IL-FURJANA - 18.04.2010 - 12.00
Fuq il-Fosos
Regina Caeli
Traduzzjoni mit-test oriġinali Ingliż
Ħuti fi Kristu,
Meta intom tirringrazzjaw, meta jkollkom intenzjonijiet partikolari tat-talb, u
meta titolbu l-protezzjoni tas-sema għall-maħbubin tagħkom, hija d-drawwa
tagħkom li ddur lejn l-Imqadda Verġni Marija, Omm il-Knisja u Omm tagħna. Jien
naf bid-devozzjoni partikolari tal-poplu Malti lejn Omm Alla, espressa b’fervur
kbir lill-Madonna ta’ Pinu, u għalhekk għandi pjaċir nieħu l-okkażjoni biex
nitlob quddiem ix-xbieha tagħha miġjuba hawn apposta minn Għawdex għal din l-okkażjoni.
Jien nieħu wkoll pjaċir nippreżenta Warda tad-Deheb lilha, bħala sinjal
tal-imħabba finjali li naqsmu lejn Omm Alla.
Nitlobkom b’mod partikolari li titolbuha taħt it-titlu, Sultana tal-Familja,
miżjud mal-Litanija ta’ Loreto mill-maħbub predeċessur tiegħu, il-Papa Ġwanni
Pawlu II, li f’aktar minn okkażjoni waħda żar dawn ix-xtut. Waqt li noffrilkom
din it-tifkira tanġibbli taż-żjara tiegħi, jien nirringrazzjakom ilkoll għal dak
kollu li rċevejt lura minn għandkom, u l-aktar għall-ħeġġa tad-devozzjoni
tagħkom u l-appoġġ tat-talb tagħkom għall-ministeru tiegħi bħala Suċċessur ta’
Pietru.
Issa nduru fit-talb lil Marija, Omm il-Knisja u Sultana tas-Sema, waqt li
nifirħu fil-Qawmien ta’ Dak li ġarret f’ġufha.
Regina Cæli, lætare …
Jien ferħan li nsellem lill-pellegrini tal-ilsien Taljan preżenti hawn illum
f’din l-okkażjoni feliċi, u l-aktar lil dawk li ġew minn Lampedusa e Linosa!
Grazzi li ġejtu biex taqsmu dan ma’ ħutna Maltin. Jalla l-Appostlu Pawlu, li qed
infakkru l-anniversarju tal-preżenza tiegħu f’dawn il-gżejjer, ikun għalikom
eżempju ta’ fidi soda u kuraġġuża quddiem l-avversità.
Fuqkom ilkoll u fuq il-familjari tagħkom li qegħdin id-dar, bil-qalb kollha
nitlob il-Barka tal-Mulej għaż-żmien feliċi u qaddis tal-Għid.