TIĠDID TAL-WEGĦDIET TAL-MAGĦMUDIJA
Tiċħad lix-xitan? - Iva niċħad. Tiċħad l-egħmil kollu tiegħu? - Iva niċħad. Tiċħad it-tlellix fieragħ kollu tiegħu? - Iva niċħad. Temmen f’Alla l-Missier li jista’ kollox li ħalaq is-sema u l-art? - Iva nemmen. Temmen f’Ġesù Kristu, Sidna, l-Iben waħdieni tiegħu, li twieled minn Marija Verġni, u bata u miet u difnuh, qam minn bejn l-imwiet u qiegħed fil-lemin tal-Missier? - Iva nemmen. Temmen fl-Ispirtu s-Santu, il-Knisja Mqaddsa Kattolika, ix-Xirka tal-Qaddisin, il-maħfra tad-dnubiet, il-qawma ta’ l-Imwiet, u fil-ħajja ta’ dejjem? - Iva nemmen. U Alla li jista’ kollox, Missier Sidna Ġesù Kristu, li nissilna mill-ġdid bl-ilma u l-Ispirtu s-Santu u tana wkoll il-maħfra ta’ dnubietna, iħarisna bil-grazzja tiegħu f’Ġesù Kristu għall-ħajja ta’ dejjem. - Ammen.
|