Kelma tal-Ħajja Lulju 2019
“B’xejn ħadtu, b’xejn agħtu” (Mt 10, 8).
Fil-Vanġelu ta’ San Mattew insibu din l-istedina qawwija li Ġesů għamel lil
ħbiebu, lill-“mibgħutin tiegħu”. Hu kien iltaqa’ ma’ nies li kienu jħossuhom
mitlufin u qed ibatu. Tħassarhom, u ried li permezz tal-appostli, ikompli
jkattar il-ħidma tiegħu ta’ salvazzjoni, fejqan u ħelsien. L-appostli għexu
madwar Ġesů, semgħu kliemu u rċevew missjoni li saret l-iskop ta’ ħajjithom.
Għalhekk bdew il-mixja biex ikunu xhieda tal-imħabba li Alla għandu għal kull
bniedem.
“B’xejn ħadtu, b’xejn agħtu.”
Imma dawn x’kienu rċevew “b’xejn” li setgħu jagħtuh lil ħaddieħor? L-appostli
kienu ħassew il-ħniena t’Alla tidħol f’ħajjithom permezz tal-kliem li semgħu
mingħand Ġesů, ta’ dak kollu li għamel, tal-għażliet tiegħu u ta’ ħajtu kollha.
Minkejja d-dgħufija u l-limiti tagħhom, huma rċevew il-Liġi ġdida tal-imħabba
lejn xulxin. Fuq kollox, ġew mogħtija d-don li Alla jrid jagħti `l kull bniedem:
tahom lilu nnifsu, mexa magħhom fit-toroq ta’ ħajjithom, tahom id-dawl biex
jagħmlu l-għażliet tagħhom. Dawn huma doni imprezzabbli; huma ħafna aktar minn
dak li nistgħu nagħtu aħna biex inpattu għalihom; tassew huma rigali “mogħtija
lilna b’xejn”. Dawn huma doni li ngħataw lill-appostli u lill-insara kollha biex
imbagħad ikunu jistgħu jwassluhom `il dawk kollha li jiltaqgħu magħhom jum wara
l-ieħor.
“B’xejn ħadtu, b’xejn agħtu.”
Fl-2006, Chiara Lubich kitbet hekk: “Fil-Vanġelu, Ġesů jistedinna nagħtu:
nagħtu lill-foqra, lil min jitlobna xi ħaġa, lil min hu fil-bżonn. Hu jridna
nitimgħu `l min hu bil-ġuħ, inlibbsu `l min jitlobna l-ilbies; iridna nagħtu
b’xejn u mingħajr ma nistennew xejn… Hu kien l-ewwel wieħed li għamel hekk: ta
s-saħħa lill-morda, il-maħfra lill-midinbin, ta l-ħajja lilna lkoll. Jekk ngħixu
l-ġenerożitŕ nkunu nistgħu nrażżnu l-egoiżmu tagħna; jekk inkunu attenti
għall-ħtiġiet tal-oħrajn, ma nibqgħux naħsbu biss fil-bżonnijiet tagħna. B’hekk,
minflok ma tikber il-kultura tal-ħtif talġid, tikber il-kultura tal-qsim tal-ġid
[…]. Il-Kelma tal-ħajja ta’ dan ix-xahar tgħinna nerġgħu niskopru l-valur ta’
kull ħaġa li nagħmlu: fid-dar, fl-għalqa, fuq il-post tax-xogħol, l-iskola, u
f’kull ħidma ta’ responsabiltŕ fil-qasam ċivili, politiku u reliġjuż. Kollox
jista’ jinbidel f’servizz attent u mimli ħeġġa. L-imħabba tagħtina għajnejn
ġodda biex nagħrfu l-bżonnijiet tal-oħrajn u ngħinuhom bl-aħjar mod li nistgħu.
Xi jkun ir-riżultat ta’ dan kollu? Joktor ittqassim tal-ġid, għax l-imħabba ġġib
magħha aktar imħabba. U jiżdied ukoll il-ferħ għax ‘Min jagħti hu aktar hieni
minn min jieħu’ (Atti 20, 35)” (1).
“B’xejn ħadtu, b’xejn agħtu.”
Eżattament kif tirrakkonta Vergence, tifla mill-Kongo: “Jiena u sejra l-iskola
kelli ħafna ġuħ. Fit-triq iltqajt maz-ziju, li tani xi flus biex nixtri sendwiċ,
imma ftit aktar ‘il quddiem ilmaħt raġel fqir ħafna. Mill-ewwel ġieni f’moħħi li
nagħtih il-flus li kont qlajt, iżda ħabibti li kienet miegħi qaltli biex inżomm
il-flus u naħseb għalija nnifsi! Bejni u bejn ruħi għidt: għada jien ikolli xi
ħaġa x’niekol, imma dak miskin? Għalhekk qbadt il-flus li kont qlajt u tajthomlu,
u wara tgħidx kemm ħassejtni ferħana!”.
“B’xejn ħadtu, b’xejn agħtu.”
Il-loġika ta’ Ġesů u tal-Vanġelu tissuġġerixxi li għandna dejjem naqsmu mal-oħrajn
dak li nirċievu, u li qatt m’għandna nżommuh għalina biss. Din hi stedina biex
nagħrfu aħna x’irċevejna: enerġija, talenti, ħiliet, ġid materjali, u mbagħad
biex naqsmu dan kollu maloħrajn. Din il-loġika tisboq sew il-loġika tas-suq,
tal-konsumiżmu u tal-individwaliżmu, u twassalna biex naqsmu l-ġid tagħna mal-oħrajn,
biex ngħixu bħal aħwa u noħolqu kultura ġdida. L-esperjenza tgħallimna li meta
nħobbu ‘l-oħrajn bla ma nistennew xejn lura, inkunu qed nagħtu eżempju li
jkaxkar, b’konsegwenzi pożittivi mhux mistennija li jinfirxu u jħallu l-marka
tagħhom anki fis-soċjetŕ.
Hekk ġara fil-Filippini, b’inizjattiva li bdiet fl-1983. Kien żmien meta s-sitwazzjoni
politika u soċjali tal-pajjiż kienet diffiċli ħafna u bosta kienu impenjati biex
tinstab soluzzjoni pożittiva. Grupp ta’ żgħażagħ iddeċidew li jagħtu sehemhom
b’mod oriġinali: fetħu l-armarji tagħhom u ħarġu minnhom dak li ma kellhomx
aktar bżonnu. Biegħu dan kollu fis-suq tal-affarijiet użati u bil-ftit flus li
daħħlu taw bidu għal ċentru soċjali li semmewh Bukas Palad, li fil-lingwa
tagħhom tfisser: “B’Idejn Miftuħa”. Huma kienu ispirati mill-kliem tal-Vanġelu:
“B’xejn ħadtu, b’xejn agħtu” (Mt 10, 8), li sar il-motto f’din l-inizjattiva
tagħhom.
Kien hemm ukoll xi tobba li ngħaqdu magħhom u offrew is-servizz professjonali
tagħhom b’xejn, kif ukoll ħafna oħrajn li fetħu qalbhom, dirgħajhom u l-bibien
ta’ djarhom. Hekk twieldet u żviluppat azzjoni soċjali mill-aktar wiesa’ b’risq
l-ifqar fost il-fqar, li għadha toffri s-servizzi tagħha f’ħafna bliet
tal-Filippini. Tul dawn is-snin dan il-proġett laħaq ilmira importanti tiegħu u
qed ikompli jissaħħaħ: dawk li għalihom twaqqaf dan il-proġett qed ikunu huma
stess li jagħtu sehemhom għall-ħelsien mill-faqar.
Tant hu hekk li huma jħossu li sabu mill-ġdid id-dinjitŕ tagħhom u qed jibnu
rabtiet ta’ stima u solidarjetŕ. Bl-eżempju u l-impenn tagħhom, qed jgħinu `l
ħafna nies oħra joħorġu mill-faqar u jerfgħu r-responsabiltŕ ta’ ħajja ġdida
għalihom u għall-familji tagħhom, għallpostijiet u l-komunitajiet fejn jgħixu u
għad-dinja kollha. (2)
Letizia Magri
1. C. Lubich, Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2006, fil-ktieb Parole di Vita, ta’
Fabio Ciardi (Opere di Chiara Lubich 5, Cittŕ Nuova, Roma, 2017) pp. 791-793.
2. http://bukaspaladfoundation.org