Frar 2015 

 

“Għalhekk ilqgħu lil xulxin bħalma Kristu wkoll laqa lilkom, għall-glorja ta Alla” (Rm 15, 7).

L-Appostlu San Pawl ried imur Ruma u minn hemm jibqa sejjer Spanja. Għalhekk bagħat ittra lill-komunitajiet insara preżenti fdik il-belt.

Fqasir żmien, bil-ħajja ta ħafna martri, kienu se jagħtu xhieda ta rabta sinċiera u profonda tal-Vanġelu. Biss, kif kien jiġri bnadi oħra, fosthom ma kinux jonqsu tensjonijiet u nuqqas ta ftehim u saħansitra firda. Fil-fatt, l-insara ta Ruma kienu ġejjin minn klassijiet soċjali, kulturi u reliġjonijiet differenti: mir-reliġjon Lhudija, miċ-ċiviltà Griega u mir-reliġjon antika Rumana, forsi  mill-Istoiċiżmu1 jew minn fergħat filosofiċi oħra. Dawn kienu jġibu magħhom it-tradizzjonijiet fil-ħsieb u fl-imġiba morali tagħhom. Uħud, magħrufa bħala “dgħajfin”, kienu mdorrijin jieklu ikel partikulari, per eżempju kienu veġetarjani, jew kienu jimxu ma kalendarji li juru ġranet speċjali ta sawm; oħrajn kienu meqjusa bħala “qawwija”, għax kienu liberi minn dawn il-kundizzjonijiet; ma kinux marbuta ma xi tabù fl-ikel li jieklu jew ma ċerimonji partikolari. Lil dawn kollha San Pawl jistedinhom biex bil-ħeġġa:

“Għalhekk ilqgħu lil xulxin bħalma Kristu wkoll laqa lilkom, għall-glorja ta Alla”

Fdin l-ittra, hu l-ewwel  beda billi dar fuq il-“qawwija”, biex jistedinhom jilqgħu lil min kien “dgħajjef”, bla ma qagħad jiddiskuti l-opinjonijiet tagħhom. Imbagħad dar fuq id-“dgħajfin biex dawn, min-naħa tagħhom, jilqgħu lil min kien “qawwi” bla ma jiġġudikawh, għax huma stess kienu ġew milqugħa minn Alla.

Fil-fatt, Pawlu kien konvint li  minkejja opinjonijiet u użanzi differenti, kull wieħed kien qed jaġixxi għall-imħabba ta Alla. Għalhekk ma kienx hemm għalfejn jiġġudikaw lil min kien jaħsibha differenti minnhom, wisq inqas jiskandalizzaw ruħhom, ikunu arroganti u jħossuhom aqwa minn ħaddieħor. Iżda dak li riedu  jżommu quddiem għajnejhom kien il-ġid ta kulħadd, li “jibnu lil xulxin”, jiġifieri jibnu l-komunità fl-għaqda ta bejniethom (ara 14, 1-23).

Anki fdan il-kas, kull ma riedu jagħmlu kien li jobdu r-regola l-kbira tal-ħajja nisranija li Pawlu kien fakkarhom fiha ftit qabel fl-ittra: “L-imħabba hi l-milja tal-liġi” (13, 10). Billi f’ħajjithom ma mxewx aktar skont l-imħabba” (14, 15), l-insara ta Ruma kienu naqsu mill-ispirtu ta aħwa, li kellu jagħti l-ħajja lill-membri ta kull komunità.

L-Appostlu pproponielhom il-mudell ta kif għandhom jilqgħu lil xulxin;  ipproponielhom dak li għamel Ġesù meta, fil-mewt tiegħu, minflok ma ħaseb fih innifsu, ħa fuqu d-dgħufija tagħna (ara 15, 1-3). Mill-għoli tas-salib hu ġibed lil kulħadd lejh, u laqa lil Ġwanni li kien Lhudi, flimkien maċ-ċenturjun Ruman, lil Marija l-Madalena flimkien mal-ħalliel it-tajjeb li ssallab miegħu.

“Għalhekk ilqgħu lil xulxin bħalma Kristu wkoll laqa lilkom, għall-glorja ta Alla”

Anki fil-komunitajiet insara tagħna, għalkemm aħna lkoll il-“maħbubin kollha ta Alla, imsejħin biex ikunu qaddisin” (1, 7), ma jonqsux, kif ma naqsux fost l-insara ta Ruma, firdiet u nuqqas ta qbil bejn min jaħsibha differenti bkulturi ħafna drabi mbiegħda  minn xulxin. Spiss ikun hemm nuqqas ta ftehim bejn min iħobb it-tradizzjoni u  min iħobb il-ġdid; biex nuża lingwaġġ ftit jew wisq sempliċi imma li jiftiehem malajr, persuni bmoħħhom miftuħ u oħrajn  bmoħħ aktar magħluq, bejn min hu interessat fi kristjaneżmu aktar soċjali u min fdak li hu aktar spiritwali.  Id-diversità hi mkebbsa minn konvinzjonijiet politiċi u minn oqsma soċjali differenti. L-immigrazzjoni ta żmienna qed tkompli żżid id-diversità tal-kulturi b’nies ġejjin minn pajjiżi differenti fil-laqgħat liturġiċi tagħna u fil-gruppi ekkleżjali tallum.  L-istess ħaġa tista tiġri fir-rabtiet bejn insara ta Knejjes differenti, kif ukoll fi ħdan il-familji, fuq il-post tax-xogħol u fil-partiti.

Għalhekk tinbet it-tentazzjoni li niġġudikaw lil min ma jaħsibhiex bħalna u li nħossuna superjuri għalihom, hekk li nibdew neħduha kontra xulxin u nwarrbu wieħed lill-ieħor.

Il-mudell li qed jipproponi Pawlu mhuwiex biex kulħadd ikun l-istess u bhekk l-interess jonqos, imma hu jrid li jkun hemm komunjoni bejn nies li jaħsbuha bmod differenti u dan ikompli jistagħnihom. Mhux bkumbinazzjoni li fl-istess ittra, żewġ kapitli qabel, hu jitkellem fuq l-unità tal-ġisem u d-diversità tal-membri, kif ukoll fuq il-varjetà tal-kariżmi li bihom il-komunità tistagħna (ara 12, 3-13). Biex nuża kliem li jgħid il-Papa Franġisku, “Il-mudell mhux il-globu – li mhux aqwa mill-partijiet fejn kull punt hu mbiegħed indaqs miċ-ċentru u mhemmx differenzi bejn punt u ieħor.  Il-mudell hu l-priżma, li tirrifletti l-għaqda flimkien tal-partijiet kollha li fiha jżommu xorta l-oriġinalità tagħhom”.

“Saħansitra l-persuni li jistgħu jiġu kkritikati għall-iżbalji tagħhom għandhom xi ħaġa xjagħtu li mandhiex tintilef.  Hi l-għaqda bejn il-popli, li, fl-ordni universali, iżommu l-karatteristiċi partikulari tagħhom; hi t-totalità tal-persuni fsoċjetà li tfittex ġid komuni li tassew jiġbor fih lil kulħadd f’ġisem wieħed”2.

“Għalhekk ilqgħu lil xulxin bħalma Kristu wkoll laqa lilkom, għall-glorja ta Alla”

Din il-Kelma tal-ħajja hi stedina urġenti biex nagħrfu t-tajjeb li hemm fl-oħrajn, għallinqas  minħabba l-fatt li Kristu ħalla ħajtu anki għal dik il-persuna li jagħtini li noqgħod niġġudikaha. Din hi stedina biex nisimgħu lill-oħrajn bla ma noqogħdu niddefendu lilna nfusna, biex nilqgħu d-diversità tal-oħrajn brispett u mħabba, hekk li naslu biex niffurmaw komunità fid-diversità u fl-għaqda.

Din il-Kelma ntgħażlet mill-Knisja Evanġelika tal-Ġermanja biex il-membri tagħha jgħixuha u tkun ta dawl għalihom matul is-sena 2015.  Il-fatt li aħna, membri ta Knejjes differenti, qed naqsmuha flimkien, għallinqas fdan ix-xahar, dan diġa hu sinjal li qed nilqgħu lil xulxin.

Bhekk inkunu nistgħu nagħtu glorja l Alla bruħ waħda u leħen wieħed (15, 6), għax, kif qalet Chiara Lubich fil-kattidral tal-Knisja Riformata ta St. Pierre f’Ġinevra: iż-żminijiet tallum […] jitolbu minn kull wieħed minna mħabba, għaqda, komunjoni u solidarjetà. Isejħu wkoll lill-Knejjes biex jingħaqdu flimkien wara firda ta ħafna sekli. Din hi l-ogħla riforma li Alla qed jitlobna nagħmlu. Dan hu l-ewwel pass meħtieġ biex insiru lkoll aħwa ta xulxin. Infatti d-dinja temmen jekk aħna nkunu magħquda flimkien”3.

FABIO CIARDI