|
KONGREGAZZJONI GĦAD-DUTTRINA
TAL-FIDI
DONUM VITÆ
Id-Dona tal-Ħajja
STRUZZJONIJIET
DWAR
IR-RISPETT LEJN IL-ĦAJJA UMANA
U L-ORIĠINI TAGĦHA
U DWAR
ID-DINJITÀ TAL-PROKREAZZJONI
TWEĠIBIET
GĦAL ĊERTI MISTOQSIJIET
LI JITQAJMU LLUM
Miġjuba għall-Malti minn Joe
Huber
WERREJ
Daħla
Introduzzjoni
1 Ir-riċerka biomedika u
t-tagħlim tal-Knisja
2 Ix-xjenza u t-teknoloġija
għas-servizz tal-persuna umana
3 L-antropoloġija u l-proċeduri
fil-qasam biomediku
4 Kriterji fundamentali
għall-ġudizzju morali
5 It-tagħlim tal-Maġisteru
I IR-RISPETT LEJN L-EMBRIJUNI
UMANI
1 X'rispett għandu jkun hemm
lejn l-embrijun uman, meta
wieħed iqis in-natura u l-identità
tiegħu?
2 Id-djanjosi pre-natali hi
leċita moralment?
3 Il-proċeduri terapewtiċi li
jsiru fuq l-embrijun uman huma
leċiti?
4 Kif jista' wieħed jevalwa
moralment ir-riċerka u l-esperimentazzjoni
fuq l-embrijuni u l-feti umani?
5 Kif jista' wieħed jevalwa
moralment l-użu tal-embrijuni
mnisslin mill-fertiliżżazzjoni
''in vitro' għall-raġunijiet ta'
riċerka?
6 Kif għandu jkun il-ġudizzju
dwar proċeduri oħra ta'
manipulazzjoni tal-embrijuni
marbutin ''mat-teknika tar-riproduzzjoni
umana''?
II INTERVENTI FUQ IL-PROKREAZZJONI
UMANA
A Fertiliżżazzjoni eterologa
artifiċjali
1 Għaliex il-prokreazzjoni umana
għandha ssir fiż-żwieġ?
2 Tista' l-fertiliżżazzjoni
eterologa artifiċjali taqbel
mad-dinjità tal-koppja u l-verità
taż-żwieġ?
3 Il-maternità surrogata hi
leċita moralment?
B Inseminazzjoni omologa
artifiċjali
4 Liema konnessjoni hi meħtieġa
mill-aspett morali bejn
il-prokreazzjoni u l-att
konjugali?
5 Il-fertiliżżazzjoni omologa
'in vitro' hi moralment leċita?
6 Kif tista' tkun evalwata l-inseminazzjoni
artifiċjali omologa mill-aspett
morali?
7 Liema kriterju morali nistgħu
nipproponu rigward l-intervent
mediku fil-prokreazzjoni umana?
8 It-tbatija minħabba l-infertilità
fiż-żwieg
III IL-LIĠI MORALI U ĊIVILI
1 Il-valuri u l-obbligi morali
li l-leġislazzjoni ċivili
għandha tirrispetta u tapprova
f'dar-rigward
Konklużjoni
DAĦLA
Il-Kongregazzjoni għad-Duttrina
tal-Fidi kellha bosta
mistoqsijiet minn Konferenzi
Episkopali jew Isqfijiet
individwali, teoloġi, tobba u
xjenzjati, dwar it-tekniċi
biomediċi li jippermettu
intervent fil-fażijiet tal-bidu
tal-ħajja ta’ persuna umana u
dwar il-proċessi
tal-prokreazzjoni u kemm dawn
jaqblu mal-prinċipji tal-morali
Kattolika. L-Istruzzjoni ta’
hawnhekk, li hi riżultat ta’
konsultazzjoni wiesa’ u,
partikolarment ta’ evalwazzjoni
għaqlija tad-dikjarazzjonijiet
maħruġa mill-Episkopati,
m’għandhiex l-għan li ttenni dak
kollu li tgħallem il-Knisja dwar
id-dinjità tal-oriġini tal-ħajja
umana, kif tibda, u dwar
il-prokreazzjoni, iżda biex
fid-dawl tat-tagħlim imgħoddi
tal-Maġisteru, toffri tweġibiet
għall-mistoqsijiet ewlenin li
qed isirluha f’dar-rigward
Din l-espożizzjoni hi mqassma
kif ġej: introduzzjoni li ttenni
l-prinċipji fundamentali ta’
natura antropoloġika u morali
għall-evalwazzjoni xierqa
tal-problemi u biex toffri
tweġibiet għal dawn
il-mistoqsijiet; is-suġġett
tal-ewwel parti se jkun
ir-rispett lejn il-persuna umana
mill-ewwel waqt tal-eżistenza
tagħha; it-tieni parti se
tittratta l-kwistjonijiet morali
li tqajmu minħabba l-interventi
tekniċi marbutin
mal-prokreazzjoni umana;
it-tielet parti se toffri xi
orjentamenti dwar ir-relazzjoni
bejn il-liġijiet morali u
l-liġijiet ċivili f’dak li
għandu x’jaqsam mar-rispett lejn
l-embrijuni umani u feti* u dwar
il-leġittimità tat-tekniċi
tal-prokreazzjoni artifiċjali.
*It-termini
“żigota”, “pre-embrijun”,
“embrijun” u “fetu”
fil-vokabularju bioloġiku
jistgħu jindikaw fażijiet
suċċessivi tal-iżvilupp
tal-persuna umana. Din
l-Istruzzjoni tuża dawn
it-termini b’mod ħieles u ttihom
ilkoll rilevanza etika identika
u ndaqs biex tindika riżultat
(kemm jekk jidher u kemm jekk
le) ta’ kif ikun iġġenerat
il-bniedem, mill-ewwel waqt
tal-eżistenza tiegħu sat-twelid.
Ir-raġuni għal dan l-użu tiġi
ċċarata bit-test (cf I, 1).
INTRODUZZJONI
1.
IR-RIĊERKA BIOMEDIKA U T-TAGĦLIM
TAL-KNISJA
Id-don tal-ħajja li Alla
l-Ħallieq u Missier fada f’idejn
il-bniedem hi sejħa biex hu
japprezza l-valur li ma jistax
jitkejjel, li nagħta, u biex
ikun responsabbli tiegħu: dan
il-prinċipju fundamentali għandu
jitqiegħed fil-qalba
tar-riflessjoni li ssir biex
ikunu ċċarati u jissolvew
il-problemi morali mqajma
mill-interventi artifiċjali fuq
il-ħajja kif toriġina u
l-proċessi tal-prokreazzjoni.
Grazzi għall-progress tax-xjenzi
bioloġiċi u mediċi, il-bniedem,
daqs qatt qabel, għandu dejjem
aktar għad-dispożizzjoni tiegħu
riżorsi terapewtiċi aktar
effettivi, iżda jista’ wkoll
jikseb setgħat ġodda li
l-konsegwenzi tagħhom ma
jistgħux jitbassru fuq il-ħajja
umana fil-bidu nett tagħha u
fl-ewwel fażijiet tagħha.
Jeżistu proċeduri varji li
jippermettu li jsiru interventi
mhux biss biex jassistu iżda
wkoll biex jikkontrollaw
il-proċessi tal-prokreazzjoni.
.Din it-teknika tagħti s-setgħa
lill-bniedem li “jieħu f’idejh
id-destin tiegħu”, imma tesponih
ukoll għat-tentazzjoni “li
toħroġ barra
mil-limiti tad-dominazzjoni
raġjonevoli fuq in-natura”.
Jistgħu jkunu progress
għas-servizz tal-bniedem, imma
fihom ukoll riskji serji.
Għalhekk bosta nies qed jagħmlu
appell urġenti biex
fl-interventi fuq
il-prokreazzjoni jkunu mħarsa
l-valuri u d-drittijiet
tal-persuna umana. It-talba
għall-kjarifikazzjoni u l-gwida
mhux qed tasal biss mingħand
il-fidili imma wkoll mingħand
min jagħraf lill-Knisja bħala
“esperta fl-umanità”
bil-missjoni li sservi
“ċ-ċiviliżżazzjoni tal-imħabba”
u tal-ħajja.
Il-Maġisteru
tal-Knisja ma jindaħalx fuq bażi
ta’ kompetenza partikulari
fil-qasam tax-xjenzi
sperimentali; iżda wara li
(l-Knisja) kkunsidrat il-fatti
magħrufa mir-riċerka u
t-teknoloġija, hi l-intenzjoni
tagħha li, bis-saħħa
tal-missjoni evanġelika tagħha u
d-dmir appostoliku, turi x’inhu
t-tagħlim morali li għandu
x’jaqsam mad-dinjità tal-persuna
u mal-vokazzjoni integrali
tagħha. L-intenzjoni tagħha hi
li tesponi l-kriterji
tal-ġudizzju morali
fl-applikazzjoni tar-riċerka u
t-tekonoloġija, speċjalment
f’relazzjoni mal-ħajja umana u
l-bidu tagħha. Dawn il-kriterji
huma r-rispett, id-difiża u
l-promozzjoni tal-bniedem,
“id-dritt primarju u
fundamentali” għall-ħajja
,
id-dinjità tiegħu bħala persuna
mżejna b’ruħ spiritwali u
responsabbiltà morali
u li hu msejjaħ għall-għaqda
beatifika ma’ Alla. L-intervent
tal-Knisja f’dal-qasam hu
mnebbaħ ukoll mill-Imħabba li hi
obbligata tagħti lill-bniedem
billi
tgħinu
jagħraf u jirrispetta
drittijietu u dmirijietu. Din
l-imħabba tixrob mill-għajn
tal-imħabba ta’ Kristu: hi u
tikkuntempla l-misteru tal-Verb
Inkarnat, il-Knisja jirnexxilha
tifhem “il-misteru tal-bniedem”;
bit-tħabbir tal-Evanġelju
tas-salvazzjoni, lill-bniedem
tirrivelalu l-identità tiegħu u
tistiednu jiskopri bis-sħiħ
il-verità dwar l-eżistenza
tiegħu. B’hekk, għal darb’oħra
l-Knisja tberraħ il-liġi divina
sabiex ittemm il-ħidma
tal-verità u l-ħelsien.
Għaliex hu propju minħabba
t-tjieba – bl-għan li jindika
l-mogħdija tal-ħajja – li
lill-bnedmin Alla jtihom
il-Kmandamenti tiegħu u
l-grazzja biex josservawhom: u
huwa għall-istess tjieba –
sabiex jgħinhom jipperseveraw
f’dik it-triq – li Alla dejjem
joffri l-maħfra tiegħu lil
kulħadd. Kristu jagħder
id-dgħufijiet tagħna: hu
l-Ħallieq u r-Redentur tagħna.
Jalla l-Ispirtu tiegħu jiftaħ
il-qlub tal-bnedmin għar-rigal
tal-paċi ta’ Alla u biex jifhmu
l-preċetti tiegħu.
2.
IX-XJENZA U T-TEKNOLOĠIJA
GĦAS-SERVIZZ TAL-PERSUNA UMANA
Alla ħalaq il-bniedem
xbieha tiegħu: “raġel u mara
għamilhom” (Ġen 1:27), u
fdalhom il-biċċa xogħol iebsa
“li jaħkmu d-dinja” (Ġen
1:28). Ir-riċerka xjentifika
bażika u r-riċerka applikata
huma espressjoni ta’ din
il-ħakma tal-bniedem fuq
il-ħolqien. Ix-xjenza u
t-teknoloġija huma riżorsi ta’
valur kbir għall-bniedem jekk
jitqegħedu għas-servizz tiegħu u
meta jippromwovu l-iżvilupp
integrali tiegħu
għall-benefiċċju ta’ kulħadd;
imma fihom infushom ma jistgħux
jikxfu t-tifsira tal-eżistenza u
tal-progress uman. Għax huma
regolati mill-bniedem li
jibdihom u jiżviluppahom;
mill-persuna u l-valuri morali
tagħha jirtu l-għan tagħhom u
l-għarfien tal-limitazzjonijiet
tagħhom. Min-naħa tkun illużjoni
li wieħed jippretendi li
r-riċerka xjentifika u
l-applikazzjonijiet tagħha huma
moralment newtrali; min-naħa
l-oħra wieħed ma jistax inissel
kriterji ta’ gwida
mill-effiċjenza teknika waħedha,
mill-utilità possibbli għal xi
wħud bi spejjeż ta’ ħaddieħor,
jew, agħar minn hekk,
mill-ideoloġiji dominanti.
Għaldaqstant, ix-xjenza u
t-teknoloġija jeħtieġu, f’ġieħ
it-tifsir intrinsiku tagħhom,
rispett bla ebda kundizzjoni
lejn il-kriterji fundamentali
tal-liġi morali: jiġifieri, illi
skont il-pjan tar-rieda t’Alla
tkun twieġeb għall-ġid tassew
tal-umanità u tgħin
lill-bniedem, kemm bħala
individwu kemm bħala membru
tas-soċjetà, li jsegwi u jilħaq
is-sejħa sħiħa tiegħu.
L-iżvilupp mgħaġġel
tal-iskoperti teknoloġiċi juru
li hemm urġenza akbar f’dak li
għandu x’jaqsam mal-ħtieġa li
jkunu rispettati l-kriterji li
għadhom kif issemmew: ix-xjenza
mingħajr kuxjenza twassal biss
għar-rovina tal-bniedem. “L-era
tagħna teħtieġ dan l-għerf aktar
miż-żminijiet l-imgħoddija
sabiex l-iskoperti tal-bniedem
jibqgħu fil-limiti umani.
Għax il-ġejjieni tad-dinja
jinsab fil-periklu jekk ma
jqumux bnedmin aktar għorrief”
.
3. L-ANTROPOLOĠIJA U L-PROĊEDURI
FIL-QASAM BIOMEDIKU
Liema kriterji morali
għandhom jitħaddmu biex ikunu
ċċarati l-problemi li qed
jitqajmu mill-qasam
tal-biomediċina? It-tweġiba għal
dil-mistoqsija titlob li jkun
hemm idea ċara dwar in-natura
tal-persuna umana fid-dimensjoni
tal-ġisem tagħha.
Minn dan jiġri li s-sesswalità,
li permezz tagħha r-raġel u
l-mara jingħataw lil xulxin
kollhom kemm huma b’għemil li hu
propju u biss tal-miżżewġin,
mhijiex biss xi haġa bijoloġika,
imma hi ħaġa li tolqot
il-bniedem f’dak li hu l-qofol
tiegħu. Is-sesswalità sseħħ
b’mod li jixraq lill-bniedem
biss meta hi parti sħiħa ta’ dik
l-imħabba li biha r-raġel u
l-mara jingħataw lill-xulxin
għal dejjem sal-mewt.:
u din-natura hi fl-istess ħin
korporali u spiritwali.
Bis-saħħa ta’ din l-għaqda
sostanzjali ma’ ruħ spiritwali,
il-ġisem tal-bniedem ma jistax
jitqies bħala sempliċi massa ta’
ċelluli, organi u funzjonijiet,
u lanqas ma jista’ jkun evalwat
fuq l-istess livell ta’ dak
tal-annimali; aktarx hija l-parti
kostituttiva tal-persuna li turi
u tesprimi ruħha permezz tiegħu.
Il-liġi morali naturali tistqarr
u tispjega dawn l-għanijiet,
drittijiet u dmirijiet mibnija
fuq in-natura korporali u
spiritwali tal-persuna umana.
Għaldaqstant, dil-liġi ma
nistgħux inħarsu lejha bħala
sempliċi ġabra ta’ normi fuq
livell bioloġiku; iżda rridu
niddefinuha bħala ordni
razzjonali li bih il-bniedem hu
msejjaħ mill-Ħallieq biex imexxi
u jirregola ħajtu u l-azzjonijiet
tiegħu u,
kif
b’mod partikolari, juża ġismu
.
L-ewwel konsegwenza li tista’
titnissel minn dawn il-prinċipji
hi: intervent fuq il-ġisem
tal-bniedem ma jolqotx biss it-tessuti,
l-organi u l-funzjonijiet
tagħhom imma jinvolvi
lill-persuna nfisha fuq livelli
differenti. Ifisser li aktarx
jinvolvi prinċipju impliċitu,
imma xorta waħda b’mod reali, ta’
tifsira morali u ta’
responsabbiltà. Il-Papa Ġwanni
Pawlu II kien afferma dan b’mod
qawwi quddiem l-Assoċjazzjoni
Medika Dinjija meta qal: “Kull
persuna umana hi assolutament
unika fis-singularità tagħha, hi
ffurmata mhux biss mill-ispirtu
imma mill-ġisem ukoll. Għalhekk,
fil-ġisem u permezz tal-ġisem,
inkunu qed immissu l-persuna
nfisha b’mod konkret u reali.
Bil-konsegwenza li r-rispett
lejn id-dinjità tal-bniedem
ifisser li tkun imħarsa din l-identità
tal-persuna “corpore et anima
unus” (ġisem u ruħ imwaħħdin)
kif jgħid il-Konċilju Vatikan II
(Gaudium et Spes, 14,
par. 1). Huwa fuq il-bażi ta’
dil-viżjoni antropoloġika li
bniedem jista’ jsib il-kriterji
biex jieħu deċiżjonijiet fil-każ
ta’ proċeduri li mhumiex
strettament terapewtiċi, bħal,
ngħidu aħna, dawk immirati biex
itejbu l-kundizzjoni bioloġika
umana
.
Il-bioloġija u l-mediċina
applikati jaħdmu flimkien
għall-ġid integrali tal-ħajja
umana meta jkunu ta’ għajnuna
għall-persuna milquta mill-mard
u l-infermità u meta
jirrispettaw id-dinjità tagħha
bħala kreatura ta’ Alla. Ebda
biologu jew tabib, bis-saħħa
tal-kompetenza xjentifika tiegħu,
ma jista’ raġjonevolment iqis li
jista’ jieħu deċiżjoni dwar l-oriġini
jew id-destin tal-bnedmin. Din
in-norma trid tkun applikata
b’mod partikolari fil-qasam
tas-sesswalità u
tal-prokreazzjoni, qasam li fih
raġel u mara jqiegħdu fis-seħħ
il-valuri fundamentali
tal-imħabba u tal-ħajja. Alla,
li hu imħabba u ħajja, naqqax
fir-raġel u l-mara l-vokazzjoni
biex b’mod speċjali jaqsmu
miegħu l-misteru tal-għaqda
personali u fix-xogħol tiegħu
bħala Ħallieq u Missier
.
Għal dir-raġuni ż-żwieġ hu
mogħni bi propjetajiet u valuri
fl-għaqda u fil-prokreazzjoni li
ma jistgħux jixxebbħu ma’ dawk
li jeżistu fi strati aktar baxxi
tal-ħajja. Dawn il-valuri u
tifsiriet jolqtu l-ordni
personali u, mill-aspett morali,
jiddeterminaw it-tifsir u l-limitazzjonijiet
tal-interventi artifiċjali li
għandhom x’jaqsmu mal-prokreazzjoni
u l-oriġini tal-ħajja umana.
Dawn l-interventi ma nistgħux
niċħduhom għar-raġuni li huma
artifiċjali. Fil-fatt huma
xhieda tal-possibiltajiet
tal-arti medika. Iżda jridu
jingħataw evalwazzjoni morali
b’riferiment għad-dinjità
tal-persuna umana, li hi msejħa
biex tagħti milja
lill-vokazzjoni tagħha ġejja
minn Alla għad-don tal-imħabba u
d-don tal-ħajja.
4. KRITERJI FUNDAMENTALI
GĦALL-ĠUDIZZJU MORALI
Il-valuri fundamentali
marbutin mat-teknika
tal-prokreazzjoni umana
artifiċjali huma tnejn: il-ħajja
tal-persuna umana li qed
titnissel u n-natura speċjali
tat-trażmissjoni tal-ħajja
fiż-żwieġ. Għalhekk, il-ġudizzji
morali dwar dal-metodi ta’
prokreazzjoni artifiċjali
għandhom ikunu formulati
b’riferiment għal dawn il-valuri.
Huwa ċert li l-ħajja
fiżika, li biha tinbeda l-mixja
tal-ħajja umana fid-dinja, ma
tiġborx
fiha s-sħuħija tal-valur
tal-persuna u lanqas
tirrappreżenta
l-ġid
suprem tal-bniedem li s-sejħa
tiegħu hi l-ħajja eterna.
Madankollu, xorta waħda, f’ċertu
sens, hija “fundamentalment”
il-valur tal-ħajja, preċiżament
għax il-valuri l-oħrajn kollha
tal-persuna huma mibnijin u
jiżviluppaw fuqu
.
L-invjolabbiltà għad-dritt
tal-ħajja
tal-persuna innoċenti “mill-waqt
tal-konċepiment sal-mewt”
hu sinjal u kundizzjoni meħtieġa
tal-invjolabbiltà intrinsika
tal-persuna li l-Ħallieq ikun taha
d-don tal-ħajja. Imqabbla
ma’ għamliet oħra ta’ ħajja fl-univers,
it-trasmissjoni tal-ħajja umana
għandha l-karattru speċjali
tagħha li jitnissel min-natura
speċjali tal-persuna
umana. “It-trasmissjoni
tal-ħajja umana,
min-natura
tagħha hi mħollija għall-att
konxju u personali u għalhekk
tinsab taħt il-liġijiet kollhom
qaddisa
ta’ Alla: liġijiet li ma
jistgħux
jinbidlu u invjolabbli li rridu
nagħrfuhom u nirrispettawhom.
Għal dir-raġuni ma jistgħux
jintużaw meżżi jew metodi li
jistgħu jkunu aċċettati fit-trasmissjoni
tal-ħajja tal-pjanti u
tal-annimali”
.
L-avvanzi fit-tekonoloġija
issa għamluha possibbli li ssir
il-prokreazzjoni maqtugħa
mir-realzzjonijiet sesswali bit-tlaqqigħ
in vitro ta’ ċelluli
ġerminali
meħudin
mir-raġel u mill-mara. Imma dak
li hu teknikament possibbli,
mir-raġuni tiegħu innifsu mhux
moralment ammissibbli. Għalhekk
hemm ħtieġa ta’ riflessjoni
razzjonali dwar il-valuri
fundamentali tal-ħajja u
tal-prokreazzjoni umana biex
tkun formulata evalwazzjoni
morali ta’ interventi
tekonoloġiċi ta’ dix-xorta fuq
il-bniedem fl-ewwel fażijiet
tal-iżvilupp.
5. IT-TAGĦLIM TAL-MAĠISTERU
Min-naħa
tiegħu, lir-raġuni umana,
il-Maġisteru tal-Knisja anki
f’dal-qasam joffrilha d-dawl
tar-Rivelazzjoni: id-duttrina li
tikkonċerna l-bniedem mgħallma
mill-Maġisteru, fiha bosta
elementi li jitfgħu dawl fuq
il-problemi li qed niffaċċjaw
hawnhekk. Mill-waqt
tal-konċepiment, il-ħajja ta’
kull esseri uman għandha tkun
rispettata b’mod assolut għax
il-bniedem hu l-uniku ħlejqa
fid-dinja li Alla ried “għalih
innifsu”
u r-ruħ spiritwali ta’ kull
bniedem hi “maħluqa minnufih”
minn Alla
;
l-esseri tiegħu kollu hu xbieha
tal-Ħallieq. Il-ħajja umana hi
sagra għax mill-bidu tagħha
tinvolvi “l-azzjoni ħallieqa ta’
Alla”
u tibqa’ għal dejjem
f’relazzjoni speċjali
mal-Ħallieq, għaliex huma
(il-bnedmin) msejħin għal fini
wieħed u l-istess, jiġifieri
Alla nnifsu.
Alla biss hu s-Sid tal-ħajja
mill-bidu tagħha sat-tmiem: ħadd
u f’ebda ċirkustanza, ma jista’
jkollu d-dritt li jeqred
direttament persuna umana
innoċenti.
Il-prokreazzjoni umana titlob
illi l-miżżewġin ikunu lesti
biex jikkooperaw bil-kuraġġ
mal-imħabba ta' Alla li ħalaq u
li salva u li permezz tagħhom
minn jum għal ieħor ikabbar u
jimla bil-ġid il-familja tiegħu;
għalhekk l-atti stess li huma
proprji tal-ħajja ta' miżżewġin,
eżerċitati skond id-dinjità vera
tal-bniedem, għandhom jitħarsu
b'rispett kbir...... u għandhom
ikun determinati minn kriterji
oġġettivi li jittieħdu
min-natura stess tal-persuna
umana u tal-għemil tagħha
.
I.
IR-RISPETT LEJN L-EMBRIJUNI
UMANI
Riflessjoni għaqlija
dwar dan it-tagħlim
tal-Maġisteru u dwar l-evidenza
tar-raġuni kif imsemmijin aktar
‘il fuq, jgħinna nwieġbu
għall-għadd kbir ta’ problemi
morali li jqegħedu quddiemna
l-interventi tekniċi fuq
il-persuna umana fl-ewwel
fażijiet tal-ħajja u l-proċess
tal-konċepiment.
1.
X’RISPETT GĦANDU JKUN HEMM LEJN
L-EMBRIJUN UMAN, META WIEĦED
IQIS IN-NATURA U L-IDENTITÀ
TIEGĦU?
Il-persuna umana
titlob rispett – bħala persuna –
mill-ewwel waqt tal-eżistenza
tagħha. L-implimentazzjoni
tal-proċeduri
tal-fertiliżżazzjoni artifiċjali
għamlitha possibbli li jsiru
interventi fuq l-embrijuni u
l-feti umani. L-għanijiet għal
dan huma varji: djanjostiċi u
terapewtiċi, xjentifiċi u
kummerċjali. Minn dan kollu
jinbtu problemi serji. Jista’
wieħed jitkellem dwar dritt ta’
sperimentazzjoni fuq embrijuni
umani għal raġunijiet ta’
riċerka xjentifika? Liema regoli
u liġijiet japplikaw dwar din
il-materja? It-tweġiba għal dawn
il-problemi teħtieġ riflessjoni
dettaljata tan-natura u
l-identità speċifika – tintuża
l-kelma “status” - tal-embrijun
uman innifsu.
Fil-Konċilju Vatikan
II, min-naħa tagħha lill-bniedem
modern, il-Knisja ppreżentatlu
mill-ġdid id-duttrina kostanti u
ċerta li skontha: “Ladarba
l-ħajja tkun tnisslet, teħtieġ
protezzjoni bl-akbar kura;
l-abort u l-qtil tat-trabi huma
delitti l-aktar koroh.
Aktar riċenti, il-Karta
tad-Drittijiet tal-Familja, li
ppublikat is-Santa Sede,
ikkonfermat illi “l-Ħajja umana
għandha tkun rispettata b’mod
assolut u mħarsa sa mill-waqt
tal-konċepiment”
.
Dil-Kongregazzjoni hi
konxja mid-dibattu li għaddej
bħalissa dwar il-bidu tal-ħajja
umana, li għandu x’jaqsam
mal-individwalità tal-persuna
umana u li jolqot l-identità
tal-persuna umana.
Il-Kongregazzjoni tfakkar
it-tagħlim tagħha misjub fid-Dikjarazzjoni
dwar l-Aborti Ipprokurati:
“Mill-waqt li l-ovarju jkun
fertiliżżat, tibda ħajja ġdida
li la hi tal-missier u lanqas
tal-omm, iżda hi ħajja ta’
persuna umana ġdida li tikber
awtonomament. Qatt ma tkun
tista’ ssir umana kieku ma tkunx
diġà umana. Għal din l-evidenza
perpetwa.... ix-xjenza ġenetika
moderna tagħti konferma ta’
valur kbir. Uriet li, sa
mill-ewwel waqt, jitfassal
il-progamm dwar x’se tkun
dil-ħlejqa, din il-persuna
individwali bl-aspetti
karatteristiċi tagħha definiti
sew. Eżatt mal-fertiliżżazzjoni
tibda l-avventura tal-ħajja
umana u kull waħda mill-ħiliet
kbar tagħha teħtieġ iż-żmien...
biex issib postha u tkun
fil-qagħda li taġixxi”.
Dan it-tagħlim jibqa’ validu u
huwa kkonfermat bis-sħiħ, jekk
hemm bżonn ta’ konferma,
mis-sejbiet riċenti tax-xjenza
bioloġika li tagħraf li
fiż-żigota* li tirriżulta
mil-fertiliżżazzjoni hemm diġà
msawwra l-identità bioloġika
tal-individwu l-ġdid. Żgur illi
ebda fatti magħrufa
xjentifikament ma jistgħu
jwassluna biex nirrikonoxxu
r-ruħ spiritwali: madankollu,
il-konklużjonijiet tax-xjenza
dwar l-embrijun uman ituna
indikazzjoni ta’ valur biex
bl-użu tar-raġuni niddixxernu
l-preżenza ta’ persuna fil-waqt
eżatt tal-ewwel dehra tal-ħajja
umana: kif jista’ bniedem,
individwu, ma jkunx persuna
umana? Il-Maġisteru ma
kkommettiex ruħu espressament
għal affermazzjoni ta’ natura
filosokifa, imma bla heda
jafferma kundanna morali għal
kull għamla ta’ abort li jsir
fuq ix-xewqa tal-omm.
Dat-tagħlim la nbidel u lanqas
jista’ jinbidel
.
Għalhekk, il-frott
tal-ġenerazzjoni tal-bniedem, sa
mill-ewwel waqt tal-eżistenza
tiegħu, jiġifieri, mill-mument
li tkun iffurmat iż-żigota,
jitlob rispett bla ebda
kundizzjoni li hu dovut
moralment lejn il-persuna umana
fis-sħuħija korporali u
spiritwali tagħha. Il-persuna
umana għandu jingħatalha rispett
u tkun ittrattata bħala persuna
mill-waqt tal-konċepiment; u
għalhekk sa minn dak il-waqt,
irid jingħata għarfien
lid-drittijiet ta’ dik
il-persuna, fosthom l-ewwelnett
id-dritt invjolabbli għall-ħajja
ta’ kull ħlejqa innoċenti. Dan
it-tfakkir dottrinali jipprovdi
kriterji fundamentali
għas-soluzzjoni ta’ problemi
varji li jitnisslu mill-iżvilupp
tax-xjenzi biomediċi
f’dal-qasam: ladarba l-embrijun
għandu jitqies bħala persuna,
għandna niddefenduh fl-integrità
sħiħa tiegħu, nieħdu ħsiebu u
nikkurawh kemm hu possibbli,
bl-istess mod li nittrattaw kull
bniedem ieħor fejn għandha
x’taqsam l-assistenza medika.
*Iż-żigota hija ċ-ċellula li
jipproduċu żewġ gameti meta
n-nukleji tagħhom ikunu twaħħdu
ma ‘ xulxin.
2.
ID-DJANJOSI
PRE-NATALI HI LEĊITA MORALMENT?
Jekk id-djanjosi
pre-natali tirrispetta l-ħajja u
l-integrità tal-embrijun u
tal-fetu uman u hi mmirata biex
tħarsu jew tfejqu bħala
individwu, allura t-tweġiba hi
affermattiva.
Bid-djanjosi
pre-natali huwa possibbli li
ssir magħrufa l-kundizzjoni
tal-embrijun u tal-fetu dment li
dawn ikunu għadhom fil-ġuf
tal-omm. Tippermetti jew
tagħmilha possibbli li wieħed
jantiċipa fi żmien aktar bikri u
b’mod aktar effettiv, ċerti
proċeduri terapewtiċi, mediċi u
jew kirurġiċi. Djanjosi bħal
din hi permissibbli bil-kunsens
tal-ġenituri wara li jkunu ġew
infurmati sewwa jekk il-metodi
użati humiex ta’ ħarsien
għall-ħajja u l-integrità
tal-embrijun u tal-omm, mingħajr
ma jkunu mqegħdin f’riskji
sproporzjonati
.
Imma djanjosi ta’ dix-xorta tmur
bil-kbir kontra l-liġi morali
meta ssir bil-ħsieb li
mir-riżultat jiddependi
jispiċċax kollox b’abort:
djanjosi li turi l-preżenza ta’
malformazzjoni jew ta’ marda
ereditarja qatt ma’ tista’ tkun
ekwivalenti għal sentenza ta’
mewt. B’hekk il-mara tkun qed
twettaq att illeċitu gravi kieku
kellha titlob li ssirilha
djanjosi bħal din bl-intenzjoni
preċiża li twettaq abort jekk
ir-riżultati jikkonfermaw
l-eżistenza ta’ malformazzjoni
jew anormalità. Ir-raġel,
il-qraba jew kwalunkwe persuna
oħra tkun qed iġġib ruħha
bl-istess manjiera li tmur
kontra l-liġi morali jekk tagħti
parir jew timponi proċedura
djanjostika ta’ dix-xorta
lill-mara tqila bl-istess
intenzjoni li tipproċedi biex
tagħmel abort. L-istess
l-ispeċjalista, ikun ħati ta’
kollaborazzjoni illeċita jekk,
waqt li jkun qed jagħmel
id-djanjosi u jikkomunika
r-riżultati, bi ħsieb,
jikkontribwixxi biex
jistabbilixxi jew jiffavorixxi
ħolqa bejn id-djanjosi prenatali
u l-abort. Bħala konklużjoni,
kull direttiva u programm
tal-awtoritajiet ċivili jew
tas-saħħa jew ta’
organiżżazzjonijiet xjentifiċi
li b’xi mod ikunu favur ħolqa
bejn id-djanjosi pre-natali u
l-abort, jew li jmorrru aktar ‘l
hinn u direttament iġagħalu
lill-omm tqila li tgħaddi minn
djanjosi pre-natali bl-għan li
l-fetu jiġi eliminat għax għandu
xi malformazzjoni jew qed iġorr
fih xi marda ereditarja, jinsabu
taħt kundanna minħabba
vjolazzjoni tad-dritt tal-ħajja
tat-tarbija mhux imwielda u
abbuż tad-drittijiet u
d-dmirijiet primarji
tal-miżżewġin.
3.
IL-PROĊEDURI TERAPEWTIĊI LI
JSIRU FUQ L-EMBRIJUN UMAN HUMA
LEĊITI?
Bħal f’kull intervent
mediku fuq pazjenti, wieħed
għandu jqis leċitu proċeduri li
jsiru fuq l-embrijun uman li
jirrispettaw il-ħajja u
l-integrità tal-embrijun u li
minnhom infushom ma jqegħduhx
f’riskju sproporzjonat imma
jkunu mmirati biex ifejqu,
itejbu l-kundizzjoni tas-saħħa
jew is-sopravivenza individwali
tiegħu. Tkun xi tkun
it-terapija medika jew
kirurġika, dejjem hu meħtieġ
il-kunsens ħieles tal-ġenituri
skont ir-regoli deontoloġiċi kif
japplikaw fil-każ tat-tfal.
L-applikazzjoni ta’ dan
il-prinċipju morali jista jkun
sejħa biex jittieħdu
prekawzjonijeit delikati u
partikulari fil-każ tal-ħajja
embrijonika jew fetali. Il-Papa
Ġwanni Pawlu II tkellem ċar dwar
x’inhuma
l-leġittimità u l-kriterji ta’
proċeduri bħal dawn:
‘intervent
strettament terapewtiku li
l-għan speċifiku tiegħu hu
l-fejqan ta’ mard varju bħalma
hu dak li jiġi minn difetti
tal-kromożomi, fil-prinċipju,
jitqies bħala ħaġa mixtieqa,
basta li jkun immirat lejn
il-veru avvanz tas-saħħa
personali tal-individwu mingħajr
ma jagħmel ħsara lill-integrità
tiegħu jew iħażżen
il-kundizzjoni ta’ ħajtu.
Intervent bħal dan fil-fatt
jidħol fil-loġika
tat-tradizzjoni morali
Kristjana”
.
4. KIF
JISTA’ WIEĦED JEVALWA R-RIĊERKA
U L-ISPERIMENTAZZJONI* FUQ
L-EMBRIJUNI U L-FETI UMANI,
MORALMENT?
Ir-riċerka medika
m’għandhiex taġixxi fuq
embrijuni ħajjin sakemm m’hemmx
iċ-ċertezza morali li mhux se
ssir ħsara lill-ħajja jew
lill-integrità tat-tarbija mhux
imwielda u tal-omm, u dan
b’kundizzjoni li l-ġenituri
jkunu taw il-kunsens ħieles u
infurmat dwar il-proċedura. Minn
dan joħroġ li kull riċerka, anki
jekk limitata biss għal sempliċi
osservazzjoni tal-embrijun,
issir illeċita jekk fiha hemm
ir-riskju għall-integrità fiżika
jew il-ħajja tal-embrijun
minħabba l-metodi użati jew
l-effetti li dawn jista’ jħallu.
F’dak li għandu x’jaqsam
mal-isperimentazzjoni,
kundizzjonata minn distinzjoni
ġenerika bejn sperimentazzjoni
għal raġunijiet mhux purament
terapewtiċi u sperimentazzjoni
li hu ċar li hi terapewtika
għas-suġġett innifsu, f’dal-każ
wieħed irid jagħmel distinzjoni
bejn spermentazzjoni fuq
embrijuni li għadhom ħajjin u
sperimentazzjoni fuq embrijuni
li jkunu mejta. Jekk
l-embrijuni jkunu għadhom
ħajjin, vjabbli jew le, għandu
jkun hemm rispett lejhom daqs
kull persuna ħajja oħra;
sperimentazzjoni fuq embrijuni
li mhix direttament terapewtika
hija illeċita
.
Ebda għan, anki jekk fih innifsu
nobbli bħal fil-każ ta’ meta dan
jista’ jidher ta’ ħtieġa
għax-xjenza jew għas-soċjetà, ma
jista’ b’xi mod jiġġustifika
sperimentazzjoni fuq embrijuni
jew feti umani, vjabbli kemm hu
vjabbli, kemm ġewwa kif ukoll
barra mill-ġuf tal-mara.
Il-kunsens infurmat meħtieġ
skont il-prassi għal
sperimentazzjoni klinika fuq
l-adulti ma jistax jingħata
mill-ġenituri, li ma jistgħux
jiddisponu liberament
mill-integrità jew il-ħajja
tat-tarbija mhux imwielda. Aktar
minn hekk, sperimentazzjoni fuq
embrijuni u feti dejjem fiha
r-riskju, u fil-fatt, f’ħafna
minn dawn il-każi wieħed
jistennieha li se ssir ħsara fuq
l-integrita fiżika jew anki ġġib
il-mewt tagħhom. L-użu
tal-embrijuni u feti umani bħala
strument ta’ sperimentazzjoni
huwa delitt kontra d-dinjità
tagħhom bħala bnedmin bid-dritt
tar-rispett ugwali għal dak
dovut lit-tarbija li tkun ġa
twieldet u lil kull persuna
umana.
Il-Karta
tad-Drittijiet tal-Familja
ippublikata mis-Santa Sede
tafferma: “Ir-rispett lejn
id-dinjità tal-persuna umana
teskludi kull manipulazzjoni
sperimentali jew esplojtazzjoni
tal-embrijun uman”.
Il-prattika li żżomm embrijuni
umani ħajjin in vivo jew
in vitro għal raġunijiet
sperimentali jew kummerċjali
hija għal kollox kontra
d-dinjità umana. Fil-każ ta’
sperimentazzjoni biċ-ċar
terapewtika, jiġifieri, meta hi
għamla ta’ sperimentazzjoni ta’
xi terapija użata
għall-benefiċċju tal-embrijun
innifsu bħala tentattiv aħħari
biex tissalvalu ħajtu, u
fin-nuqqas ta’ għamliet oħra ta’
terapija li tista’ torbot
fuqhom, l-użu ta’ mediċini jew
proċeduri li għad ma ġewx
ittestjati għal kollox, jista’
jkun leċitu
.
L-iġsma
tal-embrijuni u l-feti umani,
kemm jekk abortiti bi pjan kemm
le, għandhom jingħataw rispett
daqs il-fdalijiet ta’ persuni
umani oħra. Dawn ma
jistgħux, b’mod partikolari,
jisfaw imqattgħin jew issir
awtopsja fuqhom jekk tkun għadha
mhix aċċertata l-mewt tagħhom u
mingħajr il-kunsens tal-ġenituri
jew tal-omm. Aktar minn hekk,
għandhom ikunu mħarsin
il-ħtiġijiet morali li ma jkun
hemm ebda kompliċità ta’ abort
ippjanat u li jkun evitat
ir-riskju ta’ skandlu. Ukoll,
bħal fil-każ ta’ fetu mejjet,
l-istess bħalma jsir mal-iġsma
tal-adulti, kull traffikar
kummerċjali għandu jitqies bħala
illeċitu u għandu jkun
ipprojbit.
* ladarba t-termini
“riċerka” u “sperimentazzjoni”
spiss jingħataw l-istess tifsira
ambigwa, tinħass il-ħtieġa li
tingħata tifsira eżattata ta’
kif qed jintużaw f’dan
id-dokument.
1) Bil-kelma riċerka qed
nifhmu kull proċess induttiv jew
deduttiv li jsir bl-għan li
jippromwovi osservazzjoni
sistematika ta’ xi fenomenu
fil-qasam uman jew li jittanta
jipprova xi ipotesi li titnissel
mill-osservazzjonijiet li jkunu
saru qabel.
2) Bil-kelma sperimentazzjoni
qed nifhmu kull riċerka li biha
l-persuna umana (fil-fażijiet
differenti tal-eżistenza tagħha:
embrijun, fetu, tifel/tifla,
adult) ikun l-oġġett li bih jew
fuqu wieħed irid jivverifika
l-effett, li jkun għadu mhux
magħruf jew li l-għarfien tiegħu
ikun parzjali, ta’ trattament
(p. eż. farmakoloġiku,
tetraġeniku, kirurġiku, eċċ).
5.
KIF JISTA’ WIEĦED JEVALWA
MORALMENT L-UŻU TAL-EMBRIJUNI
MNISSLIN MILL-FERTILIŻŻAZZJONI
‘IN VITRO’ GĦAL RAĠUNIJIET TA’
RIĊERKA?
L-embrijuni umani
mnisslin in vitro huma
bnedmin u suġġetti għall-istess
drittijiet: id-dinjità u d-dritt
għall-ħajja tagħhom, u għandhom
ikunu rispettati mill-ewwel waqt
tal-eżistenza tagħhom.
Il-produzzjoni tal-embrijuni
umani destinati
għall-isfruttament bħala
“materjal bioloġiku” li jista’
jintrema, hija immorali.
Fil-prattika regolari
tal-fertiliżżazzjoni in vitro
mhux l-embrijuni kollha
jitqegħedu fil-ġisem tal-mara;
uħud minnhom jinqerdu. L-istess
bħalma tikkundanna l-abort
ippjanat, il-Knisja tipprojbixxi
wkoll atti li jmorru kontra
l-ħajja ta’ dawn il-persuni
umani. Huwa dmir li
tikkundanna l-gravità
partikolari tal-qerda volontarja
tal-embrijuni umani mnisslin ‘in
vitro’ għall-iskop waħdiena
tar-riċerka, kemm permezz
tal-inseminazzjoni artifiċjali
kif ukoll permezz tat-”twin
fission”. Meta jaġixxi
b’dal-mod, mingħajr ebda jedd,
ir-riċerkatur ikun qed jieħu
post Alla, u, anki jekk ma jkunx
konxju ta’ dan, ikun iqiegħed
lilu nnifsu bħala s-sid
tad-destin tal-oħrajn għax
arbitrarjament ikun qed jagħżel
lil min se jħalli jgħix u lil
min se jibagħtu għall-mewt u
jkun qed joqtol esseri umani li
m’għandhomx difiża.
Għall-istess raġuni,
il-metodi ta’ osservazzjoni jew
sperimentazzjoni li jagħmlu
ħsara jew li fihom riskji gravi
u sproporzjonati għall-embrijuni
mnisslin in vitro huma
moralment illeċiti. Kull persuna
umana għandha tkun rispettatata
fiha nfisha u ma tistax tisfa’
ridotta bħala strument pur u
sempliċi biex ikun ta’ vantaġġ
għal ħaddieħor. Għaldaqstant
li wieħed bi pjan jesponi
għall-mewt embrijuni umani
mnisslin ‘in vitro’ mhuwiex
konformi mal-liġi morali.
B’konsegwenza tal-fatt li ġew
imnisslin in vitro, dawk
l-embrijuni li ma jitqegħedux
fil-ġisem tal-mara u jitqiesu
bħala “ekstra” jkunu esposti
għal destin assurd, bla ebda
possibiltà li jkollhom mezzi
żguri ta’ sopravivenza, li jkunu
jistgħu jintużaw b’mod leċitu.
6.
KIF GĦANDU JKUN IL-ĠUDIZZJU DWAR
PROĊEDURI OĦRA TA’
MANIPULAZZJONI TAL-EMBRIJUNI
MARBUTIN “MAT-TEKNIKA
TAR-RIPRODUZZJONI UMANA”?
It-teknika
tal-fertiliżżazzjoni in vitro
tista’ tiftaħ it-triq għal
għamliet oħra ta’ manipulazzjoni
bioloġika u ġenetika
tal-embrijuni umani bħalma huma
t-tentattivi jew il-pjanijiet
għall-fertiliżżazzjoni bejn
gameti umani u tal-annimali u
l-ġestazzjoni tal-embrijuni
umani fil-ġuf tal-annimali, jew
għall-ipotesi jew il-proġett li
jkunu żviluppati ġwief
artifiċjali għall-embrijun uman.
Dawn il-proċeduri huma kontra
d-dinjità umana karatteristika
tal-embrijun, u, fl-istess ħin,
huma kontra d-dritt ta’ kull
persuna li titnissel u titwieled
fi ħdan iż-żwieġ u miż-żwieġ
Ukoll, it-tentattivi u
l-ipotesijiet biex jitnissel
bniedem bla ebda konnessjoni
mas-sesswalità permezz tat-”twin
fission”, il-klonazzjoni jew
il-partinoġenesi jitqiesu li
jmorru kontra l-liġi morali,
għax huma f’oppożizzjoni
mad-dinjità kemm
tal-prokreazzjoni umana kif
ukoll tal-għaqda konjugali.
L-iffriżar
tal-embrijuni, anki jekk bl-għan
li titħarislu l-ħajja tiegħu -
krijopreservazzjoni –
jikkostitwixxi offiża kontra
r-rispett mistħoqq mill-persuni
umani
għax jesponiehom għal riskji
gravi tal-mewt jew ħsara
għall-integrità fiżika u jkun
qed iċaħħad, tal-anqas
temporanjament, il-kenn matern u
l-ġestazzjoni, u b’hekk ikun qed
iqegħedhom f’sitwazzjoni li biha
jsir possibbli li jitwettqu
aktar offiżi u manipulazzjoni.
Ċerti tentattivi biex
jinfluwenzaw il-wirt kormożomiku
jew ġenetiku, mhumiex
terapewtiċi imma għandhom l-għan
li jipproduċu bnedmin magħżula
skont is-sess jew kwalitajiet
oħra pre-determinati. Dawn
il-manipulazzjonijiet imorru
kontra d-dinjità personali
tal-persuna umana u l-integrità
u l-identità tagħha.
Għalhekk, dawn il-proċeduri
bl-ebda mod ma jistgħu jkunu
ġustifikati għar-raġuni li
possibilment jistgħu jkunu ta’
benefiċċju għall-umanità
tal-ġejjieni.
Kull persuna għandha tkun
rispettata fiha nfisha: f’dan
tikkonsisti d-dinjità u d-dritt
ta’ kull persuna umana sa
mill-bidunett tal-eżistenza
tagħha.
II.
INTERVENTI FUQ IL-PROKREAZZJONI
UMANA
Bil-kliem
“prokreazzjoni artifiċjali” u
‘fertiliżżazzjoni artifiċjali”
hawnhekk qed nifhmu li huma
l-proċeduri tekniċi differenti
mmirati biex jinkiseb
il-konċepiment uman b’mod
differenti mill-għaqda sesswali
ta’ raġel u mara. Din
l-Istruzzjoni qed tittratta
l-fertiliżżazzjoni ta’ ovarju
f’tubu tal-ħġieġ
(fertiliżżazzjoni in vitro)
u inseminazzjonni artifiċjali
bit-trasferiment ta’ sperma
miġbura qabel, fl-apparat
ġenitali tal-mara.
Punt preliminari
għall-evalwazzjoni morali ta’
proċeduri tekniċi bħal dawn hu
msawwar mill-fatturi
taċ-ċirkostanzi u l-konsegwenzi
inerenti f’dawk il-proċeduri,
b’relazzjoni mar-rispett dovut
lill-embrijun uman. L-iżvilupp
tal-prattika
tal-fertiliżżazzjoni in vitro
għadda minn proċess ta’ bosta
fertiliżżazzjonijiet u qerda ta’
embrijuni umani. llum ukoll,
dil-prattika tassumi
iperovulazzjoni min-naħa
tal-mara: għadd ta’ ovarji
jinġibdu, ikunu fertiliżżati u
mbagħad ikkultivati in vitro
għal xi jiem. Soltu mhux kollha
jkunu trasferiti fil-kanali
ġenitali tal-mara; xi embrijuni,
ġeneralment magħrufin bħala
“ekstra” jinqerdu jew ikunu
ffriżati. F’xi okkażjonijiet,
uħud mill-embrijuni impjantati
jisfaw ‘sagrifikati’ għal
raġunijiet ewġeniċi, ekonomiċi
jew psikoloġiċi. Dil-qerda
intenzjonata ta’ persuni umani
jew l-użu tagħhom għal għanijiet
differenti b’detriment
għall-integrità u l-ħajja, tmur
kontra d-duttrina tal-abort
intenzjonali, kif imsemmi aktar
‘il fuq. Ir-rabta bejn
il-fertiliżżazzjoni in vitro
u l-qerda volontraja
tal-embrijuni umani qed issir
wisq spiss. Dan għandu tifsir
kbir: permezz ta’ dawn
il-proċeduri, li bid-deher
għandhom għanijiet kuntrarji,
il-ħajja u l-mewt isiru
jiddependu mid-deċiżjoni
tal-bniedem, li b’hekk ikun
iqiegħed ilu nnifsu bħala s-sid
li jagħti l-ħajja u l-mewt
b’digriet. Id-dinamika
tal-vjolenza u d-dominazzjoni
jistgħu jibqgħu misturin
mill-istess individwi li,
bix-xewqa li jużaw din
il-proċedura, jisfaw suġġetti
għaliha huma stess. Dawn
il-fatti u l-loġika kiesħa li
torbothom flimkien iridu
jitqiesu biex isir ġudizzju
morali fuq l-IVF u l-ET
(fertiliżżazzjoni in vitro
u trasferiment tal-embrijun):
il-mentalità abortiva li għamlet
dil-proċedura possibbli,
għalhekk, twassal biex, kemm
jekk wieħed irid inkella le,
il-bniedem jikseb dominju fuq
il-ħajja u l-mewt ta’ bnedmin
bħalu u tista’ twassal għal
sistema ta’ ewġeniżmu radikali.
Madankollu, dawn
l-abbużi ma jeżentawx lil dak li
jkun li jkompli jistudja u
jidħol fil-fond b’mod etiku
tat-teknika tal-prokreazzjoni
artifiċjali fiha nnfisha, u,
sakemm hu possibbli, jifred
il-proċedura mill-qerda
tal-embrijuni prodotti in
vitro. Għalhekk, din
l-Istruzzjoni se tibda billi
tieħu kont, tal-problemi li
jitqajmu mill-fertiliżżazzjoni
eterologa (II, 1-3),* u wara,
dawk marbutin
mal-fertiliżżazzjoni omologa
artifiċjali (II, 4-6).** Qabel
ma jkun imfassal ġudizzju etiku
fuq kull waħda minn dawn
il-proċeduri, se jkunu eżaminati
l-prinċipji u l-valuri li
jiddetereminaw l-evalwazzjoni
morali ta’ kull waħda minnhom.
*
Bit-terminu fertiliżżazzjoni
jew prokreazzjoni artifiċjali,
din l-Istruzzjoni qed tifhem dik
it-teknika użata biex jinkiseb
konċepiment uman bl-użu
tal-gameti ġejjin minn tal-anqas
donatur li mhux wieħed
mill-koppja magħquda fiż-żwieġ.
Teknika bħal din tista’ tkun ta’
żewġ tipi:
a) IVF
u
ET
eterologi:
it-teknika użata biex jinkiseb
konċepiment uman bit-tlaqqigħ
in vitro tal-gameti meħudin
tal-anqas minn wieħed
mid-donaturi tal-koppja magħquda
fiż-żwieġ.
b)
Inseminazzjoni eterologa
artifiċjali:
it-teknika użata
bit-trasferiment fil-kanali
ġenitali tal-mara ta’ sperma li
tkun inġabret qabel minn donatur
li ma jkunx ir-raġel tagħha.
**
Bit-terminu fertiliżżazzjoni jew
prokreazzjoni omologa
artifiċjali,
din l-Istruzzjoni qed tifhem
dawk il-meżżi mmirati biex
jiksbu konċepiment uman bl-użu
ta’ gameti ta’ koppja magħquda
fiż-żwieġ. Il-fertiliżżazzjoni
omologa artifiċjali tista’ ssir
b’żewġ metodi differenti:
a) IVF
u
ET
omologi:
it-teknika użata biex jinkiseb
konċepiment uman bit-tlaqqigħ
in vitro tal-gameti
tal-koppja magħquda fiż-żwieġ.
b)
Inseminazzjoni omologa
artifiċjali:
it-teknika użata biex jinkiseb
konċepiment uman
bit-trasferiment fil-kanali
ġenitali tal-mara miżżewġa
l-isperma li tkun inġabret minn
qabel mingħand ir-raġel tagħha.
A.
FERTILIŻŻAZZJONI ETEROLOGA
ARTIFIĊJALI
1.
GĦALIEX IL-PROKREAZZJONI UMANA
GĦANDHA SSIR FIŻ-ŻWIEĠ?
Kull persuna umana
dejjem għandha tkun milqugħa
bħala rigal u barka minn Alla.
Madankollu, mill-aspett morali,
prokreazzjoni verament
responsabbli vis-à-vis t-tarbija
mhux imwielda għandha tkun frott
taż-żwieġ.
Minħabba li
l-prokreazzjoni umana għandha
karatteristiċi speċifiċi
minħabba d-dinjità personali
tal-ġenituri u tat-tfal:
il-prokreazzjoni ta’ persuna
ġdida, li biha r-raġel u l-mara
jikkolaboraw mas-setgħa
tal-Ħallieq, għandha tkun
il-frott u s-sinjal tal-għotja
reċiproka tal-miżżewġin, ta’
mħabbithom u l-fedeltà lejn
xulxin
.
Il-fedeltà tal-miżżewġin
fl-għaqda taż-żwieġ tinvolvi
rispett reċiproku tad-dritt
tagħhom li jsiru missier u omm
biss, permezz ta’ xulxin.
It-tarbija għandha dritt li tkun
ikkonċeputa, tinġarr fil-ġuf,
tinġieb fid-dinja u mrobbija,
fl-ambitu taż-żwieġ: hu biss
bis-saħħa tar-relazzjoni żgura u
magħrufa lejn il-ġenituri
tagħhom li t-tifel/tifla jistgħu
jiskopru l-identità personali
tagħhom u jiksbu l-iżvilupp uman
propju tagħhom. B’hekk
il-miżżewġin, huma u jagħtu
lilhom infushom lil xulxin, ma
jagħtux biss lilhom infushom,
iżda xi ħaġa aktar minnhom għax
jagħtu l-ulied, li huma xbieha
ħajja ta’ mħabbithom, u sinjal
li jibqa’, tal-għaqda ta’
bejniethom; l-ulied huma dehra
ħajja tal-istat tagħhom ta’
missier u omm,
Għar-raġuni
tar-responsabbiltajiet
vokazzjonali u soċjali
tal-persuna, il-ġid tat-tfal u
tal-ġenituri hu kontribut lejn
il-ġid tas-soċjetà; il-vitalità
u l-istabbiltà tas-soċjetà
jeħtieġu li t-tfal jiġu
fid-dinja fi ħdan familja u li
l-familja tkun imsejsa sod fuq
iż-żwieġ. It-tradizzjoni
tal-Knisja u r-riflessjoni
antropoloġika jagħrfu li
fiż-żwieġ u fir-rabta li ma
tinħallx tiegħu, hemm l-uniku
ambjent li fih hu xieraq issir
prokreazzjoni responsabbli.
2. TISTA’ L-FERTILIŻŻAZZJONI
ETEROLOGA ARTIFIĊJALI TAQBEL
MAD-DINJITÀ TAL-KOPPJA U
L-VERITÀ TAŻ-ŻWIEĠ?
Permezz
tal-inseminazzjoni eterologa
artifiċjali u l-IVF u l-ET,
il-konċepiment uman jinkiseb
bil-fużjoni tal-gameti ta’
mill-anqas dontaur wieħed li
mhux parti mill-koppja magħquda
fiż-żwieġ.
Il-fertiliżżazzjoni eterologa
artifiċjali hi kontra l-għaqda
taż-żwieġ, id-dinjità
tal-miżżewġin, il-vokazzjoni
propja tal-ġenituri, u tad-dritt
tat-tarbija li tkun konċeputa u
miġjuba fid-dinja fiż-żwieġ u
miż-żwieġ.
Ir-rispett lejn ir-rabta
taż-żwieġ u lejn il-fedeltà
konjugali titlob li t-tarbija
titnissel fi ħdan iż-żwieġ;
ir-rabta li hemm bejn ir-raġel u
l-mara tagħti lill-miżżewġin,
b’mod oġġettiv u inaljenabbli,
id-dritt esklussiv li jsiru
missier u omm biss permezz ta’
xulxin.
ir-rikors lejn il-gameti
tat-tielet persuna bl-għan li
jkun hemm sperma jew ovarju
għad-dispożizzjoni, hija
vjolazzjoni tal-impenn reċiproku
bejn il-miżżewġin u nuqqas ta’
rispett gravi lejn dik
il-karatteristika propja
taż-żwieġ li hi l-għaqda.
Il-fertiliżżazzjoni
eteroġenja artifiċjali hi
tkissir tad-drittijiet
tat-tarbija; toftomha
mir-relazzjoni filjali tagħha
mal-oriġini prenatali u tista’
tkun ostaklu fil-proċess
tal-maturazzjoni tal-identità
personali. Aktar minn hekk,
toffendi l-vokazzjoni komuni
tal-miżżewġin li huma msejħin
għall-paternità u l-maternità;
oġġettivament tkun qed iċċaħħad
il-frott konjugali mill-unità u
l-integrità tiegħu; turi biċ-ċar
li hemm tiċrita bejn
il-ġenitorjalità ġenetika,
il-ġenitorjalità ġestazzjonali u
r-responsabbiltà tat-trobbija.
Ħsara bħal din
lir-relazzjonijiet personali fi
ħdan il-familja għandha
riperkussjonijiet fuq is-soċjeta
ċivili: dak li jhedded l-għaqda
u l-istabbiltà tal-familja hu
sors ta’ nuqqas ta’ ftehim,
diżordni u inġustizzja fil-ħajja
kollha tas-soċjetà. Dawn
ir-raġunijiet iwasslu għal
ġudizzju moralment negattiv dwar
il-fertiliżżazzjoni eterologa
artifiċjali: bħala konsegwenza,
il-fertiliżżazzjoni ta’ mara
miżżewġa bl-isperma ta’ donatur
li ma jkunx żewġha u
l-fertiliżżazzjoni bl-isperma
tar-raġel ta’ ovarju li ma jkunx
ġej minn martu huma moralment
illeċiti. Aktar minn hekk,
il-fertiliżżazzjoni artifiċjali
ta’ mara li mhix miżżewġa jew
armla, hu min hu d-donatur, ma
jistax ikollha ġustifikazzjoni
morali.
Ix-xewqa li jkollhom
l-ulied u l-imħabba bejn
il-miżżewġin imxennqin biex
jgħelbu sterilità li ma tistax
tintrebaħ bl-ebda mod ieħor huma
motivazzjonijiet li wieħed
jifhimhom; imma,
soġġettivameent,
l-intenzjonijiet tajbin ma
jagħmlux il-fertiliżżazzjoni
eterologa artifiċjali xi ħaġa
tajba u konformi mal-oġġettivi u
l-propjetajiet inaljenabbli
taż-żwieġ jew rispettuża lejn
id-drittijiet tat-tfal u
tal-miżżewġin.
3.
IL-MATERNITÀ SURROGATA HI LEĊITA
MORALMENT?
Le, għall-istess
raġunijiet li bihom hi miċħuda
l-fertiliżżazzjoni eterologa
artifiċjali: għax hi kontra
l-għaqda taż-żwieġ u d-dinjità
tal-prokreazzjoni tal-persuna
umana. Il-maternità surrogata
tirrappreżenta falliment
oġġettiv li persuna taċċetta
d-dmirijiet tal-imħabba materna,
tal-fedeltà konjugali u
tal-maternità responsabbli;
toffendi d-dinjità u d-dritt
tat-tarbija li tkun konċeputa,
mġarra fil-ġuf, miġjuba
fid-dinja u mrobbija
mill-ġenituri tagħha stess;
b’detriment għall-familji toħloq
firda bejn l-elementi morali,
fiżiċi u psikoloġiċi li jsawwru
lil dawk il-familji.
* Bit-terminu “omm
surrogata” din l-Istruzzjoni
trid tfisser:
a) il-mara li fit-tqala ġġorr
embrijun impjantat fl-utru
tagħha u li ġenetikament hi
stranġiera għal dak l-embrijun
għax inkiseb bl-għaqda ta’
gameti ġejjin minn “donaturi”.
Hi ġġorr it-tqala bi pleġġ li
darba tkun twieldet, it-tarbija
tingħata lil min ikun
ikkummissjonaha jew għamel
il-ftehim magħha dwar it-tqala.
b) il-mara li fit-tqala ġġorr
embrijun li hi tkun tat sehemha
fil-prokreazzjoni tiegħu
bid-donazzjonni tal-ovarju
tagħha, iffertiliżżat permezz
ta’ inseminazzjoni bl-isperma
ta’ raġel li mhux żewġha. Hi
ġġorr it-tqala bil-wegħda li
meta titwieled, it-tarbija
tingħata lil min ikun taha
l-kummissjoni jew għamel
arranġementi magħha għal dik
it-tqala.
B.
INSEMINAZZJONI OMOLOGA
ARTIFIĊJALI
Ladarba
l-fertiliżżazzjoni artifiċjali
eterologa ġiet iddikjarata
inaċċettabbli, tqum
il-mistoqsija dwar kif issir
l-evalwazzjoni morali
tal-proċess tal-fertiliżżazzjoni
omologa artifiċjali: l-IVF u
l-ET u l-inseminazzjnoni
artifiċjali bejn ir-raġel u
martu. L-ewwel jeħtieġ tkun
iċċarata kwistjoni ta’
prinċipju.
4.
LIEMA KONNNESSJONI HI MEĦTIEĠA
MILL-ASPETT MORALI BEJN
IL-PROKREAZZJONI
U L-ATT
KONJUGALI?
a) It-tagħlim
tal-Knisja dwar iż-żwieġ u
l-prokreazzjoni umana jafferma
“l-għaqda inseparabbli bir-rieda
ta’ Alla li ma tistax tinkiser
mill-bniedem bl-inizjattiva
tiegħu, bejn iż-żewġ tifsiriet
tal-att konjugali: it-tifsira
tal-għaqda u t-tifsira
tal-prokreazzjoni.
Infatti, imħabba l-istess
struttura tiegħu, l-att
taż-żwieġ, waqt li jgħaqqad
profondament lill-miżżewġin,
jagħmilhom kapaċi
għall-ġenerazzjoni ta’ ħajjiet
ġodda, skond liġijiet miktuba
fl-istess esseri tar-raġel u
tal-mara.
Dal-prinċipju, li hu bbażat fuq
in-natura taż-żwieġ u
l-konnessjoni intima
tal-propjetajiet taż-żwieġ,
għandu konsegwenzi magħrufin fuq
il-livell tar-responsabbiltà
tal-paternità u tal-maternità.
Bit-tħaris ta’ dawn iż-żewġ
aspetti essenzjali, l-għaqda u
l-prokreazzjoni, l-att taż-żwieġ
iwettaq bis-sħiħ is-sens vera
ta’ vera mħabba ta’ xulxin u
l-iskop għas-sejħa l-aktar
għolja tal-ġenitorjalità
L-istess duttrina dwar
ir-rabta bejn it-tifsira tal-att
konjugali u bejn il-propjetajiet
taż-żwieġ titfa’ dawl fuq
il-problema morali
tal-fertiliżżazzjoni omologa
artifiċjali, għax “qatt mhu
permess li dawn iż-żewġ aspetti
jinfirdu minn xulxin sal-punt
illi pożittivament jeskludu jew
l-intenzjoni prokreattiva jew
ir-relazzjoni konjugali”.
Bil-kontraċezzjoni, l-att
konjugali jitneżża’ mill-ftuħ
għall-prokreazzjoni u b’dal-mod
iġib distakk volontarju
mill-għanijiet taż-żwieġ.
Il-fertiliżżazzjoni omologa
artifiċjali, filwaqt li tfittex
il-prokreazzjoni li mhix frott
ta’ att konjugali speċifiku,
oġġettivament taffettwa firda
simili bejn il-propjetajiet u
t-tifsiriet taż-żwieġ. B’hekk,
il-fertiliżżazzjoni ssir b’mod
leċitu dment li hi riżultat ta’
“att konjugali li, minnu nnifsu
hu addattat għall-ġenerazzjoni
tat-tfal li għalih hu ordnat
iż-żwieġ min-natura tiegħu u li
bih il-miżżewġin isiru ħaġa
waħda”.
Imma mill-aspett morali
l-prokreazzjoni tkun nieqsa
mill-perfezzjoni propja tagħha
meta mhix mixtieqa bħala frott
tal-att konjugali, jiġifieri
tal-att speċifiku tal-għaqda
bejn il-koppja miżżewġa.
b) Il-valur morali tar-rabta
intima bejn il-propjetajiet
taż-żwieġ u bejn it-tifsiriet
tal-att konjugali huwa mibni fuq
Il-bniedem, esseri wieħed iżda
magħmul minn ruħ u ġisem,.
Il-miżżewġin jesprimu
reċiprokament l-imħabba
personali “bil-lingwaġġ
tal-ġisem”, li b’mod ċar
jinvolvi kemm “it-tifsiriet
sponsali” kif ukoll dawk
tal-ġenituri.
L-att konjugali li bih il-koppja
tesprimi reċiprokament l-għotja
personali fl-istess ħin tesprimi
l-ftuħ lejn ir-rigal tal-ħajja.
Hu att inseparabbli bejn
il-korporali u l-ispiritwali. Hu
fil-ġisem tagħhom u permezz ta’
ġisimhom li l-miżżewġin
jikkunsmaw iż-żwieġ tagħhom u
jiksbu l-ħila li jsiru missier u
omm.
Biex ikun irrispettat
il-lingwaġġ tal-ġisem tagħhom u
l-ġenerożità reċiproka, l-għaqda
konjugali trid issir bir-rispett
lejn il-ftuħ tagħha
għall-prokreazzjoni; u
l-prokreazzjoni ta’ persuna
għandha tkun frott u riżultat
tal-imħabba bejn il-miżżewġin.
B’hekk l-oriġini tal-persuna
umana titnissel minn
prokreazzjoni li “hi marbuta ma’
dik l-għaqda, mhux biss
bioloġika imma wkoll spiritwali,
tal-ġenituri, li jsiru ħaġa
waħda bl-għaqda taż-żwieġ”.
Il-fertiliżżazzjoni miskuba ‘l
barra mill-iġsma tal-koppja,
minħabba dal-fatt, tibqa’ nieqsa
għal kollox mit-tifsiriet u
l-valuri li jkunu mistqarra
bil-lingwaġġ tal-ġisem u
l-għaqda bejn persuni umani.
c) Hu biss ir-rispett lejn
ir-rabta bejn
it-tifsiriet
tal-att konjugali u r-rispett
lejn l-għaqda bejn il-persuni
umani li tagħmilha possibbli li
l-prokreazzjoni tikkonforma
mad-dinjità
tal-persuna.
Fl-oriġini
uniku u irripetibbli tagħha,
it-tarbija jixirqilha rispett u
għandha
tingħaraf
bħala ugwali fid-dinjità
personali
daqs
dawk li jtuha l-ħajja.
Il-persuna umana għandha tkun
aċċettata fl-att tal-għaqda u
l-imħabba; il-ġenerazzjoni
tat-tarbija hi frott
tad-donazzjoni lil xulxin u
tal-prokreazzjoni tal-bniedem,
f'kuntest ta' mħabba vera
li seħħ fl-att konjugali li fih
il-miżżewġin jafu li d-dmir
tat-trasmissjoni tal-ħajja umana
u tat-trobbija, għandu jitqies
bħala l-missjoni proprja
tagħhom, bħala kooperaturi ta'
l-imħabba ta' Alla li ħalaqhom u
bħal interpreti tagħha
.Fir-realtà
l-oriġini tal-persuna umana huwa
r-riżultat ta’ att ta’ għotja.
Il-konċeput għandu jkun il-frott
tal-imħabba tal-ġenituri tiegħu.
Ma jistax ikun mixtieq jew
konċeput bħala prodott ta’
intervent mediku jew
tat-teknoloġija; dak ikun
daqslikieku (it-tarbija) tkun
meqjusa bħala oġġett
tat-teknoloġija xjentifika. Ħadd
m’għandu jissoġġetta li
t-tarbija li tinġieb fid-dinja
li
tkun ikkundizzjonata
mill-effiċjenza teknoloġika li
għandha tkun evalwata skont
il-kriterji tal-kontroll u
d-dominazzjoni. Ir-rilevanza
morali tar-rabta bejn
it-tifsiriet tal-att konjugali u
l-frott taż-żwieġ, kif ukoll
l-għaqda bejn il-bniedem u
d-dinjità tal-oriġini tiegħu,
jitolbu li l-prokreazzjoni
tal-persuna umana tinkiseb bħala
frott tal-att konjugali
speċifiku tal-imħabba bejn
il-miżżewġin. Il-ħolqa bejn
il-prokreazzjoni u l-att
konjugali b’hekk tidher li hi
ta’ importanza kbira
fil-perspettiva antropoliġika u
morali u titfa’ dawl fuq
il-pożizzjonijiet tal-Maġisteru
rigward il-fertiliżżazzjoni
omologa artifiċjali.
5. IL-FERTILIŻŻAZZJONI OMOLOGA
‘IN VITRO’ HI MORALMENT LEĊITA?
It-tweġiba għal
dil-mistoqsija tiddependi
strettament mill-prinċipji li
għadhom
kif issemmew. Żgur li ħadd ma
jista’ jinjora l-aspirazzjonijiet
leġittimi tal-koppji sterili.
Għal xi wħud, li jirrikorru
għall-IVF u l-ET omologi donnha
tidher bħala
l-uniku mod li bih jissodisfaw
ix-xewqa sinċiera tagħhom li
jkollhom tarbija. Il-mistoqsija
hi jekk it-totalità tal-ħajja
konjugali f’sitwazzjonijiet bħal
dawn, hix biżżejjed biex tiżgura
(l-ħarsien) tad-dinjità propja
tal-ħajja umana. Hu
magħruf
li l-IVF u l-ET żgur li ma
jistgħux jikkompensaw
għan-nuqqas tar-relazzjonijiet
sesswali
u, meta jitqiesu r-riskji li
jistgħu jinqalgħu lit-tarbija u
l-iskomdu tal-proċedura, ma
jistgħux ikunu preferuti minflok
l-att konjugali speċifiku. Imma
nistaqsu, jekk meta ma jkun hemm
mod ieħor biex tingħeleb
l-isteriltà, li hi sors ta’
tbatija, il-fertiliżżazzjoni
omologa in vitro tistax
tkun ta’ għajnuna, jekk mhux
bħala forma ta’ terapija, li
f’dal każ wieħed jista’ jqis li
hi moralment aċċettabbli.
Ix-xewqa ta' tarbija – jew
tal-anqas il-ftuħ lejn
it-trasmissjoni tal-ħajja – hi
kundizzjoni
meħtieġa mill-aspett morali biex
ikun hemm prokreazzjoni umana
responsabbli. Iżda din
l-intenzjoni tajba mhix
biżżejjed biex ikun hemm
evalwazzjoni morali pożittiva
tal-fertiliżżazzjoni in vitro
bejn il-miżżewġin. Il-proċess
tal-IVF u l-ET
għandu
jkun iġġudikat fih innifsu u ma
jistax jissellef il-kwalitajiet
morali tiegħu mit-totalità
tal-ħajja konjugali
fejn lanqas
ma hi permessa xi azzjoni jew
qabel l-att taż-żwieġ, jew waqt
dan l-att, jew fl-iżvilupp
tal-konsegwenzi naturali tiegħu,
li jkollha l-ħsieb, bħala skop
jew bħala mezz, li
l-prokreazzjoni ma tkunx
possibbli.
Diġà tfakkar illi
fiċ-ċirkustanzi li dawn
il-prattiċi jintużaw
regolarment, l-IVF u l-ET
jimplikaw il-qerda ta’ persuni
umani,
fatt li hu kontra d-duttrina
msemmija aktar ‘il fuq li
l-abort hu illeċitu
.
Imma anki f’sitwazzjoni li fiha
tittieħed kull prekawzjoni biex
il-mewt tal-embrijuni umani tkun
skansata, l-IVF u l-ET omologi
huma mifrudin
mill-azzjonijiet tal-att
konjugali li hu mmirat biex iġib
il-fertiliżżazzjoni umana.
In-natura propja tal-IVF u l-ET
omologi, għalhekk, irridu nieħdu
kont tagħhom b’mod separat
mill-abort intenzjonali.
L-IVF u l-ET omologi jseħħu ‘l
barra mill-ġisem tal-koppja
bl-azzjoni tat-tielet persuna
li l-kompetenza u l-attività
teknika tagħha jiddeterminaw
is-suċċess tal-proċedura.
Fertiliżżazzjoni bħal din
tqiegħed il-ħajja u l-identità
tal-embrijun taħt is-setgħa
tat-tobba u l-bioloġi u
tistabbilixxi d-dominju
tat-teknoloġija fuq l-oriġini u
destin tal-persuna umana.
Relazzjoni ta’ dominazzjoni bħal
din hi minnha nfisha kuntrarja
għad-dinjità u l-ugwaljanza li
għandu jkun hemm bejn
il-ġenituri u l-ulied.
Il-konċepiment in
vitro hu riżultat ta’
azzjoni teknika li tippresjedi
l-fertiliżżazzjoni.
Fertiliżżazzjoni
bħal
din, fil-fatt, la tkun inkisbet
u lanqas tkun
mixtieqa pożittivament bħala
espressjoni tal-frott ta’ att
konjugali speċifiku.
Għalhekk, fil-każ
tal-IVF
u l-ET omologi, anki jekk
nikkunsidrawhom fil-kuntest ta’
relazzjonijiet sesswali
eżistenti ‘de facto’,
il-ġenerazzjoni tal-persuna
umana hi oġġettivament miftuma
mill-perfezzjoni
propja tagħha: jew aħjar,
bħala
riżultat u l-frott ta’ att
konjugali
li bih il-miżżewġin jistgħu
jsiru “kollaboraturi
ma’
Alla biex jagħtu ħajja lil
persuna ġdida”
.Dawn ir-raġunijiet
jgħinuna
nifhmu għala l-att konjugali,
fit-tagħlim tal-Knisja, hu
meqjus
bħala
l-uniku ambjent denju
tal-prokreazzjoni umana.
Għall-istess raġunijiet l-hekk
imsejjaħ “każ sempliċi”,
jiġifieri proċedura ta’ IVF jew
ET omologi li huma meħlusin minn
kull pratika abortiva li teqred
l-embrijuni, u l-masturbazzjoni,
tibqa’ teknika
moralment
illeċita għax toftom
il-prokreazzjoni umana
mid-dinjità
li hi propja u konnaturali
tagħha. Ċertament,
il-fertiliżżazzjoni omologa
bl-IVF u l-ET m’għandhiex
it-timbru negattiv li jimmarka
l-prokreazzjoni extra-konjugali;
il-familja u ż-żwieġ jibqgħu
l-ambjent għat-twelid u
t-trobbija tat-tfal. Madankollu
b’konformità mad-duttrina
tradizzjonali rigward
l-oġġettivi taż-żwieġ u
d-dinjità tal-persuna,
il-Knisja tibqa’ kontra
l-fertiliżżazzjoni omologa ‘in
vitro’ mill-aspett morali
Fertiliżżazzjoni bħal din hi
minnha nfisha illeċita u opposta
għad-dinjità tal-prokreazzjoni u
l-għaqda konjugali, anki meta
jsir minn kollox biex tkun
evitata
l-mewt tal-embrijun uman.
Għalkemm il-mod li bih isir
il-konċepiment uman bl-IVF u
l-ET ma jistax
jingħata
approvazzjoni, kull tarbija li
tiġi fid-dinja għandha tkun
aċċettata bħala rigal ħaj
tal-Tjieba divina u għandha
titrabba bl-imħabba.
6. KIF TISTA’ TKUN EVALWATA
L-INSEMINAZJZONI ARTIFIĊJALI
OMOLOGA MILL-ASPETT MORALI?
L-inseminazzjoni
artifiċjali omologa fi ħdan
żwieġ ma tistax tkun aċċettata
ħlief f’dawk il-każi li fihom
il-mezzi tekniċi ma jieħdux post
l-att konjugali imma jservu biex
jiffaċilitaw u jgħinu sabiex l-att
jikseb l-għan naturali tiegħu.
It-tagħlim
tal-Maġisteru dwar dal-punt diġà
kienet spjegat
.
It-tagħlim mhux sempliċiment
espressjoni ta’ xi ċirkostanzi
storiċi partikolari imma hu
msejjes fuq id-duttrina
tal-Knisja dwar il-konnessjoni
bejn l-għaqda konjugali u l-prokreazzjoni
u l-kunsiderazzjonijiet dwar in-natura
personali tal-att konjugali u l-prokreazzjoni
umana. “Fl-istruttura naturali
tiegħu, l-att konjugali hu
wieħed personali, koperazzjoni
simultanja u immedjata min-naħa
tar-raġel u ta’ martu, li
bl-istess natura tal-aġenti hija
l-espressjoni tar-rigal
tal-għotja reċiproka, li skont
il-kliem tal-Iskrittura, tagħmel
din l-għaqda “ġisem wieħed”
.
Għalhekk il-kuxjenza morali
‘mhux neċessarjament
tbarri
l-użu ta’
ċerti
mezzi artifiċjali mmirati
esklussivament jew biex
jiffaċilitaw l-att naturali jew
biex jiżguraw li l-att naturali
magħmul normalment jikseb l-għan
propju tiegħu”
.
Jekk il-mezzi tekniċi
jiffaċilitaw l-att konjugali jew
jgħinu biex dan jilħaq l-objettivi
naturali tiegħu, allura dawn
jistgħu jkunu aċċettabbli. Jekk,
min-naħa l-oħra, il-proċedura
tieħu post l-att naturali, din
issir moralment illeċita. L-inseminazzjoni
artifiċjali li tieħu post l-att
konjugali
hija projbita għar-raġuni li
sseħħ firda volontarja bejn
iż-żewġ tifsiriet tal-att
taż-żwieġ.
Il-masturbazzjoni, li normalment
minnha
tinġieb
l-isperma, hija sinjali ieħor ta’
din is-separazzjoni: anki meta
ssir bl-għan tal-prokreazzjoni,
l-att jibqa’
mneżża’
mit-tifsira tal-għaqda tiegħu:
“ikun
nieqes
mir-relazzjoni
sesswali li jitlob l-ordni
morali, jiġifieri r-relazzjoni
li tqiegħed fis-seħħ “is-sens
sħiħ
tal-għotja reċiproka u l-prokreazzjoni
umana fil-kuntest tal-imħabba
vera”
.
7. LIEMA KRITERJU MORALI NISTGĦU
NIPPROPONU RIGWARD L-INTERVENT
MEDIKU FIL-PROKREAZZJONI UMANA?
L-att mediku
jrid
ikun evalwat mhux biss ‘b’riferiment
għad-dimensjoni teknika tiegħu
imma wkoll, u fuq kollox,
b’relazzjoni mal-għan
tiegħu li hu l-ġid tal-persuni u
s-saħħa
fiżika
u psikoloġika tagħhom.
Il-kriterji morali rigward
l-intervent mediku
fil-prokreazzjoni jinkisbu
mid-dinjità tal-persuni umani,
mis-sesswalità tagħhom u
l-oriġini tagħhom.
Il-mediċinia li tfittex li
timmira lejn il-ġid integrali
tal-persuna
għandha
tirrispetta l-valuri
tas-sesswalità speċifikament
umani.
It-tabib qiegħed għas-servizz
tal-persuni u tal-prokreazzjoni.
M’għandux l-awtorità li
jiddisponi minnhom jew li
jiddeċidi d-destin tagħhom.
L-intervent mediku
jirrispetta d-dinjità
tal-persuni meta jfittex li
jgħin
l-att konjugali jew biex
jiffaċilita t-twettiq tiegħu jew
sabiex jgħinu jikseb l-għanijiet
tiegħu ladarba jkun sar b’mod
normali”.
Min-naħa l-oħra, kultant jiġri
li proċedura medika teknoloġika
tieħu
post l-att konjugali sabiex
tinkiseb il-prokreazzjoni li la
tkun riżultat u l-anqas il-frott
tagħha. F’dal-każ, l-att mediku
ma jkunx, kif suppost għandu
jkun, imqiegħed għas-servizz
tal-għaqda konjugali imma aktarx
ikun qed jarroga għalih
il-funzjoni prokreattiva u
b’hekk ikun jikkontradixxi
d-dinjità
u d-drittijiet inaljenabbi
tal-miżżewġin u tat-tarbija li
se titwieled. L-umaniżżazzjoni
tal-mediċina, li llum kulħadd
jinsisti dwarha, titlob rispett
lejn id-dinjità integrali
tal-persuna umana l-ewwel u
qabel kollox fl-att u fil-mument
li fih il-miżżewġin jittrasmettu
l-ħajja lil persuna ġdida.
Għalhekk hu sempliċiment loġiku
li jsir appell urġenti lit-tobba
u x-xjenzjati Kattoliċi biex
huma jkunu xhieda eżemplari
tar-rispett mistħoqq
lill-embrijun uman u d-dinjità
tal-prokreazzjoni. L-istaff
mediku u tal-infermiera
fl-isptarijiet u l-kliniki
Kattoliċi huma mħeġġin b’mod
speċjali biex
jagħmlu
ġustizzja mal-obbligi morali li
huma ħaddnu, spiss ukoll, bħala
parti mill-kuntratt tagħhom. Min
hu inkarigat mill-isptarijiet u
l-kliniki Kattoliċi u li spiss
huma persuni
reliġjużi,
għandhom jagħtu każ b’mod
speċjali
biex
iħarsu u jippromwovu
l-osservanza bir-reqqa tan-normi
morali li qed jissemmew f’din
l-Istruzzjoni.
8. IT-TBATIJA MINĦABBA L-INFERTILITÀ
FIŻ-ŻWIEĠ
It-tbatija
tal-miżżewġin li ma jistax
ikollhom tfal jew li jibżgħu li
jġibu fid-dinja xi wild
b’mankament
hi tbatija
li kuħadd għandu jifhem u
jevalwa kif
jixraq.
Min-naħa tal-miżżewġin,
ix-xewqa li jkollhom it-tfal hi
ħaġa naturali: tesprimi l-vokazzjoni
tal-paternità u l-maternità
minquxa fl-imħabba konjugali.
Dix-xewqa tista’ tkun aktar
kbira jekk koppja tkun tbati
minn sterilità li tidher bla
fejqan.
Madankollu,
iż-żwieġ ma
jagħtix
dritt lill-koppja li jkollha t-tfal,
imma biss id-dritt li tagħmel
dawk l-atti naturali li per
se huma maħluqin
għall-prokreazzjoni.
Dritt assolut li jkun hemm l-ulied
imur kontra d-dinjità tat-tarbija
u tan-natura. It-tarbija mhix
oġġett li wieħed għandu dritt
fuqha, u lanqas m’għandha
titqies
bħala oġġett personali: aktarx,
it-tarbija hi rigal, “l-egħżeż
rigal taż-żwieġ”
u l-aktar rigal gratwit
taż-żwieġ, u hija xhieda ħajja
tal-għotja
reċiproka
tal-ġenituri. Għal dir-raġuni
t-tarbija għandha d-dritt, kif
diġà ssemma’ qabel, li tkun
frott ta’ att speċifiku
tal-imħabba konjugali bejn
il-ġenituri tagħha; u
għandha
wkoll id-dritt li tkun
rispettata
bħala
persuna mill-waqt
tal-konċepiment tagħha.
Madankollu, hi x’inhi
r-raġuni tal-pronjosi, l-isterilità
hi prova iebsa. Il-komunità ta’
dawk li jemmnu hi msejħa biex
titfa’
d-dawl
u tagħti sapport lit-tbatija ta’
min ma jistax jilħaq il-milja
tal-aspirazzjonijiet leġittimi
tiegħu għall-paternità u l-maternità.
Il-miżżewġin li jsibu ruħhom
f’dis-sitwazzjoni ta’ niket
għandhom sejħa biex din għalihom
tkun opportunità li biha jaqsmu
b’mod partikolari s-salib mal-Mulej,
l-għajn
ta’ kull frott spiritwali. Il-koppji
sterili m’għandhomx jinsew li
“anki meta l-prokreazzjoni
mhix
possibbli, il-ħajja konjugali ma
titlifx il-valur tagħha minħabba
f’hekk. L-isterilità fiżika
tista’ fil-fatt tkun
għall-miżżewġin okkażjoni ta’
servizzi oħra mportanti
għall-ħajja tal-bniedem, bħalma
hi l-addozzjoni, ħafna suriet ta’
ħidma edukattiva, għajnuna lil
familji oħra jew lill-fqar u
lit-tfal inkapaċitati
.Hemm ħafna riċerkaturi jaħdmu
fil-ġlieda kontra tal-isterilità.
Filwaqt li
baqgħu jħarsu
għal kollox
id-dinjità tal-prokreazzjoni
umana, xi wħud kisbu riżultati
li qabel kienu jidhru li ma
jistgħux jintlaħqu. Għalhekk,
ix-xjenzjati
għandhom
ikunu nkoraġġiti biex ikomplu
bir-riċerka tagħhom bl-għan li
jilqgħu minn qabel il-kawżi
tal-isterilita u sabiex ikunu
jistgħu jirrimedjawha
sabiex
il-koppji sterili jkunu jistgħu
jipprokrejaw b’rispett sħiħ lejn
id-dinjità personali tagħhom u
dik tat-tarbija li tkun se
titwieled.
III. IL-LIĠI MORALI U ĊIVILI
IL-VALURI U L-OBBLIGI MORALI
LI L-LEĠIŻLAZZJONI
ĊIVILI
GĦANDHA TIRRISPETTA U TAPPROVA
F’DAR-RIGWARD
1.
Id-dritt invjolabbli għall-ħajja
ta’ kull individwu uman
innoċenti u d-drittijiet
tal-familja u tal-istituzzjoni
taż-żwieġ isawru l-valuri
fundamentali għax għandhom
x’jaqsmu mal-kundizzjoni
naturali u l-vokazzjoni
integrali tal-persuna umana; fl-istess
ħin huma elementi kostituttivi
tas-soċjetà ċivili u tal-ordni
tagħha.
Għal dir-raġuni l-possibiltajiet
tat-teknoliġiji l-ġodda li
nfetħu fil-qasam
tal-biomediċina, jeħtieġu
l-intervent
tal-awtoritajiet politiċi u
tal-leġiżlatur, għax in-nuqqas
ta’ kontroll fl-applikazzjoni ta’
dawn it-teknoloġiji jista’
jwassal
għal
konsegwenzi li ma nistgħux
inkunu nafuhom minn qabel u ta’
ħsara għas-soċjetà ċivili. Li
nirrikorru għall-kuxjenza ta’
kull individwu u
għall-awtoregolamentazzjoni tar-riċerkaturi
jista’ ma jkunx biżżejjed biex
niżguraw ir-rispett lejn id-drittijiet
personali u l-ordni pubbliku.
Jekk il-leġiżlatur responsabbli
għall-ġid komuni ma
jgħassisx,
jista’ jitlef il-prerogattiva
tiegħu għax
ir-riċerkaturi jibdew
jippretendu li jiggvernaw huma
l-umanità f’isem l-iskoperti
bioloġiċi u l-proċessi
allegatament “ta’ titjib” li
huma jiksbu mill-iskoperti
tagħhom. “L-ewġeniżmu” u
għamliet oħra ta’
diskriminazzjoni bejn il-bnedmin
jistgħu jisfaw
leġitimiżżati: dan ikun att ta’
vjolenza u offiża serja lejn l-ugwaljanza,
id-dinjità u d-drittijiet
fundamentali tal-persuna umana.
L-intervent tal-awtorità
pubblika
għandu
jkun imnebbaħ mill-prinċipji
razzjonali li jirregolaw
ir-relazzjonijiet bejn il-liġi
ċivili u l-liġi morali. Il-biċċa
xogħol iebsa tal-liġi ċivili hi
li tiżgura l-ġid komuni tan-nies
bl-għarfien u d-difiża tad-drittijiet
fundamentali u permezz
tal-ħarsien xieraq tal-paċi u l-moralità
pubblika.
Fl-ebda sfera tal-ħajja l-liġi
ċivili ma tista’ tieħu post
il-kuxjenza jew tiddetta n-normi
li
għandhom
x’jaqsmu ma ħwejjeġ li jmorru ‘l
hinn
mill-kompetenza
tagħha. Kultant, għal raġunijiet
ta’ ordni pubbliku jkollha
tittollera affarijiet li ma
tistax tipprojbihom jekk ma
tridx li r-riżultat ikun
ta’
ħsara akbar. Madankollu d-drittijiet
inaljenabbli tal-persuna
għandhom
jingħataw għarfien u jkunu
rispettati mill-awtoritajiet
ċivili u l-awtoritajiet politiċi.
Dawn id-drittijiet umani la
jiddependu minn indiviwi singoli
u lanqas mill-ġenituri; u lanqas
jirrappreżentaw xi konċessjoni
magħmula
mis-soċjeta u l-Istat; huma
relatati man-natura umana u huma
ħaġa waħda mal-persuna bis-saħħa
tal-att kreattiv li minnu l-persuna
tkun kisbet l-oriġini tagħha.
Fost dawn id-drittijiet
fundamentali wieħed jista’
jsemmi f’dar-rigward:
a) id-dritt
ta’ kull persuna umana
għall-ħajja u l-integrità fiżika
mill-mument tal-konċepiment
sal-mewt;
b) id-dritt tal-familja u
taż-żwieġ bħala istituzzjoni, u
f’dal-qasam, id-dritt
tat-tarbija li tkun ikkonċeputa,
miġjuba fid-dinja u mrobbija
mill-ġenituri tagħha. Hanwhekk
jeħtieġ li jkunu eżaminati ftit
aktar dawn iż-żewġ temi.
F’ħafna Stati, ċerti
liġijiet awtoriżżaw
is-soppressjoni diretta
tal-innoċenti; fil-mument li
liġi pożittiva tiċħad lil xi
kategorija ta’ bnedmin
il-protezzjoni li l-liġijiet
ċivili suppost ittihom, l-Istat
ikun qed jiċħad li kulħadd huwa
l-istess quddiem il-liġi. Meta
l-Istat ma jqiegħedx is-setgħa
tiegħu għas-servizz
tad-drittijiet ta’ kull
ċittadin, u partikolarment ta’
min hu l-aktar dgħajjef, jisfaw
imżebilħin l-istess sisien
tal-Istat mibni fuq il-liġi.
Bil-konsegwenza li l-awtorità
politika ma tistax tapprova
s-sejħa biex il-bnedmin jiġu
fid-dinja permezz ta’ proċeduri
li jesponuhom għal dawk
ir-riskji gravi li diġà semmejna
qabel. L-għarfien possibbli
mnissel mill-liġi pożittiva u
mill-awtoritajiet politiċi ta’
teknika tat-trasmissjoni
artifiċjali tal-ħajja u
l-isperimentazzjoni marbutin
magħha, tkompli twessa’
t-tiċrita li nfetħet
bil-legaliżżazzjoni tal-abort.
Bħala konsegwenza tar-rispett u
l-protezzjoni li għandha tkun
garantita lit-tarbija mhux
imwielda mill-mument
tal-konċepiment, il-liġi għandha
timponi sanzjonijiet penali
adattati għal kull vjolazzjoni
intenzjonali tad-drittijiet
tat-tarbija. Il-liġi ma tistax
tittollera - fil-fatt għandha
tipprojbixxi għal kollox – illi
l-bnedmin, anki fl-istat
embrijoniku, jkunu użati bħala
oġġetti ta’ sperimentazzjoni,
jisfaw mbiċċra jew meqrudin
bl-iskuża li huma żejda jew
mingħajr possibiltà li
jiżviluppaw b’mod normali.
L-awtorità politika hi
marbuta li lill-istituzzjoni
tal-familja, li fuqha hi mibnija
s-soċjetà, tiggarantilha
l-protezzjoni ġuridika li
għandha dritt għaliha. Mill-fatt
stess li hi ta’ servizz
għan-nies, l-awtorità politika
għandha tkun ta’ servizz
għall-familja. Il-liġi ċivili ma
tistax tagħti approvazzjoni għal
teknika tal-prokreazzjoni
artifiċjali li, għall-benefiċċju
ta’ terzi persuni (tobba,
bioloġi, setgħat ekonomiċi jew
governattivi), tieħu dak li hu
dritt inerenti għar-relazzjoni
bejn il-miżżewġin; u għalhekk,
il-liġi ċivili ma tistax
tillegaliżża d-donazzjoni
tal-gameti bejn persuni li
mhumiex leġittimament magħqudin
fiż-żwieġ. Il-leġiżlazzjoni
għandha tiprojbixxi wkoll,
minħabba s-sapport dovut lejn
il-familja, il-banek
tal-embrijuni, l-inseminazzjoni
post mortem u “maternità
surrogata”. Huwa parti
mid-dmir tal-awtorità pubblika
li tiżgura li l-liġi ċivili tkun
regolata skont in-normi
fundamentali tal-liġi morali
f’dak li għandu x’jaqsam
mad-drittijiet umani.
Il-politiċi għandhom jintrabtu,
bl-interventi tagħhom fuq
l-opinjoni pubblika, li jiżguraw
l-aktar kunsens wiesa
fis-soċjetà dwar punti daqstant
essenzjali u jsaħħu dan
il-kunsens kull fejn ikun hemm
ir-riskju li jiddgħajjef jew li
jiġġarraf.
F’ħafna pajjiżi,
il-leġiżlazzjoni dwar l-abort u
t-tolleranza ġuridika lejn
koppji mhux miżżewġin tagħmilha
aktar diffiċli li jkun żgurat
ir-rispett lejn id-drittijiet
fundamentali li din
l-Istruzzjoni qed tiġbed
l-attenzjoni dwarhom. Hu ttamat
li l-Istati ma jitgħabbewx
bir-responsabblità li jgħarrqu
aktar dawn is-sitwazzjonijiet
soċjalment ta’ ħasra u ta’
inġustizzja. Aktarx hu ttamat li
n-nazzjonijiet u l-Istati jifhmu
l-implikazzjonijiet kulturali,
ideoloġiċi u politiċi kollha
marbutin mat-teknika
tal-prokreazzjoni artifiċjali u
jsibu l-għerf
u l-kuraġġ meħtieġa sabiex
joħorġu liġijiet aktar ġusti u
ta’ rispett akbar lejn il-ħajja
umana u l-istituzzjoni
tal-familja. Il-ġurnata
tal-lum il-liġijiet ta’ bosta
Stati jagħtu għarfien ta’
leġittimità li f’għajnejn bosta
mhux flokha, lil ċerti prattiċi;
donnhom jidhru li m’għandhomx
ħila jiggarantixxu dik
il-moralità konformi
mal-esiġenzi naturali
tal-persuna umana u
mal-”liġijiet mhux miktuba”
minquxin mill-Ħallieq fil-qalb
tal-bniedem. Il-bnedmin kollha
ta’ rieda tajba għandhom
jikkommettu ruħhom,
partikolarment fil-qasam
professjonali tagħhom u
fit-wettiq tad-drittijiet ċivili
tagħhom, li jiżguraw
li ssir riforma tal-liġijiet
ċivili moralment inaċċettabbli u
l-korrezzjoni tal-prattiċi
illeċiti. Ma’ dan tiżdied
“l-oġġezzjoni kuxjenzjuża”
vis-à-vis li liġijiet bħal dawn
għandhom jingħataw sapport u
għarfien. Ċertu moviment ta’
reżistenza passiva biex ma
jkunux leġittimiżżati prattiċi
li jmorru kontra l-ħajja umana u
d-dinjità, donnu jidher li qed
tħalli impressjoni aktar
penetranti fuq il-kuxjenza
morali ta’ ħafna, speċjalment
fost l-ispeċjalisti tax-xjenzi
biomediċi.
KONKLUŻJONI
It-tixrid
tat-teknoloġija tal-intervent
fil-proċess tal-prokreazzjoni
umana tqajjem problemi morali
serji relatati mar-rispett dovut
lill-persuna umana mill-waqt
tal-konċepiment, tad-dinjità
tal-persuna, tas-sesswalità
tagħha, u tat-trasmissjoni
tal-ħajja. B’din l-Istruzzjoni,
il-Kongregazzjoni għad-Duttrina
tal-Fidi, qed itemm
ir-responsabbiltà tagħha li
tmexxi ‘l quddiem u tiddefendi
t-tagħlim tal-Knisja fi
kwistjoni daqstant serja, qed
tindirizza stedina ġdida u
mill-qalb lil dawk li, minħabba
r-rwol tagħhom u l-impenn
tagħhom, jistgħu jkunu
influwenti u jiżguraw illi
fil-familja u fis-soċjetà,
jingħata r-rispett mistħoqq
lill-ħajja u lill-imħabba.
Tindirizza din l-istedina lil
kull min hu responsabbli
għall-formazzjoni tal-kuxjenzi u
tal-opinjoni pubblika,
lix-xjenzjati u l-professjonisti
mediċi, lill-ġuristi u
lill-politiċi. Tittama li lkoll
jifhmu l-inkompattibiltà bejn
l-għarfien tad-dinjità
tal-persuna umana u l-istmerrija
lejn il-ħajja, bejn il-fidi
f’Alla l-ħaj u l-pretensjoni
tad-dritt li arbitrarjament
tittieħed deċiżjoni dwar
l-oriġini u d-destin ta’
bniedem.
B’mod partikolari,
il-Kongregazzjoni għad-Duttrina
tal-Fidi tindirizza stedina
bil-fiduċja u l-inkoraġġiment
lit-teoloġi, u fuq kollox
lill-moralisti, biex huma
jistudjaw aktar fil-fond u
jagħmlu aktar aċċessibbli
għall-fidili, il-kontenut
tat-tagħlim tal-Maġisteru
tal-Knisja fid-dawl ta’
antropoloġija valida fil-qasam
tas-sesswalità u ż-żwieġ u
fil-kuntest tal-approwċ
inter-dixxiplinari meħtieġ.
B’hekk jagħmluha possibbli li
jinftehemu b’mod aktar ċar
ir-raġunijiet favur u s-siwi ta’
dan it-tagħlim. Meta tiddefendi
lill-bniedem mill-eċċessi
tas-setgħa li għandu fuq
nnnifsu, il-Knisja ta’ Alla
tfakkru fir-raġunijiet
tan-nobbiltà vera tiegħu; hu
biss b’dal-mod li l-possibiltà
li jgħix u jħobb bid-dinjità u
l-libertà li jitnisslu
mir-rispett lejn il-verità,
ikunu ta’
garanzija għall-irġiel u n-nisa
ta’ għada. L-indikazzjonijiet
preċiżi li qed toffri din
l-Istruzzjoni għalhekk,
m’għandhomx l-għan li jwaqqfu
l-isforz tar-riflessjoni imma
aktarx biex jagħtu impuls ġdid
lill-fedeltà li ma nistgħux
nirrinunzjawha lejn it-tagħlim
tal-Knisja.
Fid-dawl tal-verità
dwar ir-rigal tal-ħajja umana u
fid-dawl tal-prinċipji morali li
jnixxu mill-verità, kulħadd hu
mistieden biex jaġixxi fil-qasam
li għalih hu responsabbli u
biex, bħas-Sammaritan it-tajjeb,
jagħraf bħala ġar tiegħu anki
lill-iċken fost ulied il-bnedmin
(Cf . Lq 10: 2 9-37).
hawnhekk kliem Kristu jsibu eku
ġdid u partikolari: “Dak li
tagħmlu mal-iċken fost ħuti,
tkunu qed tagħmluh miegħi” (Mt
25:40).
Waqt udjenza mogħtija
lill-Prefett hawn taħt iffirmat
fi tmiem sessjoni plenarja
tal-Kongregazzjoni għad-Duttrina
tal-fidi, il-Qdusija Tiegħu
Ġwanni Pawlu II, approva din
l-Istruzzjoni u ordna li tiġi
pubblikata.
Mogħtija f’Ruma,
mill-Kongregazzjoni
għad-Duttrina tal-Fidi, 22 ta’
Frar, 1987, festa tas-Sedja ta’
San Pietru Appostlu.
JOSEPH
Kard.
RATZINGER
Prefett
ALBERTO BOVONE
Arċisqof Titulari ta’
Caesarea
fin-Numidia,
Segretarju
IL-PAPA PAWLU VI:
Diskors lill-Assemblea
Ġenerali
tal-Organiżżazzjoni
tal-Ġnus Magħquda, 4
ta’ Ottubru, 1965:
AAS 57 (1965) 878;
Enċilika
Populorum Progressio,
13: AAS 59 (1967) 263
IL-PAPA
PAWLU VI,
Omelija waqt il-quddiesa
tal-għeluq tas-Sena
tal-Ġublew,
25 ta’ Diċembru, 1975:
AAS 68 (1976) 145;
IL-PAPA ĠWANNI PAWLU II,
Enċiklika Dives
in Misericordia,
30: AAS 72 (1980) 1224.
IL-PAPA ĠWANNI PAWLU II:
Diskors
lill-parteċipanti fil-35
Assemblea Ġenerali
tal-Assoċjazzjoni Medika
:Dinjija, 29 ta’
Ottubru, 1983:
AAS 76 (1984) 390.
Cf.
Dikjarazzjoni
Dignitatis Humanae,
2.
Kostituzzjoni Pastorali
Gaudium et Spes,
22;
IL-PAPA ĠWANNI PAWLU II,
Enċiklika Redemptor
Hominis,
8: AAS 71 (1979)
270-272.
Kostituzzjoni Pastorali
Gaudium et Spes,
15; cf.
ukoll IL-PAPA PAWLU VI,
Enċiklika
Populorum Progressio,
20: AAS 59 (1967) 267;
IL-PAPA ĠWANNI PAWLU II,
Enċiklika Redemptor
Hominis,
15: AAS 71 (1979)
286-289;
Eżortazzjoni Appostolika
Familiaris Consortio,
8: AAS 74 (1982) 89.
IL-PAPA ĠWANNI PAWLU II,
Eżortazzjoni Appostolika
Familiaris Consortio,
11: AAS 74 (1982) 92
Cf. IL-PAPA PAWLU VI,
Enċiklika
Humanae Vitae, 10:
AAS 60 (1968) 487-488.
IL-PAPA ĠWANNI PAWLU
II,
Diskors lill-membri
tal-35 Assemblea
Ġenerali
tal-Assoċjazzjoni Medika
Dinjija, 29 ta’ Otubru,
1983:
AAS 76 (1984) 393.
IS-SAGRA KONGREGAZZJONI
GĦAD-DUTTRINA TAL-FIDI,
Dikjarazzjoni dwar
l-abort intenzjonali,
9, AAS 66 (1974)
736-737.
IL-PAPA ĠWANNI PAWLU II:
Diskors
lill-parteċipanti fil-35
Assemblea ġenerali
tal-Assoċjazzjoni Medika
Dinjija, 29 ta’ Ottubru,
1983
AAS 76 (1984) 390.
IL-PAPA ĠWANNI XXIII,
Enċiklika
Mater et Magistra,
III:AAS 53 (1961) 447.
Cf.
IL-PAPA PIJU XII,
Enċiklika
Humani Generis:
AAS 42 (1950) 575;
IL-PAPA PAWLU VI,
Professio Fidei:
AAS 60 (1968) 436.
Cf.
Kostituzzjoni Pastorali
Gaudium et Spes,
24.
Cf.
Kostituzzjoni Pastorali
Gaudium et Spes,
50.
Cf.
Kostituzzjoni Pastorali
Gaudium et Spes,
51: “Meta
fin-nofs hemm kwistjoni
ta’ armoniżżazzjoni
tal-ħajja taż-żwieġ
bir-responsabbiltà
tat-trasmissjoni
tal-ħajja, il-karattru
morali tal-imġieba ta’
dak li jkun ma
tiddependix biss
mill-intenzjonijiet
tajbin u l-evalwazzjoni
tal-għanijiet; iridu
jintużaw kriterji
oġġettivi, kriterji li
jiġu min-natura
tal-persuna umana u
l-aġir uman, kriterji li
jirrispettaw it-tifsir
sħiħ tal-għotja
reċiproka u
l-prokreazzjoni umana
fil-kuntest ta’ mħabba
vera”.
l-obbligu li jkunu
evitati riskji
sproporzjonaati jinvolvi
rispett awtentiku lejn
il-persuna umana u
l-onestà u l-integrità
tal-intenzjonijiet
terapewtiċi. Timplika li
t-tabib “fuq kollox....
jevalwa bir-reqqa
l-konsegwenzi negattivi
possibbli li l-użu
neċessarju ta’ teknika
esplorattiva partikolari
jista’ jkollha fuq
it-tarbija mhux imwielda
u jevita li jirrikorri
għal proċeduri
djanjostiċi li ma
joffrux biżżejjed
garanzija dwar l-għan
onest tagħhom u li ma
jipprokurawx ħsara
sostanzjali. U jekk, kif
jiġri spiss fl-għażliet
umani, hemm bżonn
jittieħed xi ftit
tar-riskju, hu jara li
dan ikun ġustifikat
minħabba ħtieġa urġenti
tad-djanjosi u
l-importanza
tar-riżultati li jistgħu
jinkisbu minnha
għall-benefiċċju
tat-tarbija mhux
imwielda nfisha”
(IL-PAPA ĠWANNI PAWLU
II) Diskors
lill-parteċipanti
tal-Kungress Pro-Life,
3 ta’ Diċembru,
1982;
Tagħlim
ta’ Ġwanni Pawlu II,
V, 3 [1982] 1512).
Dil-kjarifika li
tikkonċerna “r-riskju
proporzjonat” għandna
nżommuha f’moħħna
fis-sezzjonijiet li
jmiss ta’ din
l-Istruzzjoni, kull fejn
jidher dan it-terminu.
IL-PAPA
ĠWANNI PAWLU II,
Diskors
lill-parteċipanti fil-35
Assemblea ġenerali
tal-Assoċjazzjoni Medika
Dinjija, 29 ta’ Ottubru,
1983:
AAS 76 (1984) 392.
Cf.
IL-PAPA ĠWANNI PAWLU
II,
Indirizz lil-Laqgħa
tal-Akkademja Pontifiċja
tax-Xjenzi:
23 ta’ Ottubru, 1982:
AAS 75 (1983) 37: "Nikkundanna
b’mod mill-aktar
espliċitu u formali
il-manipulazzjoni
sperimentali
tal-embrijun uman,
għaliex il-persuna
umana, mill-konċepiment
sal-mewt, ma tista’
b’ebda mod tkun
sfruttata għal-ebda
raġuni”.
IS-SANTA SEDE Karta
tad-Drittijiet
tal-Familja,
4b: L'Osservatore
Romano, 25
ta’ Novembru,
1983.
Cf.
IL-PAPA ĠWANNI PAWLU II,
Indirizz
lill-Konvenzjoni Favur
il-Ħajja,
3 ta’ Diċembru, 1982:
Tagħlim ta’ Ġwannni
Pawlu II,
V, 3 (1982) 1511: "Kull
forma ta’
sperimentazzjoni fuq
il-fetu li tista’
tagħmel ħsara
lill-integrità tiegħu
jew iddgħajjef
il-kundizzjoni tiegħu
hija inaċċettabbli,
minbarra fil-każ meta
jkun l-aħħar tentattiv
biex issalvalu ħajtu”.
IS-SAGRA KONGREGAZZJONI
GĦAD-DUTTRINA TAL-FIDI,
Dikjarazzjoni dwar
l-Ewtanasja,
4: AAS 72 (1980) 550: "Fin-nuqqas
ta’ rimedji suffiċjenti
oħra, hu permess,
bil-kunsens tal-pazjent,
li wieħed jirrikorri
għal meżżi ta’ teknika
medika l-aktar reċenti,
anki jekk din tkun
għadha fil-fażi
sperimentali u ma hix
meħlusa minn ċertu
riskju”.
Ħadd, qabel ma jibda
l-eżistenza tiegħu, ma
jista’ jippretendi xi
dritt suġġettiv li jibda
jeżisti; madankollu, li
wieħed jafferma d-dritt
tat-tifel/tifla li
jkollhom oriġini
kompletament
umana permezz
tal-konċepiment li
jaqbel man-natura
personali tal-bniedem,
huwa leġittimu.
Il-ħajja hi rigal u
għandha tingħata b’mod
denju kemm għas-suġġett
li jkun qed jirċevieha
kif ukoll għal min ikun
qed itiha. Din
l-istqarrija għandha
dejjem tibqa’ f’moħħna
minħabba l-ispjega li se
tingħata dwar
il-prokreazzjoni umana
artifiċjali.
Cf. IL-PAPA
ĠWANNI PAWLU II,
Diskors
lill-parteċipanti fil-35
Assemblea ġenerali
tal-Assoċjazzjoni Medika
Dinjija, 29 ta’ Ottubru,
1983:
AAS 76 (1984) 391.
Cf.
Kostituzzjonni Pastorali
dwar il-Knisja fid-Dinja
Moderna,
Gaudium et Spes,
50.
Cf.
IL-PAPA ĠWANNI PAWLU II,
Eżortazzjoni
Apppostolika Familiaris
Consortio,
14: AAS 74 ( 1982) 96.
Cf.
IL-PAPA PIJU XII,
Diskors lil dawk li
kienu qed jieħdu sehem
fir-4 Kungress tat-Tobba
Kattoliċi,
29 ta’ Settembru, 1949:
AAS 41 (1949) 559.
Skont il-pjan
tal-Ħallieq, “Raġel
jitlaq lil missieru u ‘l
ommu u jingħaqad ma’
martu, u jsiru ġisem
wieħed” (Gen
2:24). L-għaqda
taż-żwieġ, marbuta
mal-ordni tal-ħolqien,
hi verità aċċessibbli
għar-raġuni naturali.
It-Tradizzjoni u
l-Maġisteru tal-Knisja
spiss jikkwotaw il-Ktieb
tal-Ġenesi, kemm
direttament u wkoll minn
siltiet mit-Testment
il-Ġdid li jagħmlu
riferiment għalih:
Mt
19: 4-6; Mk:
10:5-8; Ef
5: 31. Cf. ATHENAGORAS,
Legatio pro
christianis, 33: PG
6, 965-967; SAN
KRIŻOSTMU,
In Matthaeum
homiliae, LXII, 19,
1: PG 58 597;
SAN ILJUN IL-KBIR,
Epist. ad Rusticum,
4: PL 54, 1204; INNOĊENZ
III, Epist. Gaudemus
in Domino: DS 778;
KONĊILJU TA’
LYONS II, IV Session:
DS 860;
KONĊILJU TA’ TRENTU
XXIV , Session:
DS 1798. 1802;
IL-PAPA LJUN
XIII, Enċiklika
Arcanum Divinae
Sapientiae:
ASS 12 (1879/80)
388-391;
IL-PAPA PIJU
XI,
Enċiklik Casti
Connubii:
AAS 22 (1930) 546-547;
IL-KONĊILJU VATIKAN II,
Gaudium et Spes,
48;
IL-PAPA ĠWANNI PAWLU
II,
Eżortazzjoni Appostolika
Familiaris Consortio,
19: AAS 74 (1982)
101-102;
Il-Kodiċi tal-Liġi
Kanonika,
Can.1056.
Cf.
IL-PAPA
PIJU
XII,
Diskors lil dawk li
kienu qed jieħdu sehem
fil-Kungress tat-Tobba
Kattoliċi,
29 ta’ Settembru, 1949:
AAS 41 (1949) I560;
Diskors lil dawk li
kienu qed jieħdu sehem
fil-Kungress tal-Unjoni
Kattolika tal-Qbiela,
29 ta’ Ottubru, 1951:AAS
43 (1951) 850;
Il-Kodiċi tal-Liġi
Kanonika,
Can. 1134.
IL-PAPA PIJU
XII, Diskors
lil dawk li kienu qed
jieħdu sehem fit-tieni
Kungress dwar
il-Fertilità u
l-isterilità Umana,
f’Napli,19
ta’ Mejju,
1956: AAS 48 (1956) 470.
Il-kodiċi tal-Liġi
Kanonika,
Can. 1061.
skont dan il-Kanoni,
l-att konjugali hu dak
li bih iż-żwieġ ikun
ikkunsmat jekk il-koppja
“tkun għamlitu flimkien
b’mod uman”
Cf.
IL-PAPA ĠWANNI PAWLU
II, Udjenza
ġenerali nhar is-16 ta’
Jannar, 1980:
Tagħlim ta’ Ġwanni Pawlu
II,
III, 1 (1980) 148-152.
IL-PAPA ĠWANNI PAWLU
II, Diskors
lil-35 Assemblea
Ġenerali
tal-Assoċjazzjoni Medika
Dinjija, 29 ta’ Ottubru,
1983:
AAS 76 (1984) 393.
Cf.
IL-PAPA PIJU
XII, Diskors
lil dawk li kienu qed
jieħdu sehem fir-4
Kungress Internazzjonali
tat-Tobba Kattoliċi,
29 ta’ Settembru,
1949: AAS 41 (1949) 560:
"Ikun
żball... li wieħed
jaħseb ż-żwieġ jagħmlu
validu minħabba
l-possibiltà li jdur
għal dawn il-meżżi
(il-fertiliżżazzjoni
artifiċjali) ladarba
dawn ma jkunux jistgħu
jikkunsmawh minħabba
impedimentum impotentiae"
IL-PAPA ĠWANNI PAWLU
II,
Eżortazzjoni Appostolika
Familiaris Consortio.
14: AAS 74 (1982) 96.
Cf.
Tweġiba mill-Uffiċċju
tas-Santa Sede,
17
ta’ Marzu
1897: DS 3323;
IL-PAPA PIJU,
Diskors lil dawk li
kienu qed jieħdu sehem
fir-4 Kungress
Internazzjonali
tat-Tobba kattoliċi,
29
ta’ Settembru,
1949: AAS 41 (1949) 560;
Diskors lill-Unjoni
Taljana tal-Qbiela,
29
ta’ Ottubru,
1951: AAS 43 (1951) 850;
Diskors lil dawk li
kienu qed jieħdu sehem
fit-tieni Kungress Dinji
dwar il-Fertilità u
l-Isterilità Umana,
f’Napli,
19
ta’ Mejju,1956:
AAS 48 (1956) 471-473;
Diskors lil dawk li
kienu qed jieħdu sehem
fis-7 Kungress
Internazzjonali
tas-Soċjetà
tal-Ematoloġija,
12
ta’ Settembru,
1958: AAS 50 (1958) 733;
IL-PAPA ĠWANNI
XXIII,
Enċiklika
Mater et Magistra, III:
AAS 53 (1961) 447.
IL-PAPA LIJU XII,
Diskors lil dawk li
kienu qed jieħdu sehem
fir-4 Kungress
Internazzjonali
tat-Tobba Kattoliċi, 29
ta’ Settembru, 1949:
AAS 41 (1949) 560.
SAGRA KONGREGAZZJONI
GĦAD-DUTTRINA TAL-FIDI,
Dikjarazzjoni
dwar Ċerti Kwistjonijiet
li Jikkonċernaw l-etiċi
Sesswali,
9: AAS 68 (1976) 86,
li jikkwotaw
il-Kostituzzjoni
Pastorali Gaudium et
Spes, 51; Digriet
tal-Uffiċċju tas-Santa
Sede, 2 ta’ Awwissu,
1929:
AAS 21 (1929) 490;
IL-PAPA PIJU
XII,
Diskors lil dawk li
kienu qed jieħdu sehem
fis-26 Kungress
tas-Soċjetà Taljana
tal-Uroloġija,
8
ta’ Otturbu,
1953: AAS 45 (1953) 678.
Cf.
IL-PAPA ĠWANNI
XXIII,
Enċiklika
Mater et Magistra,
III: AAS 53 (1961) 447.
Cf.
IL-PAPA PIJU
XII,
Diskors lil dawk li
kienu qed jieħdu sehem
fir-4 Kungress
Internazzjonali
tat-Tobba Kattoliċi,
29
ta’ Settembru,
1949: AAS 41 (1949),
560.
Cf.
IL-PAPA LIJU
XII,
Diskors lil dawk li
kienu qed jieħdu sehem
fit-tieni Kungress Dinji
dwar il-Fertilità u
l-Isterilità Umana,
f’Napli,19
ta’ Mejju,
1956: AAS 48 (1956)
471-473.
Kostituzzjoni Pastorali
Gaudium et Spes,
50.
Cf.
Dikjarazzjoni
Dignitatis Humanae,
7.
|