaruf tal-Għid, malajr bdew jużaw termini sagrifikali għalih (1Kor 5,7 [=bidu 56 WK]: “Kristu, l-Ħaruf tagħna tal-Għid hu maqtul.”) Aktar mal-komunitajiet tal-insara fandu r-riflessjoni tagħhom fuq il-kunċett tal-ħaruf tal-Għid, il-funzjoni tal-Ħaruf li jneħħi d-dnub tad-dinja setgħet tiġi ngastata faċilment f’din l-idea.

 

ü Veru li r-Raba’ Evanġelju għandu ħafna u ħafna referenzi għas-simboliżmu tal-Għid, speċjalment marbut mal-mewt ta’ Ġesù (għall-insara Ġesù huwa l-Ħaruf li b’demmu jneħħi d-dnub tad-dinja):

      * Ġw 19,14 – Ġesù ġie mislub fl-14 ta’ Nisàn/Marzu-April [l-ewwel xahar tas-sena Lhudija], f’Jum it-Tħejjija tal-Għid f’12.00 (il-ħin li fih il-qassisin kienu joqtlu l-ħrief tal-Għid fit-Tempju ta’ Ġerusalemm)

      * Fuq is-salib, Ġesù titressaqlu qasba tal-issopu ma’ xuftejh (19,29), bħalma l-Lhud kienu jċappsu l-koxox tal-bibien ta’ djarhom billi jbillu l-issopu fid-demm (Eż 12,22).

      * Is-suldat jinfed ġenb Ġesù, u l-Evanġelista jara l-Iskrittura sseħħ għax bħall-ħaruf tal-Għid ma kisrulu l-ebda għadma (19,36; Eż 12,46).

      * L-Apokalissi huwa wkoll imdewwed b’referenzi għall-Ħaruf (5,6.9; 7,17; 15,3; 22,1)

      û Imma mbagħad huwa aktarx vag dwar l-Ikla tal-Għid li Ġesù ċċelebra mal-Appostli: “Qabel il-festa tal-Għid ... kienu għall-ikel” 13,1.2.29.

 

2) º It-tieni, Ġesù interpreta hu stess l-Ikla u biddilha aktar .... biex taha s-sens tal-għotja fih innifsu, mhux biss simbolu tad-demm imraxxax mal-koxox tal-bibien: hu stess neħħa d-dnubiet tagħna, mhux kien sinjal biss (għalhekk: “Araw il-Ħaruf ta’ Alla li jneħħi d-dnubiet”). Veru li l-evanġelisti jagħtu l-Aħħar Ċena kuntest Paskwali ċar (“kelli xewqa kbira li nagħmel dik l-Ikla tal-Għid magħkom qabel ma nbati” [Mt 26,17; Mk 14,12; Lq 22,8.15]), imma Ġesù jibdilha b’mod radikali u jagħtiha s-sens sagrifikali marbut mat-tislib (fil-fatt Ġwanni hu vag fuq l-Ikla tal-Għid marbuta mal-Aħħar Ċena).

 

3) F Din il-bidla ġabet differenza kbira bejn l-Ikla tal-Għid u l-Ewkaristija [l-istudjużi ma’ jaqblu xejn fuq jekk l-Aħħar Ċena kinitx Ikla tal-Għid, għax l-elementi li jissemmew fl-Evanġelji huma kollha elementi ta’ farewell meals, mhux bilfors u biss tal-Ikla tal-Għid!]

L-Ikla tal-Għid kienet Żikkaron – mill-verb Lhudi ż-k-r = ftakar; Memorjal, fejn min jieħu sehem fiha jidħol f’komunjoni ma’ dak il-mument ta’ salvazzjoni. Fl-Ewkaristija nieħdu sehem f’Memorjal (“Agħmlu dan b’tifkira tiegħi”) imma li jerġa’ jġedded dik il-ġrajja salvifika, u allura nidħlu f’komunjoni mal-Persuna tal-Iben ta’ Alla fil-mument (“illum” bħala ż-żmien [kairòs] tar-ready availability tas-salvazzjoni) salvifiku tal-Passjoni, il-qawmien u l-glorifikazzjoni tiegħu.

Fil-fatt fl-ebda test li b’xi mod għandu x’jaqsam mal-Ewkaristija (tkattir tal-ħobż lill-5000 u lill-4000, kliem tal-Aħħar Ċena, Għemmaws, 1 Korintin, Pawlu fi Troas u fuq il-ġifen lejn Malta) ma jissemma l-ħaruf!

 

            Konklużjoni

L-użu li t-TĠ jagħmel mit-TQ juri li

            X l-Ġdid ma jistax jeżisti waħdu mingħajr il-Qadim;

            X fil-Ġdid m’hemmx biss twettiq imma perfezzjonament tal-Qadim;

            X il-Qadim dejjem isib il-qofol tiegħu fi Kristu Ġesù.