| 
										 
										
										Ir-Riżenja 
															tal-Arċisqof Pawlu 
															Cremona OP 
										
										
																		
																		
																		"L-ISQOF 
																		IT-TWAJJEB" 
									
										  
									
										.jpg)  
									
									Is-Sibt, 18 ta' Ottubru 
									2014:  
									Il-Qdusija Tiegħu 
									l-Papa Frangisku aċċetta 
									r-riżenja 
									tal-Eċċellenza 
									Tiegħu 
									Mons. Pawlu Cremona O.P. bħala 
									Arċisqof 
									ta’ Malta. L-Arċisqof 
									Cremona rriżenja 
									minħabba 
									raġunijiet 
									ta’ saħħa. 
									Ir-riżenja 
									tidħol 
									fis-seħħ
									
									
									fit-18 ta’ Ottubru 2014 f’nofsinhar 
									
									ħin 
									ta’ Malta. Mons. Cremona ngħata 
									t-titlu ta’ Arċisqof 
									Emeritu ta’ Malta. F’ittra ndirizzata lil 
									Mons. Cremona, il-Qdusija Tiegħu 
									l-Papa rringrazzja lill-Arċisqof 
									Emeritu għall-ministeru 
									episkopali tiegħu 
									li kien magħruf 
									u apprezzat għall-imħabba 
									pastorali u l-kuntatt uman mill-qrib mal-Poplu 
									ta’ Alla. 
									
									
									Il-Qdusija Tiegħu 
									l-Papa Franġisku 
									nnomina lill-Eċċellenza 
									Tiegħu 
									Mons. Charles J. Scicluna, Isqof Titulari ta’ 
									San Leone, bħala 
									Amministratur Appostoliku sede vacante 
									bis-setgħa 
									li jmexxi l-Arċidjocesi 
									ta’ Malta sakemm l-Arċisqof 
									il-ġdid 
									ta’ Malta jieħu 
									l-pussess kanoniku tal-Arċidjoċesi. 
									Fil-perjodu li fih is-Sede Arċiveskovili 
									ta’ Malta tkun vakanti, il-ministeru 
									pastorali ordinarju huwa assikurat taħt 
									it-tmexxija tal-Amministratur Appostoliku, iżda 
									kull inizjattiva innovativa titħalla 
									għad-deċiżjoni 
									tal-Arċisqof 
									il-ġdid. 
									Is-Santa Sede 
									tat struzzjonijiet lill-E.T. n-Nunzju 
									Apostoliku, Mons. Aldo Cavalli, biex jibda 
									l-proċess 
									kanoniku ta’ konsultazzjoni u dixxerniment 
									li jgħin 
									lill-Qdusija Tiegħu 
									l-Papa fl-għażla 
									tiegħu 
									tas-suċċessur 
									tal-Arċisqof 
									Cremona. Il-Membri kollha tal-Kleru, ir-Reliġjużi, 
									u l-Fidili Insara kollha huma mħeġġa 
									jitolbu għall-Arċisqof 
									Emeritu Pawlu Cremona, għall-Isqof 
									Charles Scicluna, l-Amministratur 
									Appostoliku, u għall-proċess 
									kanoniku li ser iwassal biex jintgħażel 
									l-Arċisqof 
									il-ġdid 
									ta’ Malta. 
									
									
										   |