IT-TALB TAL-FOMM

It-talb li hawn miġbur f’din it-taqsima huwa magħruf bħala Talb tal-Fomm.  Dan ma jfissirx li għandu jsir bil-fomm biss. Il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika jgħid hekk...

 “Alla jkellem lill-bniedem bil-Kelma tiegħu.  Hu bil-kliem tal-fomm u tal-moħh, li t-talb jitlissen.  Iżda l-aktar ħaġa importanti fit-talb hi li qalbna tkun qiegħda quddiem dak li nkunu nkellmu fit-talb tagħna. Is-smigħ tat-talb tagħna jiddependi , mhux minn kemm ngħidu kliem, ima mill-ħeġga tar-ruħ.”  (KKK 2700)

 

“It-talb tal-fomm hu ħaġa li l-ħajja nisranija ma tistax tgħaddi mingħajrha.  Lid-dixxipli, miġbudin mit-talb fis-skiet tal-Imgħallem tagħhom, il-Mulej għallimhom jitolbu bil-fomm, għallimhom il-Missierna.” (KKK 2701)