LILEK, O ALLA, INFAĦĦRU - TE DEUM LAUDAMUS
Lilek, o Alla, infaħħru: lilek b’Mulej nistqaru Lilek, Missier ta’ dejjem, id-dinja kollha tqimek. Lilek l-anġli kollha, lilek is-smewwiet u l-qawwiet kollha tagħhom, lilek il-kerubini u s-serafini ixandruk bla hena: Qaddis, Qaddis, Qaddis il-Mulej Alla ta’ l-eżerċti. Is-smewwiet u l-art mimlija bil-kobor tas-sebħ tiegħek.
Lilek tfaħħar il-ġemgħa ta’ l-Appostli. Lilek ifaħħar l-għadd sabiħ tal-Profeti. Lilek ifaħħru il-qtajja’ tal-martri rebbieħa kollhom bjuda.
Mad-dinja kollha il-Knisja Mqaddsa tistqarr fik: il-Missier, ta’ kobor bla qies l-Iben tiegħek miqjum, veru u waħdieni u l-Ispirtu s-Santu, id-Difensur.
Kristu, inti s-Sultan glorjuż. Inti minn dejjem Bin il-Missier. Int, biex teħles lill-bniedem, ma stmerrejtx tinżel f’ġuf ta’ Verġni. Int ħriġt rebbieħ fuq is-setgħa tal-mewt, u ftaħt is-saltna tas-smewwiet għal min jemmen.
Int qiegħed fil-leminija ta’ Alla, fis-sebħ tal-Missier. Aħna nemmnu li int għad terġa’ tiġi bħala mħallef. Nitolbuk għalhekk li tgħin lill-qaddejja tiegħek, li int fdejt b’demmek il-għażiż. Agħmel li nissieħbu mal-qaddisin tiegħek fil-glorja ta’ dejjem.
Salva lill-poplu tiegħek Mulej, bierek il-wirt tiegħek. Kun ir-ragħaj tagħhom, erfagħhom għal dejjem.
Min jum għall-ieħor aħna nberkuk u nfaħħru ismek għal dejjem, u għal dejjem ta’ dejjem. Agħmel, Mulej, li llum, inħarsu ruħna minn kull dnub.
Ħenn għalina Mulej, ħenn għalina. Ħa tkun fuqna Mulej it-tjieba tiegħek, kif fik hi t-tama tagħna. Fik, Mulej, jien nistkenn: ma jkolli qatt għax ninfixel.
|