|
OMELIJA TAL-QDUSIJA TIEGĦU
BENEDITTU XVI
QUDDIESA TAL-GRIŻMA
Bażilika Vatikana
Ħamis ix-Xirka, 5 t’April 2012
Għeżież ħuti rġiel u nisa!
F’din il-Quddiesa l-ħsibijiet
tagħna jmorru lura għal dak
il-waqt li fih l-Isqof, permezz
tal-impożizzjoni ta’ jdejh u t-talb,
introduċiena fis-saċerdozju ta’
Ġesù Kristu, hekk li ġejna
“kkonsagrati fil-verità” (Ġw
17,19), bħal Ġesù, fit-Talba
tiegħu Saċerdotali, talab
għalina lill-Missier. Huwa
nnifsu huwa l-verità.
Ikkonsagrana, jiġifieri tana
għal dejjem lil Alla, sabiex,
minn Alla u f’termini tiegħu,
inkunu nistgħu nservu l-bnedmin.
Imma aħna kkonsagrati wkoll fir-realtà
ta’ ħajjitna? Aħna bnedmin li
joperaw minn Alla u f’għaqda ma’
Ġesù Kristu? Permezz ta’ din
il-mistoqsija l-Mulej jinsab
quddiemna, u aħna qegħdin
quddiemu. “Tridu tingħaqdu b’mod
iktar intimu mal-Mulej Ġesù
Kristu u tikkonformaw ruħkom
miegħu, tiċħdu lilkom infuskom u
ġġeddu l-wegħdiet, waqt li
tikkonfermaw l-impenji sagri li
fil-jum tal-Ordinazzjoni
assumejtu bil-ferħ?” Hekk se
nistaqsi lil kull wieħed minnkom
singolarment u wkoll lili nnifsi
wara din l-omelija. Permezz ta’
dan se jiġu espressi speċjalment
żewġ ħwejjeġ: hija mitluba rabta
interna, anzi konferma lil
Kristu, u f’din neċessarjament
għelib tagħna nfusna, ċaħda ta’
dak li huwa biss tagħna,
għat-tant iddikkjarata
awtorejalizzazzjoni. Huwa mitlub
li aħna, li jien ma nitlobx bi
dritt ħajti għalija nnifsi, imma
nqegħeda għad-dispożizzjoni ta’
ieħor – ta’ Kristu. Li ma
nitlobx: X’se niggwadanja jien?,
imma: x’nistà nagħti jien għalih
u hekk għall-oħrajn? Jew iktar
b’mod konkret: kif irrid
inwettaq lili nnifsi f’din l-istruttura
ta’ Kristu, li ma tiddominax,
imma taqdi; ma takkwistax, imma
tagħti – kif għandi nitwettaq
fis-sitwazzjoni spiss drammatika
tal-Knisja tal-lum? Reċentement,
grupp ta’ saċerdoti f’Pajjiż
Ewropew ippubblika appell
għad-diżubbidjenza, li
saħansitra għandhom ikunu
njorati deċiżjonijiet
definittivi tal-Maġisteru – per
eżempju fil-kwistjoni dwar l-Ordinazzjoni
tan-nisa, li dwarha il-beatu
Papa Ġwanni Pawlu II
iddikjara b’mod irrevokabbli li
l-Knisja, fir-rigward, ma kellha
ebda awtorizzazzjoni minn naħa
tal-Mulej. Id-diżubbidjenza hija
triq biex tiġġedded il-Knisja?
Irridu nemmnu lill-awturi ta’
tali appell, meta jsostnu li
huma kienu mqanqla mill-ansjetà
għall-Knisja; li nkunu konvinti
li hemm bżonn niffaċċjaw id-dewmien
tal-Istituzzjonijiet b’mezzi
drastiċi biex niftħu toroq ġodda
– biex inġibu l-Knisja
għal-livell tallum. Imma d-diżubbidjenza
hija tassew triq? Wieħed jistà
jasal li jilmaħ f’dan xi ħaġa
mill-konformazzjoni ma’ Kristu,
li huwa l-prekondizzjoni ta’
kull veru rinnovament, jew mhux
pjuttost biss l-imbuttatura
ddisprata biex issir xi ħaġa,
biex nittrasformaw il-Knisja
skont ix-xewqat u l-ideat tagħna?
Imma ejjew ma nissimplifikawx
iżżejjed il-problema. Kristu
forsi ma kkoreġiex t-tradizzjonijiet
umani li kienu jheddu li jifgaw
il-kelma u r-rieda ta’ Alla? Iva,
hekk għamel biex iqajjem mill-ġdid
l-ubbidjenza għar-rieda ta’ Alla.
Għal kelmtu dejjem valida. Hu
kellu għal qalbu propju l-ubbidjenza
tassew, kontra l-arbitriju
tal-bniedem. U ma ninsewx: Huwa
kien l-Iben, bl-awtorità u r-responsabiltà
singolari li jiżvela r-rieda
awtentika ta’ Alla, biex hekk
jiftaħ it-triq tal-kelma ta’
Alla lejn id-dinja tal-ġentili.
U fl-aħħarnett: Huwa
kkonkretizza l-mandat tiegħu
bil-propja ubbidjenza u umiltà
sa fuq is-Salib, u b’hekk
irrenda kredibbli l-missjoni
tiegħu. Mhux tiegħi, imma r-rieda
tiegħek; din hija l-kelma li
tirrivela l-Iben, l-umiltà
tiegħu u fl-istess ħin id-divinità
tiegħu, u jindikalna t-triq.
Inħallu lilna nfusna nistaqsu
għal darb oħra mill-ġdid: mhux
b’tali konsiderazzjonijiet jiġi,
infatti, difiż l-immobiliżmu,
it-tisħiħ tat-tradizzjoni? Le.
Min iħares lejn l-istorja
tal-epoka ta’ wara l-konċilju,
jistà jagħraf d-dinamika
tal-veru tiġdid, li spiss ħa l-forom
mhux mistennija f’movimenti
mimlijin ħajja u li jirrendi
kważi tanġibbli l-brillantezza
bla tarf tal-Knisja mqaddsa,
il-preżenza u l-azzjoni effikaċi
tal-Ispirtu Santu. U jekk
inħarsu lejn il-persuni, li
minnhom ħarġu u joħorġu dawn ix-xmajjar
friski ta’ ħajja, naraw ukoll li
għal fertilità ġdida hemm bżonn
li nkunu mfawra bil-ferħ
tal-fidi, l-intensità
tal-ubbidjenza, id-dinamika
tat-tama u l-qawwa tal-imħabba.
Għeżież ħbieb, tibqà ċara li l-konformazzjoni
ma’ Kristu hija l-prerekwiżit u
l-bażi ta’ kull tiġdid. Imma
jistà jkun li l-figura ta’
Kristu tidhrilna kultant wisq
għolja u wisq kbira, biex
nistgħu nittantaw nieħdu l-qisien
minn għandu. Il-Mulej dan jafu.
Minħabba dan irranġa bi
“traduzzjoni” f’sekwenza ta’
kobor iktar aċċessibbli u iktar
qrib tagħna. Propju għal din
ir-raġuni, Pawlu bla ebda
mistħija qal lill-komunitajiet
tiegħu: imitaw lili, imma jien
nappartieni lil Kristu. Huwa
kien għall-fidili tiegħu
“traduzzjoni” tal-istil ta’
ħajja ta’ Kristu, li huma setgħu
jaraw u ma’ liema setgħu
jingħaqdu. Nibdew minn Pawlu,
tul l-istorja kollha kien hemm
b’mod kontinwu tali
“traduzzjonijiet” tat-triq ta’
Ġesù f’figuri storiċi ħajjin.
Aħna s-saċerdoti nistgħu naħsbu
dwar filliera kbira ta’
saċerdoti qaddisin, li ġew
qabilna biex jindikawlna t-triq:
nibdew minn Polikarpu ta’ Smirne
u Injazju ta’ Antijokja
għar-Rgħajja l-kbar bħal Ambroġ,
Wistin u Girgor il-Kbir, sa
Injazju ta’ Loyola, Karlu
Borromeo, Ġwanni Maria Vianney,
sas-saċerdoti Martri tas-seklu
Dsatax u flaħħarnett sal-Papa
Ġwanni Pawlu II li, fl-azzjoni
u fit-tbatija kien għalina ta’
eżempju fil-konformazzjoni ma’
Kristu, bħala “don u misteru”.
Il-qaddisin jindikawlna kif
jaħdem it-tiġdid u kif nistgħu
npoġġu lilna nfusna għas-servizz
tiegħu. U jħalluna wkoll nifhmu
li Alla ma jħarisx lejn in-numri
l-kbar u lejn is-suċċessi
esterni, imma jwettaq ir-rebħiet
tiegħu fis-sinjal umli
taż-żerriegħa tas-senapa.
Għeżież ħbieb, irrid fil-qosor
inmiss mill-ġdid żewġ
kelmiet-muftieħ tat-tiġdid
tal-wegħdiet saċerdotali, li
għandhom iġagħeluna nirriflettu
f’dan il-waqt dwar il-Knisja u
dwar ħajjitna personali. Hemm
qabel xejn it-tifkira tal-fatt
li aħna – bħal ma jesprimi Pawlu
– “amministraturi tal-misteri ta’
Alla” (1Kor 4,1) u li jmissna l-ministeru
tat-tagħlim, il-(munus docendi),
li huwa parti minn tali
amministrazzjoni tal-misteri ta’
Alla, li fiha Huwa juri wiċċu u
qalbu, biex jirregalalna lilu
nnifsu. Fil-laqgħa tal-Kardinali
fl-okkasżjoni tal-Konċistorju
riċenti, diversi Rgħajja, skont
l-esperjenza tagħhom, tkellmu
dwar analfabetiżmu reliġjuż li
qed jinfirex f’nofs is-soċjetà
tagħna hekk intelliġenti. L-elementi
fundamentali tal-fidi, li fl-imgħoddi
kull tifel u tifla kienu jafu,
qegħdin kull ma jmur jonqsu.
Imma biex wieħed jgħix u jħobb
il-fidi tagħna, biex ikun jistà
jħobb lil Alla u hekk isir
kapaċi jisimgħu b’mod ġust, irid
ikun jaf x’qalilna Alla;
ir-raġuni tagħna u qalbna
għandhom ikunu mimsusa mill-kelma
ta’ Alla. Is-Sena tal-Fidi, it-tifkira
tal-Ftuħ tal-Konċilju Vatikan II
50 sena ilu, għandha tkun
għalina okkażżjoni ta’ tħabbir
tal-messaġġ tal-fidi b’żelu ġdid
u b’ferħ ġdid. Dan naturalment
insibuh b’mod fundamentali u
primarju fl-Iskrittura Mqaddsa,
li qatt ma naqraw u nimmeditaw
biżżejjed. Imma f’dan nagħmlu
lkoll l-esperjenza li ninħtieġu
għajnuna biex nittrażmettu b’mod
rett fil-preżent, sabiex tmiss
tassew qalbna. Din l-għajnuna
nsibuha l-ewwelnett fil-kelma
tal-Knisja għalliema: it-testi
tal-Konċilju Vatikan II u
l-Katekiżmu tal-Knisja
Kattolika huma l-istrumenti
essenzjali li jindikawlna b’mod
awtentiku dak li l-Knisja temmen
nibdew mill-Kelma ta’ Alla. U
naturalment jagħmel ukoll parti
it-teżor kollu tad-dokumenti li
l-Papa Ġwanni Pawlu II
irregalalna u li għad għadu ferm
‘il bogħod milli jkun sfruttat
għal kollox.
Kull aħbar tagħna għandha
titkejjel fuq il-kelma ta' Ġesù
Kristu: “Id-duttrina tiegħi
mhijiex tiegħi” (Ġw 7,16). Aħna
ma nħabbrux tejoriji u
opinjonijiet privati, imma l-fidi
tal-Knisja li tagħha aħna
qaddejja. Imma dan naturalment
m’għandux ifisser li jien ma
nsostnix din id-duttrina bija
nnifsi kollni kemm jien u ma
nkunx ankrat magħha sewwa. F’dan
il-kuntest dejjem tiġini f’moħħi
l-kelma ta’ Santu Wistin: U
xinhu qatt iktar tiegħi minni
nnifsi? X’inhu hekk mhux tiegħi
daqs minni nnifsi? Jien miniex
tiegħi nnifsi u nsir jien stess
propju minħabba l-fatt li nmur
‘il hemm minni nnifsi u permezz
tal-għelib tiegħi nnifsi
jirnexxili ninserixxi ruħi fi
Kristu u f’Ġismu li hija l-Knisja.
Jekk ma nħabbrux lilna nfusna u
jekk internament sirna ħaġa
waħda miegħu li sejħilna bħala
messaġġiera tiegħu hekk li ġejna
mmudellati mill-fidi u ngħixuha,
allura l-predikazzjoni tagħna
tkun waħda kredibbli. Ma
nirriklamax lili nnifsi, imma
nirregala lili nnifsi. Il-Kurat
ta’ Ars ma kienx għaref,
intellettwali, dan nafuh. Imma
bl-aħbar tiegħu mess qlub in-nies,
għaliex huwa nnifsu kien mimsus
fil-qalb.
L-aħhar kelma-muftieħ li għaliha
għad irrid naċċena jisimha żelu
għall-erwieħ (animarum zelus).
Din hija espressjoni barra mill-moda
li llum kważi lanqas biss
tintuża. F’xi ambjenti, l-kelma
ruħ hija meqjusa saħansitra
kelma pprojbita, għaliex –
jingħad – tesprimi duwaliżmu
bejn ġisem u ruħ, waqt li taqsam
b’mod mhux korrett il-bniedem.
Bla ebda dubju l-bniedem huwa
unità, iddestinata b’ġisem u ruħ
għall-eternità. Imma dan ma
jistax ifisser li m’għandniex
iktar ruħ, prinċipju kostituttiv
li jiggarantixxi l-unità
tal-bniedem f’ħajtu u ‘l hemm
mill-mewt tiegħu terrena. U
bħala saċerdoti naturalment aħna
nieħdu ħsieb il-bniedem kollu
kemm hu, propju wkoll
tal-bżonnijiet tiegħu fiżiċi –
tal-imġewħa, tal-morda, ta’ dawk
bla saqaf fuq rashom. Madankollu
aħna ma niħdux ħsieb biss
tal-ġisem, imma propju wkoll
tal-bżonnijiet tar-ruħ
tal-bniedem: tal-persuni li
jbatu minħabba l-vjolazzjoni
tad-dritt jew minħabba mħabba
mfarrka; tal-persuni li jinsabu
fid-dlam dwar il-fidi li jbatu
minħabba l-assenza tal-verità u
tal-imħabba. Aħna nieħdu ħsieb
is-salvazzjoni tal-bnedmin
fil-ġisem u r-ruħ. U bħala
saċerdoti ta’ Ġesù Kristu, dan
nagħmluh b’żelu. Il-persuni qatt
m’għandhom ikollhom is-sensazzjoni
li aħna qegħdin inwettqu l-orarju
tax-xogħol tagħna b’mod
koxjenzjuż, imma qabel u wara
nappartienu biss lilna nfusna.
Saċerdot qatt ma jappartieni
lilu nnifsu. Il-persuni għandhom
iħossu ż-żelu tagħna, li permezz
tiegħu aħna nagħtu xhieda
kredibbli għall-Vanġelu ta’ Ġesù
Kristu. Ejjew nitolbu lill-Mulej
biex ifawwarna bil-ferħ
tal-messaġġ tiegħu, sabiex
b’żelu nkunu nistgħu naqdu l-verità
tiegħu u mħabbtu. Amen.
Miġjub mit-Taljan għall-Malti
minn Emanuel Zarb
|