Hawn jien, O Ġesú maħbub tiegħi, mixħut
għarkubbtejja quddiemek. Nitolbok, bl-akbar ħrara li tnissel f’qalbi
twemmin, tama u mħabba l-aktar qawwija kif ukoll indiema kbira ta’
dnubieti u fehma sħiħa li ma noffendik qatt iżjed.
Filwaqt li jiena, bl-imħabba u bil-ħnien kollha, sejjer
naħseb fuq il-ħames pjagi tiegħek, b’dak il-kliem quddiem għajnejja li qal
fuqek il-profeta David: “Nifduli idejja u riġlejja: għaddewli għadmi
kollu.”