Home          |          Email          |                                                                                                                     Sit uffiċċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta

 

 

 

 

Il-V Kungress Kateketiku Nazzjonali

Ċentru Parrokkjali, Attard.

13 u 14 ta’ Novembru 2009

 

Punti mit-Taħdita tas-Sur Michael Grech

14 Novembru 2009

  • Biex nibdew tajjeb ngħid li jien m’hiniex katekist, m’hiniex espert fil-qasam, il-katekiżmu m’hiex l-għalqa tiegħi u ma nirrapreżenta l-ħadd.

  • Dak li ser nagħmel hu li ser nitkellem dwar dawk li fl-opinijoni tiegħi huma id-diffikultajiet li wieħed jikkatekizza llum; b’riflessjonijiet ġenerali (u għalhekk mhux preċiżi) fuq il-katekeżi f’Malta u fuq il-kuntest li fih din isseħħ.

  • B’mod ġenerali naħseb li, minkejja l-mezzi moderni u l-faċilitajiet kollha, t-twassil tal-bxara t-tajba llum hi biċċa xogħol diffiċli ħafna.

  • Mhux qed ngħid b’kuntrast ma xi żmien fittizzju tad-deheb li għadda, u li fil-veritá qatt m’eżista.

  • Laqnas qed nifhem dan f’termini ta’ attendenzi ta’ ritwali u l-attendenza għal dawn li dejjem tonqos.

  • Qed nirreferi għal possibilita’ ta’ katekizmu fi żmien kriżi ta’ valuri, jiġifieri krizi jew aħjar degrad  f’dak li  aħna ngħatuh valur u li nistmaw ft-treġija ta’ ħajjitna.

  • Biex niċċara ftit fuq dan, bi ‘kriżi ta’ valuri’ wieħed m’għandhux sempliċement jifhem dak li spiss jiġi mifhum b’din il-frażi meta tintuża fil-media  jew f’imkejjen oħra, jiġifieri l-idea li xi darba kellna valuri u li llum m’għandna xejn . Kull soċjetá se ikollha l-valuri tagħha; kull socjeta’ ser ikollha l-affarijiet li taghtihom valur u li l-membri taghha ser jistmaw fit-tregija ta’ hajjithom.

  • Qed madankollu ngħid li hawn krizi ta’ valuri għax ma naħsibx lil-valuri predominanti li hawn jgħollu l-bniedem , kemm f’sens purament uman u, aktar u aktar, f’sens Kristjan.

  • Tajjeb insemmi ukoll li dawn il-valuri li jinsabu fi kriżi mhux qed nifhem xi ħaġa li teżisti fl-arja; jew li m’għadhomx dak li kieny sempliċement għax jum fost l-oħrajn in-nies iddeċidew li li jibdew ifasslu ħajjithom mod ieħor min kif kienu fiż-żmien antik tad-deheb, li kif ġa għidt fir-realtà qatt m’eżista.

  • Il-kriżi tal-valuri li hawn ma tistax tiġi mifhuma jekk mhux f’rabta mas-soċjetá li fiha qed iseħħ; mal-mod kif soċjetá bħal din torganizza lilha nfisha soċjalment, kulturalment (fis-sens wiesgħa tal-kelma ‘kultura’) u ekonomikament.

  • Infatti, hawn ekonomija; dik kapitalista fil-fażi stroka tal-iżvilupp tagħha fil-preżent, li tippromwovi l-antagoniżmu u l-kompetizzjoni bejn persuna u oħra; u li għalhekk tagħmilha diffiċli wieħed jemmen li nistgħu nħarsu lejn xulxin bħala famlija waħda; wlied l-istess missier jew omm li Hu jew Hi Alla fis-sema.

  • Hawn soċjetà u  ekonomija imsejsa fuq l-invidiwaliżmu u l-konsumiżu, fejn li l-uniċi realtà li jgħarfu hi dik materjali, u fejn l-uniċi teżori li tanmmetti huma dawk li wieħed jistà jaħżen ġo bank.

  • Hawn soċjetà u  eknomija fejn dak li hu importanti hu dak li jdher u dak li jeżisti issa; fejn il-bniedem hu apprezzat skond kemm jipproduċi, jikkonsma jew kif jidher.

  • Mhux ta’ b’xejn allura, li bosta huma dawk li jew tilfu t-twemmin, bħalma ġara f’ħafna pajjiżi Nord Ewropej, jew inkella, kif nisuspetta li ġara f’pajjiżna, żammew biss twemmin nominali. Twemmin li spiċċa mejjet; twemmin jew tal-fomm biss jew distort. Dan ivarja minn twemmin f’Alla li hu sempliċi fus li miegħu idur l-univers (għax għadna nemmnu li dan jeħtieġ fus biex idur miegħu), jew twemmin ieħor li juri l’Alla bħala xi dittatur kożmiku li jitlob talb u osservazzjonijiet kapriċċużi u li ma jeħtieġx, u li madankollu jistà jinxtara b’sempliċi talba, quddiesa jew offerta, bħalma l-Allat pagani tal-qedem kienu jinxtraw b’sagrifiċju ta’ bhima. Alla bħal dan hu komdu għax jekk nagħtuh it-tewba tiegħu, iħallina nagħmlu li rridu.

  • Agħar u agħar, f’mumenti ta’ kriżi li l-istess fasliet ekonomiċi u politċi msemmija jwelldu, dan Alla jispiċċa biss simbolu jew bandiera li nxejru kontra dawk li naraw bħala theddida. Xi ħaġa li tirrapreżenta l-kultura tagħna, bħalma fil-każ tagħna l-Maltin, jipprapreżentaw dan Ġaħan u l-ħobż biż-żejt. Flok inħabblu moħħna li Kristu mhux qiegħed fil-qalb; u nefasizza mhux qiegħed fil-qalb jiġifieri mhux bil-fors hu nieqes mill-fomm;  noqgħodu niġġieldu dwar il-bżonn li s-salib tiegħu ikun imdendel mal-ħajt u nagħmlu kruċjati ġodda kontra għedewwa li ma jeżistux.

  • Fl-opinjoni tiegħi, quddiem dan kollu il-katekiżmu għandu kemm jgħarrex għas- sinjali taż-żminijiet, kif ukoll ifittex li jkun sinjal ta’ kontradizzjoni.

  • Għandu jagħraf li hawn realtà li hi qed issiba diffiċli temmen, u fejn in-nuqqas ta’ twemmin mhux bil-fors hi tort tal-individwu.

  • Għandu jagħraf ukoll li dan il-fenomenu hu marbut m’oħrajn; li kif semmejt aktar il-fuq huma ekonomiċi, politċi u soċjali. Katekiżmu rilevanti, ma jistgħax jinorja dan kollu.

  • Għandu jaċċetta li m’hemmx formula waħda,u li mhux bil-fors; la qiegħdin f’din ir-realtà, il-valur li jirrapreżenta ser jirbħu.

  • Madankollu, sinal ieħor taż-żminijiet li għandna nagħrfu hu li din is-soċjetà m’hiex omoġenja (bħalma fl-aħħar mill-aħħar m’hiex l-ebda soċjetà), u li hawn ħafna li qed ifallu fl-ideali li hi tpoġġi.

  • Dan qed joħloq deżert; kemm materjali u kemm kulturali u spiritwali (mhux biss f’sens Kristjan, imma f’wieħed aktar wiesgħa tal-kelma li mhux bil-fors hu reliġjuż).

  • Dversi aspetti ta’ dan id-deżert hi ħaġa li wħud barra mill-Knsija; li jinkludu nies li mhux bil-fors jemmnu, fehmu. Eżempji li jiġu m’moħħi huma nies impenjati favur l-ambjent, favur l-annimali, il-volontarjat, movimenti bħall-Graffiti u oħrajn.  

  • Allura, hawn min hu bil-għatx għal loġika u mod ta’ ħsieb differenti.

  • F’dan ir-rigward xtaqt nefasizza ftit l-aspett materjali u r-rabta ta’ dan mal-katekiżmu, b’mod madankollu li ma nifmhux li dan m’għandu ebda rabta ma dak spiritwali; duwaliżmu pervers li hu wirt ħażin tal-Manikeiżmu li spiss ikkaraterizza diversi forom ta’ reliġjożità u ta’ katekiżmu marbuta ma din.

  • Waqt li nibqgħu inżommu l-ideal Kattoliku, jiġifieri universali, għandna nagħrfu li l-idea ta’ one size fits all, m’għadx baqá żmienna f’dik li hi katekeżi.

  • Irridu nagħrfu li hawn realtajiet differenti, minkejja li marbuta b’xulxin, hu li x-xandir. tal-bxara t-tajba trid tadatta ruha għal dawn ir-realtajiet.

  • Id-differenzi huma varji. Marbuta m’eta u ma sess. Rigward tal-ewwel ngħidu aħna, għandna immorru l’hinn minn ‘katekiżmu tat-tfal’ adattat għall-adulti. Il-katekist għandu juża r-riżorsi pedagoġiċi, anke dawk umani, li jgħinuha ikun aktar relevanti u dinjituż.

  • Hemm differenzi oħra marbuta ma sotto-kultura u gruppi etniċi.

  • Hemm oħrajn marbuta ma klassi u l-fasla soċjali.

  • Ma jistax ikun li, ngħidu aħna l-katekiżmu mxandar f’realtà ta’ faqar fit-tliet ibliet, ikun imxandar bl-istess mod ta’ qasam tal-mużew f’area fejn joqgħodu nies ta’ klassi tan-nofs jew aħjar li għaddejin mhux ħażin, bl-iskuża falza u gnostika, li waqt li l-bżonnijiet tal-ġisem taż- żewġ realtajiet huma differenti, dawk tar-ruħ huma l-istess.

  • Katekiżmu rilevanti għandu jkun sinjal ta’ kontradizzjoni. Kontradizzjoni għal min qiegħed sewwa; ifakkru li hawn realtà aktar, u li mhux kulħadd hu bħalu, imma hawn min qed ibati u jkun sfruttat. Sinjal ta’ kontradizzjoni għall-emarġinat, l-eskluż u l-fqir; jurih li t-twemmin li din hi l-aħjar dinja possibli; li l-affarijiet ma jistgħux jinbidlu u li s-saltna t’Alla ma tistax tiġi fl-art imma tintlaħaq biss fis-sema (kuntrarju għal dak li tgħid il-Missierna kif isostni ħabibi Fra Ġwann Xerri) hi dawgħa kontra l-iSpirtu s-Santu.

  • Sinjal taż-żminijiet ieħor li rridu ngħarfu hu li llum, anke f’dik li hi appartenza reliġjuża formali, m’għadniex (hemm min jgħid sfortunatament, jien ngħid bil-kontra), realtà waħda u omoġenja.

  • Anke fost il-kattoliċi stess, kif ġa għidna, hemm realtajiet differenti bi ħtiġijiet partikulari, li mhux dejjem il-katekeżi attwali qed tgħati kashom.

  • Waħda minn dawn ir-realtajiet hi dik tal-immigranti Afrikani u mhux li huma kattoliċi.

  • Rigward l-immigranti Kattoliċi, din hi realtà li mhux biss il-poplu inġenerali jinjora (spiss jassumi li dawn kollha Musulamni), imma anke l-Knisja donnha ma tqishomx parti mill-merħla tagħha; kemm fuq livell ta’ djoċesi, u kemm fuq livell ta’ parroċċa.

  • Bosta mill-Kappillani fil-parroċċi fejn hemm kampijiet miftuħa ngħidu aħna, ma jafux li l-immigranti Kattoliċi huma parti mill-parroċċa tagħhom daqs l-ixjeħ parruċċan; jassumu li l-appartenza għal parroċa jew djoċesi hi kwestjoni ta’ twelid u mhux ta’ residenza, kif fil-fatt hi.

  • F’dik li hi katekeżi għal dawn l-immmigranti, dawn jinsabu f’sitwazzjoni paradossali li qiegħdin f’pajjiż fejn il-maġġoranza hi kattolika, imma fejn il-ħtiġijiet spiritwali ta’ ħuthom. Musulmani jew Protestanti huma aktar moqdija; ħaġa li qed japprofittaw minnha bosta settet

  • Katekisti hawnhekk,  għandhom jieħdu l-inizzjattiva u mhux jistennew il-kappillan jew lil ħaddieħor jieħu l-inizjattiva hu.

  • Hawnhekk xtaqtx nagħmel ftit riflessjonijiet fuq il-mod li bih tradizzjonalment inftiehmet il-kelma katekiżmu.

  • Spiss din il-kelma ġiet mifhuma f’termini ta’ xi ħadd li għandu xi ħaġa sħiħa, li jgħaddi din il-ħaġa lil xi ħadd ieħor li m’għandu xejn; bħallikeiku tazza mimlija tgħaddi l-l-ikwidu lil xi ħaġa vojta.

  • Dan hu żbaljat; kemm teoloġikament (fi kliem Pawlu ta’ Tarsu aħna nafu biss biċċa) u kemm pedgoġikament

  • Ħaddieħor għandu l-esperjenzi tiegħu u l-kategoriji tiegħu li minnhom jara r-realtá, u jkun att arroganti u vjolenti li nippretendu li dawn jarmuwhom.

  • Ħaddieħor probabilment ser ikollu wkoll l-‘ispiritwalità’ tiegħu.

  • Għax ngħarfu li kif jgħid Pawlu ta’ Tarsu aħna nafu biss biċċa, nipproponi li nibdew nifmhu li l-veritá  naslu għaliha bi djalogu, anke jekk nammetti li l-kelma ‘Djalogu’ hi wkoll kelma li qiegħda fi kriżi, bil-bosta karikaturi ta’ djalogu bħax-Xarabank u gideb ieħor jgħarrqu it-tifsira l-aktar sħiħa.

  • Djalogu mhux kontra l-idea t’expertise;u mhux bil-fors jitfa iħawwad din ma opinjoni iffurmata jew ma sempliċi opinjoni.

  • Djalogu jammetti awtoritá, imma  mhux awtoritarjaniżmu

  • Djalogu jimplika plulariżmu, imma mhux relativiżmu.

 

Home          |          Email          |                                                                                                                     Sit uffiċċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta