Mur fil-paġna bil-werrej tat-talb ...
REGINA COELI
Sultana tas-sema, ifraħ: Halleljah. Għaliex dak li stħaqqlek tkun omm: Hallelujah. Qam minn bejn l-imwiet kif kien qal: Hallelujah. Itlob ‘l Alla għalina: Hallelujah. Ifraħ u thenna, Verġni Marija: Hallelujah. Għaliex il-Mulej qam tassew minn bejn l-imwiet: Hallelujah.
Nitolbu. O Alla, bil-qawmien mill-imwiet ta’ Ibnek Ġesù Kristu, Sidna, għoġbok tferraħ id-dinja; agħtina, nitolbuk, li b’Ommu l-Verġni Marija, niksbu l-ferħ tal-ħajja ta’ dejjem. Bi Kristu Sidna. Ammen.
L-istorja tgħid li l-ewwel linji tar-Regina Coeli (Sultana tas-Sema) intqalu mill-anġli lill-Papa Gregorju l-Kbir fis-seba’ seklu waqt li huwa kien qed imexxi purċissjoni tal-Għid il-Kbir. Il-Papa nnifsu żied il-kumplament. Imbagħad il-Papa Benedittu XIV ordna li fi żmien l-Għid il-Kbir tibda tingħad mill-insara minflok it-talba tal-Angelus. |